Jista' il-Ministru jgħid kemm daħlu jaħdmu impjegati ġodda fl-isptar Monte Carmeli mill-1 ta' Jannar 2002 sal-lum?
Kemm minnhom iddaħħlu mill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi u kemm minnhom daħlu jaħdmu mal-gvern?
F'kull każ, jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra lista ta' l-ismijiet, l-ID no. u n-natura tax-xogħol ta' kull persuna, jekk hux b'kuntratt definit jew b'kuntratt indefinit u jekk hux qed jaħdmu mal-fondazzjoni jew hux mal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-risposta għad-domanda parlamentari numru 4733 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-ismijiet, il-grad u l-ID no. ta' dawk l-impjegati kollha li jaħdmu fl-isptar Monte Carmeli u li fis-sena 2003 qalgħu aktar minn Lm100 f'overtime?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-risposta għad-domanda parlamentari numru 4734 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Minsitru jgħid kemm kien il-performance bonus taċ-chief executive officer ta' l-isptar Monte Carmeli sena b'sena, mill-ħatra tiegħu? X'inhi l-paga tiegħu? Fiex kienu jikkonsistu l-fringe benefits mal-ħatra tiegħu? Kemm kien l-ammont tal-konsum tal-petrol għall-karozza li kienet għall-użu taċ-chief executive officer minn meta ngħata l-karozza? Kemm kien il-mileage fl-istess perjodu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-performance bonus taċ-chief executive officer ta' l-isptar Monte Karmeli għas-sena 2002 kien ta' 8%, li jammonta għal Lm960. Il-performance bonus għas-sena li spiċċat 31 ta' Diċembru 2003 għadu ma ngħatax. Il-paga tiegħu hi ta' Lm13,130 fis-sena.
Mal-ħatra tiegħu, l-fringe benefits kif stipulat fil-kuntratt tiegħu kienu jikkonsistu kif ġej:
Użu ta' karozza
Ħlas tal-kontijiet tat-telefones
Expense account ta' Lm400 fis-sena
Professional membership ta' Lm200 fis-sena
Ħlas għal continuos personal development
Il-ħlas ta' fuel kien ta' Lm588.36ċ u l-mileage hu 14600
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtraw magni tal-ħasil ta' l-art minn meta dawn ġew introdotti fl-isptar Monte Carmeli? Kemm hemm swali li għadhom jużaw dawn il-magni? Kemm hemm minn dawn il-magni li huma bil-ħsara? Kemm hemm minn dawn il-magni li qed jissewwew?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-magni tal-ħasil ġew introdotti fl-isptar Monte Karmeli fl-1999, meta numru ta' magni nxtraw mid-Dipartiment tal-Policy and Planning tad-Dipartiment tas-Saħħa.
Minn dak iż-żmien sal-lum ma nxtrawx aktar magni għall-isptar Monte Karmeli. Fil-preżent hemm 15-il sala li qed jagħmlu użu minn dawn il-magni. M'għandna l-ebda magna bil-ħsara jew għat-tiswijja.
Peress li l-isptar Monte Carmeli kienu tqassmu numru ta' pagers, jista' il-Ministru jgħid: 1) kemm tqassmu pagers? 2) Min kellu l-awtorita' li juża dawn il-pagers? 3) Kemm għad hemm pagers fl-użu u min għadu jużahom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li n-numru ta' pagers li tqassmu fl-isptar Monte Karmeli jammonta għal 34.
It-tabella li ġeja turi lil minn tqassmu u kemm minnhom għadhom jintużaw.
Pagers li tqassmu
Pagers li għ
adhom jintuż
aw
Consultants
8
8
A/Manager Nursing Services
1
1
Departimental Nursing Manager
2
2
Senior House Officers
5
5
Foreman
1
1
Operations Manager
1
1
Principal Social Worker
1
1
Social Workers
10
8
Cleaning Supervisor
1
1
Chaplain
1
1
Night Superintendent
1
1
Transport Supervisors
2
1
Total
34
31
Il-kuntratt għall-għoti tal-pagers ġie iffirmat f'Ottubru 1996.
Jista' il-Ministru jgħid f'liema partijiet ta' l-isptar Monte Carmeli se jkun permess it-tipjip wara April 2004?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Isptar Monte Karmeli huwa eżentat mil-liġi tat-tipjip, li se tibda taħdem fil-5 ta' April, iżda ser jittieħdu provedimenti biex jissalvagwardjaw is-saħħa tal-ħaddiema fl-istess sptar.
Jista' il-Ministru jgħid b'liema mod is-settur tas-saħħa se jibbenefika mill-protokol Taljan li ġie fis-seħħ xahrejn ilu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-settur tas-Saħħa se jibbenifika mill-protokol Taljan b'forma ta' għotjiet biex jagħmlu tajjeb għall-parti mill-ispejjeż ta' l-għamara u apparat ta' storage għall-isptar Mater Dei.
Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-appendiċi kollha li jiffurmaw parti mill-kuntratt iffirmat bejn il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi u l-kumpannija INSO biex jiġi provdut u stallat l-apparat mediku u s-servizzi relatati miegħu għall-isptar Mater Dei?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt fid-9 ta' Frar 2004 għad-domanda 4131 seduta 101.
Sptar Monte Carmeli — Residenti li jinħarġu biex jieklu barra
Question
Meta pazjenti fl-isptar Monte Carmeli jinħarġu x'imkien biex jieklu, jista' il-Ministru jgħid jekk il-pazjenti hux qedj intalbu biex iħallsu għall-ikel? Jekk fl-affermattiv, minn meta daħlet din il-prassi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bħala parti mit-terapija għall-pazjenti, is-sezzjonijiet ta' l-occupational therapy u social work jorganiżżaw ikliet għal pazjenti barra mill-isptar. Parti mill-ispiża tkun sponsorjata minn għaqdiet jew organiżżazjonijiet privati. F'dawn l-okkażżjonijiet soċjali l-pazjenti jiġu mitluba jħallsu parti mill-prezz ta' l-ikla.
Din il-prassi daħlet f'1997 u għadha tintuża sal-lum. Ta' min jgħid li l-ikel kollu li jingħata fl-isptar Monte Karmeli jingħata bla ebda ħlas.
Jista' il-Ministru jgħid fl-2003 kemm kienet in-nefqa totali nkluż il-pagi kollha ta' l-impjegati, biex titmexxa s-sala ta' l-irġel ward 10 fl-isptar Monte Carmeli? Kemm hemm impjegati assenjati għal din is-sala? Il-ħaddiema li jaħdmu f'din is-sala jiddaħħlu biex jaħdmu fuq bażi ta' overtime?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-sala ta' l-irġiel numru 10 ġewwa l-Isptar Monte Karmeli ingħalqet fl-1998.
Sptar Monte Carmeli — Pazjenti taħt level one content watch
Question
Jista' il-Ministru jagħti garanzija li kull pazjent fl-isptar Monte Carmeli li fl-aħħar tlett xhur intalab mill-konsulenti psikjatriċi li jitpoġġew taħt level one content watch, dawn il-pazjenti fil-fatt kellhom nurse jew nursing aid imqiegħed magħhom skond il-proċeduri ssettjati għal każi ta' level one content watch?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-proċedura ġewwa l-isptar Monte Karmeli dejjem kienet li d-domanda għal level 1 supervision tintlaqgħa biss skond kemm jippermettu r-riżorsi umani ta' l-isptar.
Il-proċedura baqgħat l-istess u ma hemm l-ebda ħsieb li tinbidel.
Jista' il-Ministru jagħti stima ta' l-infiq fuq l-isptar Mater Dei u jaqsam din l-istima, settur b'settur, bħall-bini, servizzi ta' l-ilma, servizzi tad-dawl, għamara, apparat mediku, eċċ.?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħti stima ta' l-infiq fuq l-isptar Mater Dei u jaqsam din l-istima, settur b'settur, bħall-bini, servizzi ta' l-ilma, servizzi tad-dawl, għamara, apparat mediku, eċċ.?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu jagħmel u joffri l-ministeru sabiex iħajjar aktar ħaddiema tal-gvern jissieħbu f'koperattivi u jaħdmu f'waħda mill-iskemi għalihom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Bord tal-Koperattivi permezz ta’ l-uffiċjali tiegħu, minn żmien għal żmien, jipparteċipa f’laqgħat edukattivi fejn tingħata informazzjoni lill-ħaddiema tal-Gvern dwar it-twaqqif ta’ koperattivi. Barra minn hekk, meta jkun hemm ħaddiema minn dawn li jiddeċiedu li jiffurmaw koperattiva, il-Bord joffri u jagħti l-appoġġ kollu li jkun hemm bżonn.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn koperattivi mwaqqfa fil-gżejjer tagħna? Kemm minn dawn il-koperattivi qegħdin jaħdmu tassew bi qliegħ? X'kien it-turnover tal-koperattivi ta' Malta u Għawdex għas-snin 2001, 2002 u 2003 rispettivament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hemm 59 koperattiva reġistrati mal-Bord tal-Koperattivi u li l-maġġoranza assoluta tagħhom joperaw bi qligħ.
Ninsab infurmat ukoll li t-turnover ta’ dawn il-koperattivi kien kif ġej:
2001 Lm26,541,130
2002 Lm25,937,017
L-informazzjoni dwar is-sena 2003 għadha qed tinġabar.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti fid-djar għall-anzjani tal-gvern, jiġifieri iż-Żejtun, Bormla, Mosta, Imsida, Għira u Floriana rispettivament?
Kemm minn dawn ir-residenti huma rġiel u kemm huma nisa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirċievu l-old age pension fix-xhur ta' Ottubru, Novembru u Diċembru 2003 rispettivament?
Kemm kienet l-ispiża totali fuq il-pensjoni ta' l-old age għas-sena 2003?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ninsab infurmat li l-ispiża totali fuq Pensjoni ta’ l-Eta’ għas-sena 2003 kienet tammonta għal Lm5.89 miljuni.