Fiċ-ċirkolari No. 2/2003 datata 24 ta' Jannar, 2003 taħt il-firma tal-ministru tal-finanzi, is-segretarji parlamentari, diretturi ġenerali, diretturi u kapijiet ta' organizzazzjonijiet pubbliċi ġew ordnati sabiex sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2003, jipprovdu l-estimi tan-nefqa riveduti li ma jaqbżux in-nefqa b'aktar minn 90%, jiġifieri li n-nefqa fid-dipartimenti kollha din is-sena trid titnaqqas b'10%.
B'riferenza għal din iċ-ċirkolari: 1) jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li dan it-tnaqqis beda jseħħ minn Ġunju 2003 biex issa se jkollhom inaqqsu l-ammont kollu fuq seba' xhur flok fuq 12-il xahar; jista' jgħid jekk dan it-tnaqqis hux qed isir min-nefqa allokata lill-ministeri; 3) jista' jgħid jekk hemmx xi ministeri/dipartimenti li huma eżentati minn dan it-tnaqqis u għalhekk ingħataw il-permess jonfqu l-100% tan-nefqa allokata lilhom; 4) jista' jgħid jekk dan it-tnaqqis hux qed isir fuq proġetti infrastrutturali tal-gvern? Liema proġetti qed jintlaqgħu u liema proġetti huma eżentati minn dan it-tnaqqis? 5) jista' jfisser jew jagħti ħjiel ta' fejn se jmorru l-10% li ġew imnaqqsa?
Response (DALLI, JOHN)
L-Onor Interpellant mhux infurmat tajjeb għax ma ntalab l-ebda tnaqqis fl-ispiża tad-dipartimenti imma pprogrammar ta’ l-ispejjeż tagħhom matul s-sena biex jiġi applikat il-kunċett ta’ flexible budget.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kif qed tinħadem is-seniority bejn l-instructors bil-permanent warrant u t-teachers fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni billi issa ħafna minnhom qed jgħallmu fl-istess skejjel u l-istess suġġetti?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat li hemm “seniority lists” separati peress li dawn iż-żewġ gradi ġejjin minn żewġ “career streams” distinti u separati.
San Pawl il-Baħar — Anzjani li jingħataw is-servizz ta' CSA
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jieħu l-passi neċessarji biex diversi anzjani f'San Pawl il-Baħar jingħataw is-servizz ta' CSA billi issa ilhom aktar minn xahar mingħajr is-servizz ta' CSA wara li rriżenjat is-CSA li kellhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li dawk l-anzjani f’San Pawl il-Bahar li ma setghux ikomplu jinghataw is-servizz ta’ Social Assistant, wara li s-Social Assistant assenjata lilhom irri¿enjat mix-xoghol, ser jinghataw is-servizz malli jsir ir-reklutagg ta’ Social Assistants godda.
Saħħa/Sptar Stoke Mandeville — Pazjenti li jintbagħtu għall-kura
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-relazzjoni bejn id-dipartiment tas-saħħa u l-isptar Stoke Mandeville ġewwa l-Ingilterra?
Meta ntbagħat l-aħħar pazjent Malti għall-kura f'dan l-isptar? Se jibqgħu jintbagħtu pazjenti bi spinal injuries għall-kura f'dan l-isptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-relazzjonijiet bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-isptar Stoke Mandeville ġewwa l-Ingilterra huma tajbin.
L-aħħar pazjent Malti ntbagħat għall-kura ta f'dan l-isptar ix-xahar li għadda. Jekk ikun hemm il-bżonn, jistgħu jintbagħtu pazjenti oħra f'dan l-isptar.
Jista' il-Ministru jgħid liema ditta ngħatat l-inkarigu li tħaddem il-programm Access Dimension fl-isptar Monte Carmeli? Din il-kumpannija rebħet il-kuntratt wara ħruġ ta' tenders, bi quotation, jew b'direct order? Meta b eda l-programm imsemmi? Minn meta beda l-programm kemm tħallas il-kuntrattur xahar b'xahar għal dan il-programm u servizzi oħra assoċjati miegħu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qegħda tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess tal-bini tad-dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa ladarba l-MEPA u l-kunsill lokali tal-Mellieħa m'għandhom l-ebda problema dwar il-pjanti u s-sit eżistenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qieghda tingabar u risposta ser tinghata f’xi Seduta ohra.
Kummissjoni persuni b'diżabilita' — Bdil ta' bankini f'San Pawl il-Baħar
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienet jew x'inhi l-opinjoni tal-Kummissjoni persuni b'diżabilita' dwar it-tibdil fil-bankini f'San Pawl il-Baħar fejn minflok lixxi qed isiru forma ta' turġien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Di¿abilita’ qatt ma kellha lmenti dwar bankini li qed isiru fil-lokalita’ ndikata mill-Onor. Interpellant.
Fl-aħħar sitt xhur, xahar b'xahar, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew issensjati ħaddiema minħabba għeluq ta' kumpanniji jew riżultat ta' tnaqqis ta' ħaddiema?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant li l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tieghu lill-Ministru kkoncernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa sena b'sena, minn mindu twaqqaf il-proġett SCOOPS?
Kemm hu stmat li kienet in-nefqa fuq dan il-proġett fis-sena skolastika 2002/2003?
Preżentement, x'inhu r-rwol tal-bord u l-uffiċċju tal-koperattivi vis-a-vis SCOOPS u jekk dan kienx l-istess fis-snin li għaddew?
B'riżultat tal-proġett SCOOPS, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk twaqqfitx xi koperattiva limitata minn mindu twaqqaf dan il-proġett?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija hi kif jidher fit-Tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmat ukoll li n-nefqa fuq il-progett ‘Scoops’ ghas-sena 2002/2003 hi stmata li tkun ta’ Lm9,099.
Il-Bord tal-Koperattivi hu l-propjetarju ta’ dan il-progett. Minn naha tieghu il-Bord qabbad organi¿¿azzjoni specjali¿¿ata biex timplimenta dan il-progett fl-iskejjel taht supervi¿joni ta’ ufficjali ta’ l-Ufficcju Centrali tal-Koperattivi. It-tibdil li sar matul din l-ahhar sena kien li
organi¿¿azzjoni wahda biss hadet hsieb dan il-progett.
L-iskop tal-progett ‘Scoops’ hu li jitkattar l-gharfien u t-taghrif fost it-tfal dwar il-beneficcji tas-sistema koperattiva. Dan setgha wassal biex twaqqfu numru ta’ koperattivi dan l-ahhar.
Tal-Qroqq — Sptar Mater Dei - Sejħa għall-offerti għall-apparat mediku
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet l-order of preference dwar il-preferred bidders skond l-ewwel rapport ta' SECTA dwar is-sejħa għall-offerti għall-apparat mediku, għamara u affarijiet anċillari għall-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Membru li, minħabba l-fatt li l-għoti tal-Kuntratt imsemmi għadu suġġett għas-smigħ ta' appell quddiem il-Public Contracts Appeals Board, ma jkunx prudenti li f'dan il-mument tingħata l-informazzjoni mitluba minnu.
F'dawn iċ-ċirkostanzi ikun hemm min ikollu nteress fil-kwistjoni u jagħmel kollox biex jagħmel pressjoni ħalli jinfluwenza d-deċiżjoni favorih. Ikun hażin li wieħed jaqa' fin-nassa ta' dawn it-talin.
Tal-Qroqq — Sptar Mater Dei - Offerta għall-xiri ta' apparat mediku
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji li tefgħu l-offerta tagħhom għat-tender għall-apparat mediku, għamara u affarijiet anċillari għall-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-informazzjoni mitluba minnu kienet ġiet ippubblikata fin-notice board tad-Dipartiment tal-Kuntratti meta għalqet is-sejħa għall-offerti s-sena l-oħra.
SECTA — Sejħa għall-offerti għax-xiri ta' apparat mediku
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li SECTA ntalbu jagħmlu t-tieni rapport ta' evalwazzjoni dwar is-sejħa għall-offerti għax-xiri ta' apparat mediku, għamara u affarijiet anċillari?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 894.
Tal-Qroqq — Sptar Mater Dei - offerti għall-apparat mediku
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' evalwazzjoni għamlet il-kumpannija SECTA dwar is-sejħa għall-offerti għall-apparat mediku, għamara u affarijiet anċillari għall-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq? Kemm tħallset il-kumpannija SECTA għal kull rapport?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-kumpanija Secta għamlet żewġ rapporti ta' evalwazzjoni dwar is-sejħa għall-offerti għall-apparat mediku, għamara u affarijiet anċillari għall-isptar Mater Dei.
Għall-ewwel rapport tħallset is-somma ta' LM38,017.98 waqt li għat-tieni wieħed tħallset is-somma ta' LM25,535.69.
Tal-Qroqq — Sptar Mater Dei - Kuntratt għal xiri ta' apparat mediku
Question
Jista' il-Ministru jikkonferma li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi kienet irrakkmandat waħda mill-kumpanniji biex tingħata l-kuntratt tax-xiri ta' l-apparat mediku, għamara u affarijiet oħra?
Jista' il-Ministru jikkonferma li din ir-rikkmandazzjoni ġiet imwarrba mid-dipartiment tal-kuntratti jew xi ħaddieħor fil-ministeru tal-finanzi? Jekk fl-affermattiv, jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li nbidlet ir-rakkmandazzjoni li wara kollox kienet dik rakkomandata minn SECTA li evalwat is-sejħiet għall-offerti ta' dan it-tender partikolari?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 894
Sptar Monte Carmeli — Ikliet organizzati mill-isptar
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju, 2003, kemm saru ikliet organizzati mit-tmexxija ta' l-isptar Monte Carmeli u li tħallsu mill-vot ta' l-isptar Monte Carmeli jew mill-FMS? Meta saru? F'kull każ, kemm ġiet tiswa l-ikla? F'kull każ, kemm kien hemm persuni mistiedna u min kienu l-mistednin? X'kienet l-okkażjoni ta' dawn l-ikliet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju 2003, it-tmexxija ta' l-isptar Monte Carmeli organizzat dawn l-ikliet li tħallsu mill-vot ta' l-isptar:
Data
Okkaż
ż
joni
Mistiedna
Numru ta' Mistiedna
Ammont
LM
01/01/03
L-Ewwel tas-Sena
Pazjenti
485
1,580
11/02/03
Jum il-Marid
Pazjenti
365
1,606
Sptar Monte Carmeli — Ikliet organizzati mill-isptar
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2002, kemm saru ikliet organizzati mit-tmexxija ta' l-isptar Monte Carmeli u li tħallsu mill-vot ta' l-isptar Monte Carmeli jew mill-FMS? Kemm kien hemm nies mistiedna u min kien mistieden f'kull każ separatament? X'kienet l-okkażjoni ta' dawn l-ikliet? Meta saru? F'kull każ, kemm ġiet tiswa l-ikla?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li matul is-sena 2002, it-tmexija ta' l-isptar Monte Carmeli organizzat dawn l-ikliet li tħallsu mill-vot ta' l-isptar:
Data
Okkazzjoni
Mistiedna
Numru
ta' Mistiedna
Ammont
LM
01.01.02
L-Ewwel tas-Sena
Pazjenti
460
1,550
11.02.02
Jum il-Marid
Pazjenti
250
1,100
15.07.02
Festa tal-Karmnu
Pazjenti
380
1,482
28.08.02
Barbeque - Armier Bay
Pazjenti
70
488
10.10.02
Jum is-Saħħa Mentali
Pazjenti
350
1,375
25.12.02
Christmas Lunch
Pazjenti
475
1,520
27.12.02
Christmas Lunch
Hospital Managers
14
225.55
Sptar Monte Carmeli — Ikliet organizzati mill-isptar
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Mejju, 2003, kemm saru ikliet organizzati mit-tmexxija ta' l-isptar Monte Carmeli u li tħallsu mill-vot ta' l-isptar Monte Carmeli jew mill-FMS? Meta saru? F'kull każ, kemm ġiet tiswa l-ikla? F'kull każ, kemm kien hemm persuni mistiedna u min kienu l-mistednin? X'kienet l-okkażjoni ta' dawn l-ikliet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qegħda tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Sptar Monte Carmeli — Ikliet organizzati mill-isptar
Question
Jista' il-Ministru jgħid matul l-2002, kemm saru ikliet organizzati mit-tmexxija ta' l-isptar Monte Carmeli u li tħallsu mill-vot ta' l-isptar Monte Carmeli jew mill-FMS? Kemm kien hemm nies mistiedna u min kien mistieden f'kull każ separatament? X'kienet l-okkażjoni ta' dawn l-ikliet? Meta saru? F'kull każ, kemm ġiet tiswa l-ikla?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qegħda tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.