Sptar Sir Paul Boffa — Nefqa għall-provvista ta' l-ilma
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-provvista ta' l-ilma għall-isptar Sir Paul Boffa għax-xhur ta' din is-sena separatament xahar xahar bejn Jannar u l-aħħar ta' Settembru? Kemm kien il-volum ta' l-ilma wżat xahar b'xahar fl-istess perijodu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-nefqa għall-provista ta' l-ilma biss minn Jannar sa' l-aħħar ta' Awissu 2005 laħqet is-somma ta' Lm2,612.76.
Il-volum ta' ilma reġistrat minn Jannar sa l-aħħar ta' Awissu 2005 kien ta' 2,361 metri kubi.
Ma jinżammx rekord ta' konsum xahar b'xahar.
Jista' il-Ministru jgħid x'tip u kemm jinxtara fuel għall-użu fl-isptar Sir Paul Boffa? X'użu jsir minn dan il-fuel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li t-tip ta' fuel li jinxtara mill-Isptar Sir Paul Boffa jikkonsisti f'diesel u jintuża biss sabiex jitħaddem il-boiler.
L-ammont li nxtara bejn Jannar u Ottubru kien ta' 34,000 litri u sewa s-somma ta' Lm12,776.40.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-ilma li kien nieżel mas-swar fi Triq il-Kurċifiss il-Floriana għal diversi ġimgħat kienx ġej mill-isptar Sir Paul Boffa? X'kienet ir-raġuni li dan ma ġiex identifikat mill-ewwel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-każ ġie mistħarreġ sew. Wara ħafna investigazzjonijiet u konsultazzjonijiet ma' diversi entitajiet, fosthom id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, Dipartiment tad-Drenaġġ, u l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma (WSC), ġie finalment stabbilit li l-imemmija tnixxija kienet riżultat ta' ħsara f'wieħed mill-mains ta' distribuzzjoni ta' l-ilma ta' l-Isptar Sir Paul Boffa.
Sadattant, il-ħsara ġiet irranġata.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-karta anzjan ta' persuni 'il fuq minn 75 sena m'għadix tgħodd biex persuna tingħata priorita' fid-dipartimenti tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fid-dipartiment ta' l-outpatients fl-isptar San Luqa kulħadd jingħata appuntament bil-ħin, anki dawk li għandhom il-fuq minn 75 sena. Ikun impossibli li kull minn għandu il-kartanzjan jiġi mogħti priorita minħabba in-numru kbir li jaqa taħt din il-kategorija jattendu l-outpatients.
Fl-emerġenza ta' SLH, kif ukoll fil-lista ta' l-operazzjonijiet hija l-urġenza li tiddeċiedi.
F'postijiet oħra fejn ma jinatawx appuntamenti e.g. ċentri tas-saħħa, il-kartanzjan għadha tgħodd.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ u kif qed jinqasam id-dħul mill-ħlasijiet għall-parking fl-isptar San Luqa bejn il-gvern, il-kunsill lokali u l-kuntrattur privat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dħul mill-ħlasijiet għal parking fl-Isptar San Luqa jinqasam wara li jitnaqqsu dawn l-ispejjeż li ġejjin:
1. VAT
2a. L-isptar jieħu:
Kera tal-parkeġġi
Depreciation tal-apparat li nxtara mill-Isptar San Luqa (fuq medda ta' 4 snin)
Management Charge
Spejjeż relatati mal-manutenzjoni tal-parkeġġi
2b. Il-Kunsill Lokali jieħu:
L-ammont dovut għal pagi tal-ħaddiema ingaġġati speċifikament fuq is-sistema
Management Charge
Spejjeż amministrattivi
Manutenzjoni ta' l-apparat li jintuża fis-sistema
Il-profit jinqasam kif ġej:
Il-Gvern (Sptar San Luqa) 40% (Imorru fil-Fond Konsolidat)
Kunsill Lokali Pieta' 60%
Jista' il-Ministru jgħid jekk din is-sena dawk il-ħaddiema li jaħdmu ġimgħa ta' ħamest ijiem imqassma mit-Tnejn sal-Ħadd u m'għandhom l-ebda kumpens għall-ħdud jew festi humiex se jitilfu l-erbat ijiem annual leave miżjuda minħabba l-erba' festi li din is-sena ser jaħbtu fl-aħħar tal-ġimgħa?
Response (GALEA, LOUIS)
L-emenda fl-Att dwar il-Festi Nazzjonali u Btajjel Pubblici Oħra tagħmilha ċara li meta Festa Nazzjonali jew Btala Pubblika taħbat fil-ġurnata tas-Sibt jew tal-Ħadd dik il-Festa jew Btala ma għadhiex titqies bħala btala pubblika għall-iskop illi jingħata jedd lil xi persuna għal jum ieħor ta’ leave.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Enemalta żidietx adittivi lill-fuel tal-karozzi li jiġu mportati f'pajjiżna? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid xi standards qed jintużaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim iffirmat bejn il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi u l-konsorzju Skanska għat-tlestija ta' l-isptar Mater Dei, a bażi tal-ftehim milħuq fl-aħħar ta' l-2004?
Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-pjanta ta' l-isptar Mater Dei dwar kif se jkunu mqassma s-swali u kull parti oħra ta' l-isptar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim iffirmat bejn il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi u l-konsorzju Skanska u li jinkludi l-pjanti mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm inxtara l-apparat tad-dishwasher mingħand lukanda privata? Xi spejjeż saru fuq din id-dishwasher? Din id-dishwasher qed taħdem fil-preżent?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-ispejjeż li saru biex tinxtara u tiġi installata d-dishwasher huma kif ġej:
Xiri tal-makna Lm1000
Żarmar, trasport,armar u commissioning Lm 472
Tiswijiet varji Lm 236
Spejjeż fuq materjal biex tiġi installata d-dishwasher (bejn wieħed u ieħor) Lm 192
Total Lm1900
L-ammonti indikat jinkludi l-VAT.
Id-dishwasher fil-preżent qeda taħdem.
Jista' il-Ministru jgħid fil-miżbla tal-Magħtab, il-Wasteserv u/jew id-dipartiment ta' l-ambjent kemm qed iħaddmu inġenji mikrija mill-privat? Kemm minn dawn l-inġenji ġew mikrija wara ħruġ ta' tender? Kemm minn dawn l-inġenji ġew mikrija b'direct order? Kemm minn dawn l-inġenji, mikrija wara ħruġ ta' tender, huma misjuqa minn ħaddiema tal-Wasteserv? Kemm minn dawn l-inġenji, mikrija b'direct order, huma misjuqa minn ħaddiema tal-Wasteserv? Kemm hu l-ħlas separatament għal kull wieħed minn dawn l-inġenji mikrija b'direct order, mingħand min ġew mikrija u liema huma misjuqa minn ħaddiema tal-Wasteserv?
Kemm hu l-ħlas separatament għal kull inġenji mikrija wara ħruġ ta' tender, mingħand min ġew mikrija, u liema huma misjuqa minn ħaddiema tal-Wasteserv?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa s'issa fuq is-sistema tal-parking fl-isptar San Luqa u l-affarijiet l-oħra anċillari magħha?
Kemm se jkun il-ħlas għall-parking fl-isptar San Luqa meta din is-sistema tibda taħdem?
Il-multi għall-parking ħażin fl-isptar San Luqa u l-ħlas għall-parking fl-isptar San Luqa f'liema fond se jmorru?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa għas-sistema ta' parkeġġ fl-Isptar San Luqa hi pjanata li se tiġi tiswa Lm33,925 (eskluż il-VAT) għall-apparat u madwar Lm10,000 għal xogħolijiet oħra infrasrutturali.
Din in-nefqa saret bl-approvazzjoni tal-Ministeru tas-Saħħa u dak tal-Finanzi.
It-tariffi li se japplikaw għal parkeġġ tal-pubbliku għadhom ma ġewx finaliżżati.
Il-fondi kollha li se jinġabru minn din l-iskema ser jitqassmu bejn il-Kunsill Lokali ta' tal-Pieta' u l-Gvern (fond konsolidat).
Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-ftehim iffirmat bejn il-fondazzjoni għas-servizzi mediċi u l-konsorzju Skanska għat-tlestija ta' l-isptar Mater Dei, a bażi tal-ftehim milħuq fl-aħħar ta' l-2004?
Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-pjanta ta' l-isptar Mater Dei dwar kif se jkunu mqassma s-swali u kull parti oħra ta' l-isptar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir ix-xogħol fuq is-sistema tad-drenaġġ ħalli jitwaqqaf darba għal dejjem il-fawran tad-drenaġġ fit-toroq Sir Hannibal Scicluna u H. Megiser fin-Naxxar?
Response (GATT, AUSTIN)
B'żieda ma' dak li weġibt għall-interpellanza Numru 8232, ninsab infurmat illi t-tender biex jinxtraw il-pompi qiegħda tkun aġġudikata, fil-waqt li t-tender biex jiġi estiż il-main tad-drenaġġ ġiet ippublikata fl-10 ta' Diċembru 2004. Ward li din tkun aġġudikata, ikun jista' jinbeda x-xoghol.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu biex il-fossa tal-Baħrija ma tibqax tfur? Meta mistenni li s-sistema tad-drenaġġ fil-Baħrija tiġi mibdula ħalli tispiċċa din il-fossa?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma nkarigat kuntrattur privat illi huwa obbligat li jbattal il-fossa tal-Baħrija kuljum inkluż fil-festi pubbliċi u l-Ħdud. Qed jiġu studjati diversi alternattivi biex tinbidel is-sistema tad-drenaġġ fil-Baħrija u jispiċċa li bżonn ta' fossa komuni.
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi ukoll għat-tweġiba li tajt għall-mistoqijsa parlamentari numru 4416.
Jista' il-Ministru jgħid kemm se jkun hemm sodod fl-isptar Mater Dei hekk kif jiftaħ fl-2007?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-Isptar Mater Dei sa issa għandu l-kapacita' ta' 825 sodda ta' l-in-patients u 54 day-beds.
Għaddej eżerċizzju biex jakkomodaw sodod għad-dermatoloġija u l-onkoloġija u r-renal unit.
Jista' il-Ministru jgħid kemm se jkun hemm sodod fl-isptar Mater Dei għar-rehabilitation u għall-psikjatrija akuta? Kemm hu stmat li se tkun l-ispiża biex dan il-bini jitlesta minn kollox? Meta hu stmat li jitlesta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Medical Brief ta' l-Isptar Mater Dei jinkludi 168 sodda għal Rehabilitation u 45 sodda għall-Psikjatrija.
Dwar il-kumplament tad-domanda nirreferi għall-istqarrija tal-Prim Ministru tat-8 t'Ottubru 2004.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7825 u cioe' jara li mill-aktar fis jissewwew il-lifts fl-iskejjel Lily of the Valley il-Mosta u Sir Temi Zammit l-Imtarfa minħabba li ċerti studenti qed ikollhom ifallu riżultat ta' diżabilita' temporanja li qed ibatu minnha?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li l-lift ta' l-iskola Lily of the Valley, il-Mosta, issewwa kemm il-darba u kull darba terġa tinqalalu l-ħsara. Għalhekk tlabt li jitħejja survey minn inġinier fuq il-magna ta' dan il-lift. Jekk jinstab li jkun aħjar li tinbidel il-magna, allura tinħareġ tender biex din tiġi mibdula.
Informat ukoll li tħejja survey minn inġiniera fuq il-lift ta' l-iskola Sir Temi Żammit l-Imtarfa, li jikkonkludi li l-lift antik li hemm f'din l-iskola u ma jistax jissewwa, għaliex il-parts m'għadhomx fuq is-suq. Huwa fatt illi l-lift li hemm ma jissodisfax il-livelli ta' lifts moderni. Informat li l-Fondazzjoni Għall-Iskejjel ta' Għada qed tikkonsidra li toħroġ tender fil-futur qarib, biex jiżżarma dak il-lift antik u jiġi nstallat wieħed ġdid.