Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni u x'inhu l-isem tagħhom fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? X'inhu l-grad tagħhom? F'kull każ, l-impjieg tagħhom huwa wieħed permanenti jew fuq bażi ta' kuntratt? F'kull każ, x'inhi l-paga u x'perkaċċi għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ta' nazzjonalita' barranija mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? X'inhu l-grad li jokkupaw? Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' impjieg ta' dawn il-persuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi impjegat żewġ (2) persuni ta’ nazzjonalita’ barranija.
Kopja tal-kuntratt ta’ impjieg taż-żewġ impjegati qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni u x'inhu l-isem tagħhom fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? X'inhu l-grad tagħhom? F'kull każ, l-impjieg tagħhom huwa wieħed permanenti jew fuq bażi ta' kuntratt? F'kull każ, x'inhi l-paga u x'perkaċċi għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ta' nazzjonalita' barranija mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? X'inhu l-grad li jokkupaw? Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-kuntratt ta' impjieg ta' dawn il-persuni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħata f’xi seduta oħra.
Billi mistoqsija parlamentari 15488 għadha mhijiex risposta wara aktar minn erba' xhur, jista' il-Ministru jirrispondi din il-mistoqsija u jgħid kemm hemm karozzi tad-dipartiment u/jew ministeru tas-saħħa li huma jew bil-ħsara jew m'għadhomx jintużaw? F'kull każ, x'marka hi l-karozza u kemm ilha wieqfa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif tidher hawn taħt:
Tip ta' Vettura
Nru ta' Reġistrazzjoni
Kundizzjoni
V/W-Ambulanza
GVN 239
Ma tintużax *
V/W-Ambulanza
GVN 240
Ma tintużax *
V/W-Ambulanza
GVN 246
Ma tintużax *
Transit-Ambulanza
GVN 385
Ma tintużax *
Transit-Van
GVH 278
Ma tintużax *
Mazda-Saloon
EAP 034
Ma tintużax *
Vauxhall Nova- Hatchback
GVN 227
Ma tintużax *
Bedford-Truck
GVH 281
Ma tintużax *
Ducato-Ambulanza
GVN 036
Bil-ħsara- wieqfa mill-25/09/05
Ducato- Ambulanza
GVN 470
Bil-ħsara- wieqfa mis-07/11/05
V/W-Ambulanza
GVN 237
Ma tintużax- bord fil-futur
Seat
Wiqfa minn Ġunju 2005
Transit
Wieqfa minn Ġunju 2005
Transit
Wieqfa minn Ottubru 2005
Seat
Wieqfa minn Sena u nofs
Coach
Wieqfa minn Sentejn
Transit
Wieqfa Sena
Leyland
Wieqfa minn Sena u nofs
Sonata
Wieqfa minn Sena u nofs
Iveco
Wieqfa 8 xhur
Daewoo
Wieqfa minn Sena u nofs
* Nota: il-vetturi mmarkati bis-sinjal * jindikaw dawk li diġa mbiegħu b'tender u dalwaqt jitneħħew mill-Garage.
Din l-informazzjoni miġbura sal-15 ta' Novembru 2005.
Billi mistoqsija parlamentari 15486 għadha mhijiex risposta wara aktar minn erba' xhur, jista' il-Ministru jirrispondi din il-mistoqsija u jgħid kemm saru inkjesti dipartimentali rigward pazjenti u/jew kura li ngħataw pazjenti mill-1 ta' Jannar 2005 sal-lum? F'kull każ, x'kienet ir-raġuni ta' l-inkjesta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Sa l-aħħar tas-sena 2005 saru tlett inkjesti dipartimentali, tnejn fl-Isptar San Luqa u waħda fl-Isptar Monte Karmeli.
Dawn kienu kif ġej:
1. Il-ġenituri ta' tifla allegaw li t-tifla tagħhom ingħatat doża iktar milli suppost ta' mediċina waqt li t-tifla kienet pazjenta fl-Isptar San Luqa.
2. Il-ġenituri ta' tifla allegaw li t-tifla ma ngħatatx attenzjoni biżżejjed fl-Isptar San Luqa. Din l-inkjesta twaqqfet peress li l-ġenituri talbu l-Qorti biex tagħmel hi.
3. Rigward allegata imġieba mhux professjonali ta' infermier fl-Isptar Monte Karmeli.
Billi mistoqsija parlamentari 16675 għadha mhijiex risposta wara xahrejn, jista' il-Ministru jirrispondi din il-mistoqsija u jgħid fil-31 ta' Diċembru 2005, Vot taħt id-dekasteru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' kemm kien id-dejn u l-valur ta' prodotti jew servizzi li tagħhom riċevuti kienu għadhom ma waslux fid-dipartiment konċernat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Billi mistoqsija parlamentari 16674 għadha mhijiex risposta wara xahrejn, jista' il-Ministru jirrispondi din il-mistoqsija u jgħid kemm hemm karozzi mixtrija jew mikrija fid-dekasteru tiegħu li m'għandhomx "number plate" GM jew GVN jew li jindika li jappartjenu lid-dipartiment tas-saħħa? X'tip ta' karozzi huma? X'inhu n-number plate? Min qed jagħmel użu ta' dik il-vettura?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Billi mistoqsija parlamentari 15451 għadha mhijiex risposta wara aktar minn erba' xhur, jista' il-Ministru jirrispondi din il-mistoqsija u jgħid kemm hu l-valur tal-kontijiet u ħlasijiet oħra li għadhom ma tħallsux f'kull vot tad-dipartiment tas-saħħa u tal-ministeru tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li talbu s-servizz ta' tabib f'kull ċentru tas-saħħa, separatament, f'Malta u Għawdex u sena b'sena mill-1998 sa l-2005?
Response (DEGUARA, LOUIS)
It-totali ta' pazjenti li talbu servizz tat-tabib miċ-Ċentri tas-Saħħa mill-1998 sal-2005 hu kif ġej:
Sena
Furjana
Qormi
Gżira
Paola
Mosta
Rabat
Bormla
2005
65999
41027
41404
96499
83343
30723
30352
2004
67067
47528
43126
107953
84058
31208
27179
2003
68480
44821
47189
106354
85869
29782
25611
2002
68535
47368
53968
108244
84215
28391
23324
2001
68420
50409
52298
110063
82117
28517
23852
2000
70028
55792
51678
118140
83193
34744
28513
1999
73787
62612
52935
128884
83380
43336
32847
1998
72313
56402
52951
124931
83281
40977
36504
Dawn it-totali jinkludu pazjenti li marru għand it-tabib fiċ-Ċentri tas-Saħħa kif ukoll żjarat tat-tabib fid-djar, iżda ma jinkludix il-viżiti ta' pazjenti fil-Bereġ.
Għall-aħħar parti tal-Mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Ministru jgħid f'kull sala ta' l-isptar San Luqa kemm suppost hu l-bed state normali?
Kemm fil-fatt kien hemm pazjenti f'kull sala f'kull ħin li tiġi kkalkulata l-bed state ta' kull sala matul il-ġimgħa 9 ta' Jannar, 2006 u s-16 ta' Jannar 2006 biż-żewġ dati nklużi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejad tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mixtrija jew mikrija fid-dekasteru tiegħu li m'għandhomx "number plate" GM jew GVN jew li jindika li jappartjenu lid-dipartiment tas-saħħa?
X'tip ta' karozzi huma?
X'inhu n-number plate?
Min qed jagħmel użu ta' dik il-vettura?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar Risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ladarba tkun lesta.
Jista' il-Ministru jgħid fil-31 ta' Diċembru 2005, Vot, Vot taħt id-dekasteru tas-Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' kemm kien id-dejn u l-valur ta' prodotti jew servizzi li tagħhom riċevuti kienu għadhom ma waslux fid-dipartiment konċernat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar Risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ladarba tkun lesta.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li diversi persuni fit-tmexxija ta' l-isptar San Luqa/sptar Mater Dei irriżenjaw u/jew il-kuntratt tagħhom ma ġiex imġedded?
Xi kwalifiki għandhom dawk li qed jokkupaw permanentarjament jew temporanjament il-pożizzjoni ta' dawk li rriżenjaw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienet biss il-Kariga ta' CEO għall-Isptar Mater Dei/ San Luqa li ġiet vakanti u dan għaliex il-persuna konċernata tat ir-riżenja tagħha għal raġunijiet personali.
Is-CEO l-ġdida ta' l-Isptar Mater Dei/San Luqa, Ms. Marion Rizzo hija gradwata fix-xjenza (BSc) u fil-Management tas-Servizz tas-Saħħa (postgraduate diploma u Masters). Għandha 20 sena esperjenza ta' tmexxija fil-laboratorji tal-Patoloġija ta' l-Isptar San Luqa mill-grad ta' analyst sal-grad ta' Manager, kif ukoll 5 snin esperjenza f'diversi rwoli ta' tmexxija fl-izvilupp ta' l-Isptar Mater Dei u fil-Ministeru tas-Saħħa.
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Enemalta żidietx adittivi lill-fuel tal-karozzi li jiġu mportati f'pajjiżna? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid xi standards qed jintużaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali u tista' titfa l-Enemalta fi żvantaġġ ma xi entitajiet li jitħajru jidħlu f'dan is-suq mis-sena d-dieħla. Iżda nista' nassigura lill-Onor. Intepellant li l-Enemalta timxi ma prattiċi nternazzjopnali fejn jidħlu l-fuels.
Jista' il-Ministru jgħid xi kwotazzjonijiet saru biex jingħata s-servizz tal-laser ta' l-għajnejn? Kemm kienet kull kwotazzjoni? Kull ġimgħa, kemm se jsiru interventi tal-laser fuq l-għajnejn mill-klinika li ntgħażlet? Meta mistenni li laser ta' l-għajnejn ġdid se jibda jiffunzjona fl-isptar San Luqa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Diviżjoni talbet kwotazzjonijiet mill-Isptarijiet Privati għas-servizz tal-laser. Minnhom intażlet l-irħas waħda.
Is-servizz tal-Laser ta' l-għajnejn li qiegħed jinxtara mill-Isptarijiet Privati qed jiġi utiliżżat biss għall-emerġenzi. Bejn wieħed u ieħor qed jintbagħat każ fil-ġimgħa għat-trattament. Huwa maħsub li l-Laser il-ġdid jasal għall-aħħar tax-xahar.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-valur tal-kontijiet u ħlasijiet oħra li għadhom ma tħallsux f'kull vot tad-dipartiment tas-saħħa u tal-ministeru tas-saħħa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm saru inkjesti dipartimentali rigward pazjenti u/jew kura li ngħataw pazjenti mill-1 ta' Jannar 2005 sal-lum? F'kull każ, x'kienet ir-raġuni ta' l-inkjesta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm karozzi tad-dipartiment u/jew ministeru tas-saħħa li huma jew bil-ħsara jew m'għadhomx jintużaw? F'kull każ, x'marka hi l-karozza u kemm ilha wieqfa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'xi seduta oħra.