B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsijiet parlamentari 21534 u 21991, jista' il-Ministru jgħid kif, minkejja r-regolamenti msemmija, ġenituri li kellhom miscarriage tal-fetu wħud ingħataw il-fetu biex jieħdu ħsieb tad-dfin tiegħu filwaqt li oħrajn kellhom jidħlu f'diversi spejjeż biex iqabbdu kumissjonant biex jieħu ħsieb id-dfin?
Għaliex saret din id-differenza? Fl-aħħar sena, kemm kien hemm każi fejn il-fetu ngħata lill-ġenituri biex jieħdu ħsieb id-difna? Fl-aħħar sena kemm kien hemm każi fejn tqabbad kummissjonant?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ ta' flus li ngħataw lill-inġiniera ta' l-Enemalta li ddisinjaw boiler control panels ġodda u li ffrankaw lill-Enemalta għexieren ta' eluf ta' liri, hekk kif kien ħabbar hu stess fis-6 ta' Ottubru 2006?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li s-suġġeriment tiegħi li jingħata xi tip ta' kumpens lit-team li ħadem fuq il-boiler control panels il-ġodda ser titressaq quddiem il-Bord tad-Diretturi waqt il-laqgħa li jmiss.
Jista' il-Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet is-sejħa għal offerti għall-I.T. għall-isptar Mater Dei?
Meta mistenni li s-sistema tkun installata kollha kemm hi u l-ħaddiema jkunu ngħataw it-taħriġ kollu kif din għandha titħaddem?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex ċertu ġenituri jingħataw permess jieħdu ħsieb id-dfin tal-fetu tagħhom wara miscarriage filwaqt li ġenituri oħra jiġu sfurzati jmorru għand kummissjonanti li jieħdu ħsieb id-dfin?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21534.
Jista' il-Ministru jieħu passi ħalli t-triq li tagħti għall-crafts village f'Ta' Qali min-naħa tat-triq li tgħaqqad Ħ'Attard mar-Rabat, ma tkomplix iżżomm ħafna ilma meta tkun ix-xita bil-konsegwenza li karozzi żgħar ikollhom problema biex jgħaddu u b'hekk iwassal għat-telf ta' qliegħ għall-ħwienet fil-crafts village?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ADT qegħda tipprepara l-pjanti tat-toroq li ser ikunu nklużi fil-proġett tal-crafts village f’Ta’ Qali.
Inkluż ma dan ix-xogħol qegħda tipprova tinstab soluzzjoni għall-problema imsemmija mill-Onorevoli Nterpellant.
Saħħa, Anzjani u Kura fil-Komunita' — Kuntratturi tat-tindif
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm kuntratturi tat-tindif imqabbda f'kull dipartiment, fondazzjoni, awtorita', eċċ fid-dekasteru tiegħu? Jista' jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra kull kuntratt bejn kull dipartiment jew awtorita' eċċ li huma parti mid-dekasteru tiegħu u kull kuntrattur tat-tindif imqabbad?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm irriżenjaw tobba mid-dipartiment tas-saħħa matul din l-aħħar sena? X'kien il-grad tagħhom? Għal liema speċjalita' kienu jappartjenu?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li teżisti differenza kif ġew stmati ġenituri li kellhom telf tal-faetus kmieni fit-tqala, fejn uħud qalulhom li bilfors kellhom iqabbdu kummissjonant filwaqt li ġenituri oħra tħallew jieħdu ħsieb it-teħid tal-faetus biex jindifen?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-sistema li tintuża għal dawk il-ġenituri li jitilfu l-fetu kmieni fit-tqala huwa kif ġej:
i. Il-ġenituri jiġu offruti l-possibilta` li l-fetu jindifen bi dfin komuni, jiġifieri l-feti kollha ta' sena sħiħa jindifnu flimkien f'Novembru. Din is-sistema ma tinvolvi l-ebda spejjeż għall-koppja u d-difna jieħu ħsiebha d-Dipartiment tal-Obstetrija u l-Ġinekoloġija flimkien ma' SANDS li hija support group volontarju.
ii. Il-ġenituri jiġu mistoqsija jekk ikunux iridu jidfnu l-fetu huma stess. F'dan il-każ, jieħdu ħsieb id-difna huma. Jekk il-ġenituri jagħżlu li jidfnu l-fetu huma stess iridu jqabbdu kummisjonant biex jieħu ħsieb id-difna, bħal kwalunkwe difna oħra. Fl-ebda okkażjoni ma jingħata permess li l-feti jittieħdu mingħajr kummisjonat għaliex il-ġarr tal-mejtin jista' jsir biss minn karozzi awtoriżżati li huma l-hearses. Ikun jinħtieġ ukoll permess għad-difna li jinħareġ mill-Pulizija.
Id-deċiżjoni hija tal-ġenituri u l-ebda ġenituri ma jiġu mġelgħin bilfors.
Jista' il-Prim Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra pjanti ta' l-isptar Mater Dei li juru t-tqassim ta' swali, uffiċini, eċċ. ta' kull blokka ta' dan l-isptar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li għall-raġunijiet ta’ Sigurta, l-pjanti ta’ l-Isptar Mater Dei ma jistgħux ikunu ta’ dominju pubbliku. B’danakollu, ma hemm l-ebda oġġezzjoni jekk l-Onorevoli Interpellant jixtieq jiġi jara l-pjanti jiġi jara l-pjanti ta’ l-Isptar Mater Dei privatament fil-Ministeru.
Jista' il-Prim Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li l-kumpless ta' l-għadd tal-voti f'Ta' Qali mhuwiex tajjeb biex ikompli jintuża? Intalbet konsulenza qabel ittieħdet din id-deċiżjoni? Jekk fl-affermattiv, min tqabbad għal din il-konsulenza u kemm tħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali bagħtitli, fit-8 ta’ Marzu 2004, kopja ta’ rapport imħejji mill-Perit Anthony Muscat, li kien imqabbad mill-Kummissjoni, dwar il-qagħda tal-Kumpless tal-Għadd tal-Voti ġewwa Ta’ Qali. Ir-rapport joħroġ ċar li fil-kumpless hemm mankanzi serji li jinneċessitaw finanzji sostanzjali biex jiġu indirizzati. Fil-fatt l-istima kienet ta’ madwar nofs miljun lira Maltin.
Jista' il-Ministru jgħid min tqabbad biex jagħti konsulenza lil xi dipartiment fid-dekasteru tas-saħħa fl-2004, 2005 u 2006 sal-ġurnata tal-lum? F'kull każ, dan tqabbad direttament? Kemm kien il-ħlas f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra la darba tkun lesta.
Jista' il-Ministru jgħid fejn se jiġi trasferit il-medical stores ta' Ta' Qali? Il-post il-ġdid intgħażel wara sejħa għall-offerti? Il-post il-ġdid inxtara jew ġie mikri? F'kull każ, jista' il-Ministru jqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra il-kuntratt?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Medical Stores ta' Ta Qali ser jiġu trasferiti b'mod temporanju għall-imħażen fl-Industrial Estate tal-Marsa. Peress li t-trattativi kollha saru mill-Ministeru tal-Finanzi nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' il-Prim Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li l-kumpless ta' l-għadd tal-voti f'Ta' Qali mhuwiex tajjeb biex ikompli jintuża? Intalbet konsulenza qabel ittieħdet din id-deċiżjoni? Jekk fl-affermattiv, min tqabbad għal din il-konsulenza u kemm tħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u għaldaqstant ser tingħataf’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid xahar b'xahar kemm kien hemm każi ta' MRSA matul ix-xhur ta' din is-sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni ġiet miġbura mill-Infection Control Unit, sptar San Luqa. It-tabella ta' hawn taħt turi każi li ġew irrapurtati bħala pożittivi għal MRSA mill-Laboratorju. In-numri jirrelataw għal pazjenti u juru l-ewwel sitt xhur ta' din is-sena.
Riżultat pożittiv mill-laboratorju ma jindikax is-severita` tal-kundizjoni klinika.
Xhur 2006
Każi li ġew invistati l-isptar
San Luqa b'riżultat pożittiv
għal MRSA
Każi rrapurtati fi Clinics u Sptarijiet oħra barra l-Isptar
San Luqa b'riżultat pożittiv
għal MRSA
Jannar
25
8
Frar
30
7
Marzu
21
4
April
28
8
Mejju
48
23
Ġunju
39
13
Jista' il-Ministru jgħid kemm inbnew oqbra fiċ-ċimiterju ta' Burmarrad? Kemm tqassmu oqbra s'issa? Kemm hemm oqbra li għadhom ma nbigħux? Fil-każ ta' dawk l-oqbra l-ġodda li tqassmu, jista' il-Ministru jagħti n-numru ta' riferenza f'kull każ u f'liema sena saret l-applikazzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.