Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati li jaħdmu fid-djar ta' l-anzjani tal-gvern li fl-aħħar disa' xhur qalgħu f'xi xahar bejn Lm100 u Lm200 f'overtime, jew iktar minn Lm200 f'overtime?
X'kien il-grad tagħhom u f'kull każ separat kemm kien l-overtime għall-aħħar disa' xhue?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba huma kif ġej hawn taħt:
Grad
Nru. fil-Grad
Overtime
Nru. fil-Grad
Overtime
Ammont
Mħallas
Lm100-Lm200
Lm200 u aktar
Lm
Care Workers
9
1
3,203.80
Ass. Care Workers
4
Nil
1,837.68
Hosp. Auxiliary
1
Nil
104.56
Nursing Aides
3
1
826.46
Enrolled Nurse
1
Nil
101.82
Cook
Nil
1
1,637.37
Jista' il-Ministru jgħid ħarġitx sejħa għall-ingaġġ ta' pharmacy technician mid-dipartiment tas-saħħa jew mill-FMS fl-aħħar sena u nofs? Jekk fl-affermattiv, meta saret din is-sejħa? Kemm applikaw? Kemm intgħażlu, x'inhu l-isem u l-ID card ta' kull wieħed jew waħda minnhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li matul l-aħħar sena u nofs kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet għall-postijiet ta' Pharmacy Technician fid-Diviżjoni tas-Saħħa fid-19 ta' Marzu 2004. Kienu applikaw sitta u ntgħażlu erbgħa. Ir-riżultat ta' l-intervista kien ġie ippubblikat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u kien twaħħal fin-Notice Board fl-uffiċċju ta' l-istess kummissjoni kif ukoll fid-Diviżjoni tas-Saħħa.
Mill-FMS ma ħarġet l-ebda sejħa għall-ingaġġ ta' Pharmacy Technician fl-aħħar sena u nofs.
Qiegħed inpoġġi kopja tar-riżultat fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jara li jittieħdu passi biex studenti li qed jattendu l-annex fin-Naxxar ta' l-iskola Vincenzo Borg Braret u li joqogħdu fl-area Tas-Sagħjter in-Naxxar jiġu provduti bi trasport minħabba li ta' spiss qed jiġi rifjutat trasport lilhom minħabba li l-private tkun imballata bl-istudenti, inkluż studenti bil-wieqfa?
Jista' il-Ministru jgħid kif saret il-ħsara lill-kanċell prinċipali ta' l-isptar San Luqa kif ukoll il-ħadid ta' mal-kanċell (East Gate) faċċata tad-dipartiment ta' l-emerġenza fl-istess sptar?
Min ħallas biex issewwew iż-żewġ kanċelli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fiż-17 ta' Mejju 2004, u fil-15 ta' Settembru 2004 il-vettura bir-reġistrazzjoni KIP 005 kienet involuta rispettivament f'kolliżżjoni maż-żewġ kanċelli prinċipali ta' l-isptar San Luqa. Min kien responsabbli ser iħallas għall-ħsarat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm u f'liema dipartimenti qegħdin: 1) nursing aides; 2) health assistants; 3) hospital auxiliaries li qed jaħdmu mhux f'xi dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteri tas-saħħa u ta' l-anzjani?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata risposta f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li mill-aktar fis jissewwew il-liftijiet fl-iskejjel Lily of the Valley il-Mosta u Sir Temi Zammit l-Imtarfa minħabba li ċerti studenti qed ikollhom ifallu riżultat ta' diżabilita' temporanja li qed ibatu minnha?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid liema hi l-kumpannija preżentement imqabbda mill-fondazzjoni għas-servizzi mediċi bħala cost auditors biex tikkontrolla n-nefqa kapitali ta' l-isptar Mater Dei u biex tivverifika x-xogħol li qed jagħmlu l-kuntratturi SKANSKA u tiċċekkja l-claims ta' SKANSKA?
Jista' jgħid fuq liema bażi jsir il-ħlas skond il-ftehim bejn il-FSM u din il-kumpannija li qed tagħmel xogħol ta' cost auditors?
Kemm tħallsu s'issa dawn il-cost auditors għax-xogħol li għamlu fuq l-isptar Mater Dei?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-kumpannija preżentament imqabbda mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi bħala Cost Controllers biex tikkontrolla n-nefqa kapitali ta' l-Isptar Mater Dei u biex tivverifika x-xogħol li qed jagħmlu l-kuntratturi Skanska u tiċċekkja l-claims ta' Skanska hija Horwath CLS Ltd/EC Harris.
Il-kumpannija li qed tagħmel dan ix-xogħol tħallset bir-rata ta' 0.8% sal-31 ta' Diċembru 2003 u bir-rata ta' 0.82% mill-ewwel ta' Jannar 2004 (li tinkludi VAT u spejjeż oħra) tax-xogħol ċertifikat fuq id-Design & Build Contract. Dawn il-Cost Controllers tħallsu Lm581,279. Dan il-ħlas sar mit-28 ta' Mejju 2001.
Jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra il-kuntratt bejn il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi u Howarth CLS għal xogħol ta' cost auditing fuq l-isptar Mater Dei?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Kuntratt bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi u Horwath CLS/EC Harris għal xogħol ta' Cost Control fuq l-Isptar Mater Dei.
Jista' il-Ministru jgħid min hija l-kumpannija ta' l-avukati li għandhom kuntratt mal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi biex tevalwa kull problema legali li tista' tinqala' minn żmien għal żmien?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-konsulenti legali ikkuntrattati mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi huma Muscat Azzopardi & Associates.
Il-kuntratt ikopri l-perjodu ta' sentejn li jibda minn l-1 ta' Settembru 2003.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien id-dħul tal-welfare committee mill-kontribuzzjonijiet mitluba mill-anzjani fir-residenzi ta' l-anzjani tal-gvern, inkluż SVPR, fis-snin 1995, 1996, 1997, 1998, 1999, 2000, 2001, 2002 u 2003?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul tal-Welfare Committee mitluba mill-anzjani fir-residenzi ta' l-anzjani tal-gvern, inkluż SVPR, huma hekk:
Sena
Lm
1995
821,691.58
1996
1,091,196
1997
899,378
1998
1,155,093
1999
867,050
2000
1,882,004
2001
2,108,932
2002
1,950,000
2003
2,213,555
Jista' il-Ministru jgħid item, item skond l-estimi għal din is-sena kemm kienet in-nefqa bejn Jannar 2004 u Awissu 2004 u kemm hu l-valur ta' ħlasijiet pendenti għall-istess perjodu tad-dipartiment tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni estensiva mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar, risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid jekk fl-isptar Mater Dei hemmx sprinklers f'każ ta' ħruq? Jekk fl-affermattiv, f'liema partijiet ta' l-isptar ma jinstabux dawn l-isprinklers?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Isptar Mater Dei, fuq rakkomandazzjonijiet ta' esperti jagħmel użu minn diversi sistemi għall-protezzjoni kontra n-nirien.
Sistema ta' automatic water sprinklers tintuża fil-livell ta' taħt ground floor.
L-areas fuq ground level huma mqassma f'fire compartments li għandhom fire detectors u smoke detectors; fire rated doors/windows, fire dampers, fire water house needs u wet risers.
Aktar minn hekk, areas kbar huma mgħammra b'smoke extract systems.
Dan kollu, skond standards internazzjonali.
Jista' il-Ministru jara li mill-aktar fis possibbli titwaħħal bozza fi Triq Nutar Manuel Debono, Naxxar, fil-parti bejn Triq il-Paroċċa u Triq Luqa Briffa, liema bozza kienet tneħħiet minħabba bini li kien tiela'?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-lampa msemmija ma taqax taħt ir-responsabilita' tal-Korporazzjoni Enemalta. Din il-lampa ġiet devoluta lill-Kunsill Lokali Naxxar u għalhekk kull xogħol fuqha jrid isir mill-Kunsill Lokali.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati kazi ta' MRSA fl-isptar San Luqa, xahar b'xahar bejn Jannar 2004 u l-aħħar ta' Settembru?
X'qed isir biex l-ebda konsulent ma jkun jista' jostor kazi ta' MRSA li jkollu fis-sala tiegħu?
Xi prekawzjonijiet qed jittieħdu biex każi ta' MRSA ma jitħallewx ħdejn pazjenti oħra li faċilment jistgħu jiġu nfettati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' każijiet ta' MRSA li ġew irrapurtati fid-diversi swali ta' l-Isptar San Luqa mill-1 ta' Jannar sa l-aħħar t'Awissu huwa kif ġej:
Jannar
35
Frar
35
Marzu
30
April
27
Mejju
25
Ġunju
22
Lulju
32
Awissu
29
In-notifikazzjoni ta' kull każ ta' MRSA issir mil-laboratorju tal-mikrobijoloġija lill-Infection Control Unit li għalhekk hija f'pożizzjoni li żżomm informazzjoni dettaljata u eżatta.
Hija policy ta' l-isptar li kemm jista' jkun il-każijiet kliniċi ta' MRSA jiġu iżolati fis-sala GDW li hija attrezzata għal dan il-għan. Madanakollu din is-sala għandha massimu ta' 14-il sodda u jekk l-ammont ta' każijiet jeċċedi dan in-numru, issir deċiżjoni mill-Konsulent (Hospital Infection Control) fuq liema każijiet jieħdu prijorita' għat-trasferiment fis-sala GDW. Il-pazjent b'MRSA li jibqgħu fis-swali ġenerali jiġu innersjati permezz ta' contact isolation techniques skond il-policy ippubblikata.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm saru laqgħat bejn in-negotiating team imwaqqaf minnu u SKANSKA dwar il-proġett ta' l-isptar Mater Dei?
Kemm saru sigħat ta' laqgħat sal-lum? F'kemm-il ġurnata ltaqgħu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm suppost hu l-complement tar-radiographers fid-dipartiment tas-saħħa?
Kemm hemm radiographers jaħdmu preżentement? Kemm hemm minnhom fuq study leave, maternity leave, paternity leave, etc?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-complement tar-Radiographers fis-Sezzjoni tas-Saħħa qed jiġi revalwat.
In-numru ta' Radiographers li qed jaħdmu preżentamnet huwa 71.
Minn dawn hemm:
Study Leave
1
Maternity Leave
1
Parental Leave
2
Unpaid Leave
2
Jista' il-Ministru jgħid min hija l-kumpannija ta' l-awditjar li għandha l-fondazzjoni għas-servizzi mediċi biex tevalwa l-awditjar fuq l-isptar Mater Dei?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-kumpanija ta' awditjar ingaġġata mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għall-Isptar Mater Dei hija Grant Thornton.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-iScott Willson report dwar il-miżbla tal-Magħtab li kien ġie ppreżentat lill-gvern Malti xi xhur ilu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fis-seduta numru 138 ghall-mistoqsija numru 6091.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-lista kollha ta' l-apparat mediku għall-isptar Mater Dei skond il-ftehim bejn il-Fondazzjoni għas-servizzi mediċi u INSO aktar kmieni din is-sena?
F'din il-lista, jista' il-Ministru jinkludi: 1) id-ditta ta' kull apparat f'kull każ? 2) il-mudell ta' kull apparat f'kull każ? 3) l-ammont f'kull każ ta' dak l-apparat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant mhux se jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra għax huma ta' natura kummerċjali.