Jista' l-Ministru jgħid min ta l-permess biex platform ghal sistema ta' enerġija mibnija minn R.A.W.E.S Co. Ltd, tinbena fuq is-sit tal-isptar tal-Qroqq?
Jista' l-Ministru jgħid xi ħlas sar lill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi għall-ħruġ ta' dan il-permess?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi tat permess sabiex platform ta' 4 metri kwadri, għal sistema ta' enerġija naturali, tinbena fuq is-sit ta' l-isptar il-ġdid. Dan sar mingħajr ħlas wara li ġie assigurat li:
1. Ir-rappreżentanti tal-kumpanija R.A.W.E.S huma żewġ impjegati ta' Skanska Malta J.V.
2. Ix-xogħol fuq dan l-esperiment ma kienx ser itellef bl-ebda mod ix-xogħol ta' Skanska fuq is-sit ta' l-isptar il-ġdid.
3. Id-daqs limitat tal-platform bl-ebda mod ma kien se jxekkel ix-xogħol fuq il-proġett ta' l-isptar il-ġdid.
4. Dan kien esperiment ta' riċerka xjentifika aktar milli xi attivita' kummerċjali, tant li ż-żewġ impjegati ta' Skanska Malta J.V. iffinanzjaw il-proġett minn buthom u minn xi sponsors li huma rnexxielhom isibu.
Il-Fondazzjoni, minghajr ebda spejjeż, tat il-kontribut żgħir tagħha lejn riċerka xjentifika.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kwalunkwe kooperattiva tistax tagħti borża ta' studju lil individwi li mhumiex membri fl-istess koperattiva?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li koperattiva hija entita' kummerċjali awtonoma. Kull koperattiva għandha kumitat ta' tmexxija elett mill-membri, li jkollu r-responsabbilta' amministrattiva tal-koperattiva. Apparti l-liġi dwar l-Għaqdiet Koperattivi, kull koperattiva għandha wkoll l-istatut tagħha li jagħti poter lil kull membru li jistaqsi dwar deċiżjonijiet amministrattivi li jkun ħa l-kumitat tat-tmexxija matul is-sena.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 31070, 31205, 31408, jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-prodotti farmaċewtiċi inkluż dożi u għamla differenti li sat-30 ta' Novembru 2001, kellhom l-permessi meħtieġa biex ikunu jistgħu jiġi importanti f'Malta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mhux possibbli li tingħata risposta dwar is-sitwazzjoni f'dati speċifiċi fil-passat. Nista` nagħti informazzjoni dwar il-lista tal-prodotti li llum għandhom il-permessi meħtieġa, iżda l-Onor. Interpellant japprezza li din hija lista voluminuża u li tinbidel kuljum għaliex tiġi aġġornata kontinwament.
Ninsab infurmat li MRU ser ipoġġu din l-informazzjoni fuq il-website tagħhom sa tmiem dan ix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ta' Jannar 2002, kemm u liema kienu l-prodotti farmaċewtiċi inkluż dożi u għamla differenti li l-importaturi laħqu bagħtu l-kwestjonarju lill-MRU skond it-timetable li ngħatat lill-istess importaturi u rappreżentanti tagħhom fl-aħħar ta' Novembru 2001?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinsab fid-dokument li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li kienu għaddew mill-eżami għal skrivani mal-Gvern u li ghadhom jistennew biex jekk tinħoloq vakanza fiċ-ċivil ikunu jistgħu jiġu ingaġġati fis-servizz ċivili?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 31482.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 31223?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti ta' impjieg li ngħataw mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi lil tmien (8) persuni fil-kariga ta' clerk fit-Taqsima A&E Department and Billing Section fl-Isptar San Luqa.
Dawn l-impjegati ġew magħżula minn Bord ta' l-Għażla mwaqqaf għal dan il-għan mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u għab-bażi ta' lista miksuba mill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol u eliġibbli għall-intervista.
L-ismijiet u I.D. tat-tmien impjegati konċernati jidhru fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari nru. 31205?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li bħalissa qiegħed isir eżerċizzju mill-Medicines Regulatory Unit (MRU) dwar il-Provisional Licensing System, l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar. Huwa mistenni li risposta tingħata qabel tmiem dan ix-xahar.
Barra minn hekk ittamat illi tali informazzjoni tkun aċċessibbli fuq l-internet fi żmien qasir.
Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 31070 u cioe jista' l-Ministru jagħti lista ta' prodotti farmaċewtiċi inkluż dożi u għamla differenti, li għandhom il-permessi meħtieġa biex jistgħu jiġu impurtati f'Malta?
F'kull każ x'inhu l-pajjiż ta' l-oriġini ta' dawn il-prodotti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi l-informazzjoni li qed tintalab hija waħda estensiva, r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata aktar tard.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' training programmes saru fl-aħħar tliet snien għll-impjegati fl-isptar Sir Paul Boffa?
X'tip ta' programmi ta' taħriġ hemm ippjanati għall-impjegati fl-istess sptar għas-sena li ġejja?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li t-tip ta' programmi ta' taħriġ li saru fl-aħħar tliet (3) snin għall-impjegati fl-Isptar Sir Paul Boffa kienu ivarjaw f'diversi suġġetti partikulari, kif jidhru elenkati fil-lista li se inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra f'seduta oħra
It-tip ta' programmi ta' taħrig li hemm ippjanati għall-impjegati fl-istess Sptar huma kontinwazzjoni tal-istess programmi fuq imsemmija u oħrajn simili tagħhom, kif ukoll oħrajn ġodda bħal:
"Clinical Waste Management"
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti ta' impjieg li ngħataw kull clerk - A & E Department fl-isptar San Luqa li bdew jaħdmu fl-1 ta' Jannar 2002 mal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi?
Kif saret l-għażla ta' dawn l-impjegati?
X'inhu l-isem u l-ID card ta' dawn it-tmien impjegati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-PQ 31077, billi jidher li sar żball meta ġiet ittajpjata l-mistoqsija, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li ġie ffirmat fl-aħħar ġimgħat mill-Ministeru tas-Saħħa għall-użu ta' uffiċini f'Rue d'Argens, Gżira li huma intenzjonati għall-użu tal-Medicines Regulatory Unit?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Se inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta oħra, kopja tal-kuntratt indikat fil-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġewimpjegati ħaddiema mall-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi minn Settembru 1998 sallum? F'kull każ xi grad għandha kull persuna mpjegata, meta ġiet impjegata, jekk hux full-time jew part-time, fejn ġiet posted fid-dekasteru tas-saħħa u għall-liema terminu ġiet impjegata?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Waqt li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi minn Settembru 1998 sal-lum impjegat 58 persuna: 52 full-time, 5 part-time, u wieħed (1) apprentist.
Illum l-impjegati fil-Fondazzjoni jgħoddu total ta` 47: 41 full-time, 5 part-time, u apprentist.
Dettalji jinstabu skond il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' prodotti farmaċewtiċi inkluż dożi u għamla differenti, li għandhom il-permessi meħtieġa biex jistgħu jiġu impurtati f'Malta? F'kull każ x'inhu l-pajjiż ta' l-oriġini ta' dawn il-prodotti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 29821 jista' l-Ministru jgħid kemm ħadmu siegħat ta' overtime fix-xogħol proprju tagħhom u kemm kien l-ammont f'termini finanzjarji, xahar b'xahar, iż-żewġ ħaddiema separatament, dak fi skala 14 u l-ieħor fi skala 11 u li qed jaħdmu wkoll fl-ispettorat tad-Dipartiment tas-saħħa, minn meta bdew jaħdmu fl-imsemmi spettorat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jien infurmat li minn Ottubru 2000 sa Ottubru 2001, iż-żewġ ħaddiema msemmija f'P.Q. 29821 ħadmu dan l-overtime fix-xogħol proprju tagħhom skond kif ġej:
Ħaddiem fi Skala 14
LM
Sigħ
at
Ottubru
219
112
Novembru
138
71
Diċembru
118
61
Jannar
433
222
Frar
93
48
Marzu
328
168
April
375
192
Mejju
298
153
Ġunju
103
53
Lulju
625
321
Awissu
600
308
Settembru
583
299
Ottubru
355
182
Ħaddiem fi Skala 11
LM
Sigħ
at
Ottubru
151.63
48
Novembru
142.15
45
Diċembru
153.74
47
Jannar
235.12
63
Frar
175.40
45
Marzu
186.60
50
April
182.87
48
Mejju
201.53
54
Ġunju
134.35
36
Lulju
223.92
60
Awissu
-
-
Settembru
208.99
56
Ottubru
175.40
47
Ta` min jinnota li l-ammonti li jidhru ħdejn kull xahar mhux bilfors jirrifletti overtime maħdum fl-istess xahar.
Rigward l-aħħar parti tad-domanda nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għal-mistoqsija numru 29467.
Jista' l-Ministru jgħid min ta' l-kuntratt b'xogħol t'asfaltar ta' toroq fil-Marsa Sports Complex?
Min hu l-kuntrattur li ħa dan il-kuntratt?
Kemm kien oriġinarjament il-valur ta' dan il-kuntratt?
Kemm spiċċa sewa dan il-kuntratt?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma jirriżultax li qiegħed isir xogħol ta' asfaltar fil-Marsa Sports Complex li tqabbad mid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport. Għalhekk nitlob lill-Onor. membru biex ikun aktar speċifiku.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent qed jagħmel ix-xogħol ta' tindif fil-Marsa Sports Complex?
Kif saret l-għażla għall-kuntrattur?
Kemm hu l-valur ta' ħlas għal dan il-kuntratt ta' tindif?
Liema perjodu qed ikopri dan il-kuntratt?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol ta' tindif fil-Marsa Sports Complex fil-preżent qiegħed isir mill-Unit għall-Ambjent Nadif tal-Ministeru ta' l-Ambjent.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu tal-consortiun skanska minn meta beda jinbena l-isptar il-ġdid f'Tal Qroqq sa l-aħħar t'Ottubru 2001?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-Konsorzju Skanska tħallas l-ammont ta' Lm39,429,191.86. Dan mill-1995 minn meta beda jinbena l-isptar l-ġdid f'tal-Qroqq sa l-aħħar t'Ottubru 2001.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 29821 jista' l-Ministru jgħid kemm ħadmu siegħat ta' overtime fix-xogħol proprju tagħhom u kemm kien l-ammont f'termini finanzjarji, xahar b'xahar, iż-żewġ ħaddiema separatament, dak fi skala 14 u l-ieħor fi skala 11 u li qed jaħdmu wkoll fl-ispettorat tad-Dipartiment tas-saħħa, minn meta bdew jaħdmu fl-imsemmi spettorat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.