Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sigurta' Soċjali — Unemployment benefit

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirċievu l-unemployment benefit u special unemployment benefit rispettivament fix-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 2003?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Medja tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Leg 10 PQ #4131 Sitting 101 2004-02-09 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Apparat mediku

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 4004, jista' il-Ministru jqiegħed l-Appendiċi kollha li jagħmlu parti mill-kuntratt iffirmat bejn il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi u l-kumpannija INSO spa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-dokumenti li qiegħed jitlob l-Onor. Interpellant ma tpoġġewx mal-kuntratt għax huma ta' natura kummerċjali. Jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara d-dokumenti jista' jmur l-F.M.S. jarahom basta jintrabat bil-kunfidenzjalita`.

Sptar Mater Dei — Apparat mediku

Question

Jista' il-Ministru jispeċifika x'inhu t-tagħmir mediku u servizzi oħra li se jiġu stallati fl-isptar Mater Dei skond il-protokoll finanzjarju bejn il-gvern Malti u l-gvern Taljan?

Response (BORG, JOE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant iressaq il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Proġett scoops

Question

Jista' il-Viċi Prim jgħid kemm intnefqu flus fuq il-proġett scoops sena b'sena minn mindu twaqqaf? Huwa minnu li dan l-aħħar dan il-proġett ingħata b'offerta biex jitmexxa minn ħaddieħor? Jekk fl-affermattiv, lil min ingħata biex imexxih u kemm qed iħallas il-ministeru għal dan ix-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba fl-ewwel parti tal-Mistoqsija. Fis-sena 2000 il-Bord tal-Koperattivi ħareġ sejħa għall-offerti għat-tmexxija tal-proġett li ntrebħet mill-Koperattiva Outlook. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4091 f’Seduta Nru. 98.

Bord tal-koperattivi — Proġett scoops

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm qed jonfoq il-bord tal-koperattivi fuq il-proġett scoops fl-iskejjel? Bħalissa kemm hemm skejjel li qed jipparteċipaw u kemm hemm li m'humiex jipparteċipaw f'dan il-proġett?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Nru. 4133 f’din l-istess Seduta. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Nru. 4092 f’Seduta 98.

Koperattiva linen services — Ħaddiema tal-laundry ta' l-isptar Monte Carmeli

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fil-koperattiva Linen services li tħaddem il-laundry ġewwa l-isptar Monte Carmeli? X'kien l-ammont ta' flus li ħallas il-gvern lil din il-koperattiva fis-snin 2000, 2001, 2002 u 2003 għas-servizz li tat fl-isptarijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li hemm 51 membru msieħeb fil-Koperattiva Linen Services. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferiha lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #4030 Sitting 97 2004-01-30 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Xiri ta' mediċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa sena sena separatament bejn l-1997 u l-2003 għax-xiri tal-mediċini?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-nefqa u l-pagamenti mid-Dipartiment Farmaċewtiċi tal-Gvern għax-xiri ta' mediċini biss mill-1997 sal-2003 huwa kif ġej: SNIN NEFQA(Lm) PAGAMENTI(Lm) 1997 7,105,794 7,105,794 1998 7,093,192 6,862,489 1999 7,131,416 6,765,454 2000 8,893,495 8,570,179 2001 9,208,389 9,890,733 2002 11,178,582 9,030,619 2003 11,762,466 9,095,462
Leg 10 PQ #3997 Sitting 95 2004-01-29 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Kumpannija SIMED — Proċess ta' kjarifiki

Question

Billi fir-risposta ta' mistoqsija parlamentari 3785, Seduta 88 tad-19/01/2004 il-ministru tas-saħħa stqarr li "peress li d-dokumenti mitluba jistgħu jippreġudikaw lill-kumpannija SIMED ma jidhirlix li huwa għaqli li f'dan l-istadju jitpoġġew fuq il-mejda tal-Kamra ...." U billi f'ittra li jiena rċevejt mill-managing director tal-kumpannija SIMED International bv, u li qed nibgħat kopja tagħha separatament, dan jgħid li ".... SIMED International bv declares that it has no objection to the publication of, and the placement of all the documents related to the tender in question on the table of the House of Representatives. It is indeed our wish that all related documents are made available for examination by anyone interested in the case." Jista' il-Ministru jirrispondi fit-totalita' tagħha l-mistoqsija parlamentari 3785 li għamiltlu fl-14 ta' Jannar, 2004?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Onor. Interpellant jirrealiżża li hemm interessi oħra li jistgħu jiġu preġudikati barra dawk ta' SIMED b.v. L-offerta magħmula lill-Onor. Interpellant biex jara d-dokumenti li qiegħed jitlob għadha miftuħa.

Sptar Mater Dei — Kuntratt ta' l-apparat mediku

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma jekk il-kuntratt ta' l-apparat mediku u s-servizzi relatati miegħu għall-isptar Mater Dei ngħatax lill-INSO spa ta' l-Italja billi hu applika klawsola 4(4) tal-public service (procurement) regulations 1996?

Response (DALLI, JOHN)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti li għaddejt lill-ġurnalisti fil-press conference li tajt fil-31 ta' Diċembru 2003 u li fiha hemm l-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant. Ta' min jgħid li hu fl-interess tal-pajjiż li d-deċizjonijiet li jkun hemm bżonn jittieħdu fil-fatt jiġu meħuda biex proġetti ta' fejda ma jitwaqqfux la bi xkiel ta' nteressi kummerċjali u lanqas bi xkiel ta' nteressi politiċi li jkollhom l-aġenda tagħhom. Wara proċess twil li nvolva ħafna nies ta' l-affari tagħhom, baqa' l-fatt li l-offerta magħżula għall-fornitura tal-apparat mediku għall-isptar Mater Dei kienet l-irħas u l-aħjar minn dawk li kellhom jiġu magħzula.
Leg 10 PQ #4004 Sitting 95 2004-01-29 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Mater Dei — Apparat mediku

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ġiex iffirmat il-ftehim bejn il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi u l-kumpannija INSO spa ta' l-Italja biex dawn jipprovdu l-apparat mediku u s-servizzi relatati miegħu? Jekk fl-affermattiv, jistaż jqiegħed dan il-ftehim fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li ġie ffirmat fit-23 ta' Jannar 2004.

Protokoll Taljan

Question

Jista' il-Ministru jgħid il-protokoll Taljan li għadu kif ġie fis-seħħ, fiex se jgħin lis-settur tas-saħħa f'Malta?

Response (BORG, JOE)

Kif diġa' kelli okkażżjoni ninforma lil din il-Kamra, il-Ħames Protokoll dwar l-Assistenza Finanzjarja, Ekonomika u Teknika bejn Malta u l-Italja jelenka lista ta' 13-il proġett li għandhom jitwettqu f'Malta bl-għajnuna tal-Gvern Taljan. Tlieta minn dawn il-proġetti jikkonċernaw il-qasam tas-saħħa u cioe', l-istallazzjoni ta' tagħmir mediku u servizzi oħra fl-isptar Mater Dei, l-akkwist ta' sistema informatika għall-istess sptar u proġett ta' riċerka fil-qasam tas-saħħa u inkapaċita' mentali.

Kumpannija SIMED — Proċess ta' kjarifiki

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra: 1) il-korrispondenza kollha bejn id-direttur tal-kuntratti u l-kumpannija SIMED bejn it-3 ta' Novembru 2003 u llum; 2) ir-rapporti u l-korrispondenza li għaddiet bejn id-direttur tal-kuntratti u l-esperti mqabbda dwar il-proċess ta' kjarifiki mitluba mill-kumpannija SIMED bejn it-3 ta' Novembru 2003 u llum; 3) il-korrispondenza li għaddiet bejn id-direttur tal-kuntratti u l-bord dwar il-kuntratti bejn it-3 ta' Novembru 2003 u llum dwar il-proċess ta' kjarifiki mitluba minn SIMED; 4) il-korrispondenza bejn id-direttur tal-kuntratti u l-ministru tal-finanzi bejn it-3 ta' Novembru 2003 u llum dwar il-proċess ta' kjarifiki mill-kumpannija SIMED?

Response (DALLI, JOHN)

Jidher li l-Onorevoli Membru qed joqgħod biss fuq li qed jgħidu s-SIMED u ma analiżżax sewwa r-rapport finali tal-Bord ta’ l-Appell għaliex kieku għamel dan ċerti mistoqsijiet ma kienx jagħmilhom. Il-Bord ta’ l-Appell qal hekk:- “Il-Bord, għalhekk, jirrakkomanda illi l-klijent, il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, tidħol fi proċess ta’ kjarifikazzjoni ma Simed Int. bv biex tottjeni stampa aktar ċara ta’ l-offerta tagħhom”. Għaldaqstant il-korrispondenza kollha dwar il-proċess ta’ kjarifikazzjoni saret bejn l-FMS u Simed kif ordnat mill-Bord ta’ l-Appell. L-unika korrispondenza li għaddiet bejn id-Direttur tal-Kuntratti u Simed Int. bv kienet ittra datata id-29 ta’ Diċembru 2003 u qiegħed inpoġġi kopja ta’ din l-ittra fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma wkoll lill-Onor. Membru li bejn it-3 ta’ Novembru 2003 u llum ma għaddiet l-ebda korrispondenza dwar il-proċess ta’ kjarifika bejn id-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti u bejni. Pero fis-26 ta’ Diċembru 2003 id-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti għaddieli għall-approvazzjoni tiegħi, ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti dwar l-għoti tal-Kuntratt lill-INSO. Dan id-dokument tqassam minni lil ġurnalisti waqt il-Press Conference li tajt. Fl-aħħarnet id-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti ma jikkorrispondix bil-kitba mal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti li tiegħu huwa ex-ufficio Chairman.
Leg 10 PQ #3784 Sitting 88 2004-01-19 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Kumpannija SECTA — Evalwazzjoni ta' l-offerti għal xiri ta' apparat mediku

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi proċedura ntużat u kif il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi waslet biex il-kumpannija SECTA tqabbdet tagħmel l-evalwazzjoni ta' l-offerti mitfugħa għat-tender għall-apparat mediku u s-servizzi anċillari? Jista' jgħid kemm tħallset s'issa din il-kumpannija u kemm hu l-ammont pendenti ma' din il-kumpannija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-evalwazzjoni tat-tender għal xiri ta' apparat mediku għal Sptar Mater Dei saret fuq tlett aspetti jiġifieri l-aspett Finanzjarju, Legali u Tekniku. L-evalwazzjoni finanzjarja saret minn Grant Thornton li huma l-awdituri tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi filwaqt li l-evalwazzjoni legali saret minn G.Muscat Azzopardi & Associates li huma il-konsulenti legali tal-FMS. L-aspett tekniku ma ġiex evalwat mit-tekniċi tal-FMS, fuq prinċipji ta' etika u korrettezza, peressli t-tender ġie mfassal mill-istess nies. Għalhekk sar shortlisting ta' erba' kumpanniji esperti f'din il-materja. SECTA intagħżlet mill-Adjudication Board tal-Medical Equipment Tender ta' l-FMS wara li ġiet meqjusa bħala kumpannija kompetenti, b'esperjenza kbira f'dan il-qasam. L-ammont li tħallas lil SECTA mill-FMS kien ta' Lm67,724. L-istess kumpannija baqalha tieħu Lm2,700 minbarra ħlas ieħor li għad irid jiġi invoiced għal konsulenza li saret biex isir il-proċess ta' kjarifikazzjoni li ntalab mill-PCAP fuq l-offerta ta' SIMED.
Leg 10 PQ #3785 Sitting 88 2004-01-19 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Kumpannija SIMED — Proċess ta' kjarifiki

Question

Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra: 1) il-korrispondenza kollha bejn il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi u l-kumpannija SIMED bejn it-3 ta' Novembru 2003 u llum; 2) ir-rapporti u l-korrispondenza ta' l-esperti finanzjarji, legali u tekniċi, dwar il-kjarifiki mitluba mill-kumpannija SIMED, bejn it-3 ta' Novembru 2003 u llum; 3) il-korrispondenza li għaddiet bejn l-adjudication committee u l-bord tal-F.S.M. bejn it-3 ta' Novembru 2003 u llum dwar il-proċess ta' kjarifiki mingħand il-kumpannjia SIMED: 4) il-korrispondenza li għaddiet bejn il-bord tal-F.S.M. u d-direttur tal-kuntratti bejn it-3 ta' Novembru 2003 u llum dwar il-proċess ta' kjarifiki mill-kumpannija SIMED?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li d-dokumenti mitluba jistgħu jippreġudikaw lill-kumpannija SIMED ma jidhirlix li huwa għaqli li f'dan l-istadju jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Pero jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jarahom għall-informazzjoni tiegħu lest li nurieh id-dokumenti li qed jitlob.

Anzjani residenti fi djar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid sena b'sena separatament bejn l-1996 u l-2003, kemm il-welfare committee dwar l-anzjani daħħal mingħand l-anzjani residenti f'residenzi u djar ta' l-anzjani tal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-flus li l-Welfare Committee dwar l-anzjani daħħal mingħand residenti f’residenzi u djar ta’ l-anzjani tal-gvern huma hekk: Sena Lm 1996 1,091,196 1997 899,378 1998 1,155,093 1999 867,050 2000 1,882,004 2001 2,108,932 2002 1,950,000 2003 2,213,555

Mellieħa — Dar ta' l-anzjani

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess tal-bini tad-dar ta' l-anzjani fil-Mellieħa ladarba l-MEPA u l-kunsill lokali tal-Mellieħa m'għandhom l-ebda problema dwar il-pjanti u s-sit eżistenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Numru 689 f’Seduta Numru 15.
Leg 10 PQ #1091 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Programm access dimension

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema ditta ngħatat l-inkarigu li tħaddem il-programm Access Dimension fl-isptar Monte Carmeli? Din il-kumpannija rebħet il-kuntratt wara ħruġ ta' tenders, bi quotation, jew b'direct order? Meta b eda l-programm imsemmi? Minn meta beda l-programm kemm tħallas il-kuntrattur xahar b'xahar għal dan il-programm u servizzi oħra assoċjati miegħu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li d-ditta li ngħatat l-inkarigu li tħaddem il-programm Access Dimensions fl-isptar Monte Carmeli hija l-kumpanija Philip Toledo Ltd. Din il-kumpanija rebħet il-kuntratt wara ħruġ ta' tenders. Il-programm beda jaħdem f'April 2001. Il-ħlas li sar lill-kuntrattur b'konnessjoni ma' dan il-programm huma skond il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1127 Sitting 24 2003-07-14 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

ETC — ħaddiema li ħarġu bis-sensja

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 1083 li oriġinarjament saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u cioe' fl-aħħar sitt xhur, xahar b'xahar, jista' il-Ministru jgħid kemm ġew issensjati ħaddiema minħabba għeluq ta' kumpanniji jew riżultat ta' tnaqqis ta' ħaddiema?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, in-numru ta' ħaddiema li kienu ssensjati u ġew jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar sitt xhur ta' din is-sena (2003) kien ta' 253 f'Jannar, 168 fi Frar, 123 f'Marzu, 191 f'April, 199 f'Mejju u 204 f'Ġunju.