Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni jaħdmu bi qligħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni jaħdmu bi qligħ sal-31 ta' Diċembru 2006? Kemm kien in-numru ta' persuni li jaħdmu f'dipartimenti tal-gvern fil-31 ta' Diċembru 2006? Kemm hemm persuni li għandhom impjieg part-time? Kemm minn dawn il-persuni l-uniku dħul tagħhom huwa minn part-time? Kemm kien in-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel parti u t-tieni parti separatament? Kemm minn dawn huma nisa u kemm minnhom huma rġiel?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għajnuna soċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni jirċievu l-għajnuna soċjali sa l-aħħar ta' Diċembru 2006? Kemm kien hemm persuni li resqu quddiem il-bord ta' l-invalidita' fl-2005 u fl-2006 separatament? F'kull każ, kemm minn dawn il-persuni ma kkwalifikawx għall-pensjoni? Kemm kien hemm persuni jirċievu l-pensjoni ta' l-anzjani (OAP) sa l-aħħar ta' Diċembru 2006? Kemm kien hemm familji jirċievu l-allowance tat-tfal f'Diċembru 2005 u f'Diċembru 2006?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qed tinġabar u twegiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Bank Ċentrali — Family friendly measures

Question

B'riferenza għall-miżura li ntroduċa l-gvern fl-aħħar budget sabiex family friendly measures jiddaħlu fis-settur pubbliku, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-bank ċentrali huwiex ikkonsidrat parti mis-settur pubbliku? Jekk fl-affermattiv, allura għalfejn il-miżuri ma ġewx introdotti fil-bank ċentrali minkejja l-insistenza tal-house union?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bank Ċentrali ta’ Malta ma jaqgħax taħt ir-responsabbilità diretta ta’ xi ministeru. Meta tqassmu r-responsabbilitajiet ministerjali f’Marzu ta’ l-2004, il-Ministeru tal-Finanzi ngħata r-responsabbilità għar-relazzjonijiet mal-Bank Ċentrali, b’rispett għall-prinċipju ta’ l-indipendenza tal-Bank Ċentrali. Minkejja dan, fl-interess tat-trasparenza, saret laqgħa mal-Bank li fiha dan is-suġġett ġie diskuss. Jirriżulta li l-Bank diġà għandu numru kbir ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol li jistgħu jitqiesu bħala family friendly. Jirriżulta wkoll li l-kundizzjonijiet ta’ xogħol ta’ l-impjegati tal-Bank Ċentrali jiġu stabbiliti minn żmien għal żmien permezz ta’ ftehim kollettiv ma’ tlett unions li jirrapreżentaw dawn l-impjegati. F’dan il-kuntest huwa mifhum li l-Bank għandu l-intenzjoni li jkompli jindirizza dan is-suġġett tal-family friendly measures, b’mod li ma tiġix mxejna l-effiċjenza operazzjonali tiegħu, waqt in-negozjati tal-ftehim kollettiv.

Mosta — Triq Rużinjol

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq ir-Rużinjol, il-Mosta hux se tingħata t-tarmac kollha kemm hi jew parti minnha? Jekk se ssir parti minnha biss, jista' jgħid għaliex?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant għadha mhiex kollha żviluppata iżda xorta waħda, il-parti tat-triq li hija żviluppata kif ukoll l-aċċessi għal din it-triq se jiġu asfaltati.

Pulizija — Rapporti ta' serq minn djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fl-2006 kemm sar serq minn djar? Kemm minn dawn is-serqiet jirriżulta li l-vittmi kienu pazjenti ġewwa l-isptar San Luqa fil-mument li tkun saret is-serqa? F'liema swali kienu l-pazjenti misruqa u kemm kienu l-kwantita' ta' vittmi ta' serq f'kull sala ta' l-isptar?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġibijet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari bin-numri 17124, 18971, 18973, 18975, 19492, 20089, 20644, 20646, 22412, 22415, 23463 u 23465. Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika tat-tagħrif mitlub.

Sptar Mater Dei — Sistema ta' I.T.

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid f'liema stadju waslet is-sejħa għal offerti għall-I.T. għall-isptar Mater Dei? Meta mistenni li s-sistema tkun installata kollha kemm hi u l-ħaddiema jkunu ngħataw it-taħriġ kollu kif din għandha titħaddem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 21058

Sptar Mater Dei — Sistema ta' l-IT

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21988 u jgħid f'liema stadju waslet is-sejħa għal offerti għall-I.T. għall-isptar Mater Dei? Meta mistenni li s-sistema tkun installata kollha kemm hi u l-ħaddiema jkunu ngħataw it-taħriġ kollu kif din għandha titħaddem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 21988.

Sptar Mater Dei — Sistema ta' l-IT

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21988 u 22093 u jgħid f'liema stadju waslet is-sejħa għal offerti għall-I.T. għall-isptar Mater Dei? Meta mistenni li s-sistema tkun installata kollha kemm hi u l-ħaddiema jkunu ngħataw it-taħriġ kollu kif din għandha titħaddem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 21988.

Dfin ta' Feti

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 22237, 21534 u 21981, barra l-erba' persuni li qabbdu kummissjonant u l-57 li għażlu li l-fetu jindifen bi dfin komuni, jirriżulta li f'Malta u f'Għawdex sar dfin ta' feti mingħajr il-bżonn ta' kummissjonant jew ta' dfin komuni? Kemm kien hemm każi simili?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-Isptar San Luqa qatt ma kien involut fi dfin ta' feti li ma kienx parti minn dfin komuni jew mingħajr il-bżonn ta' kummisjonant. Dwar l-Isptar t'Għawdex nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Sptar Mater Dei — Sistema ta' l-IT

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21988, 22093 u 22231 u jgħid f'liema stadju waslet is-sejħa għal offerti għall-I.T. għall-isptar Mater Dei? Meta mistenni li s-sistema tkun installata kollha kemm hi u l-ħaddiema jkunu ngħataw it-taħriġ kollu kif din għandha titħaddem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari numru 22364.

Sptar San Luqa — Każi ta' Food Poisoning

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22088 u jgħid fl-aħħar xahar kemm kien hemm każi ta' food poisoning fl-isptar San Luqa? Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm każi ta' food poisoning fuq pazjenti u kemm kien hemm impjegati affettwati? X'kienet il-kawża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-10, 11, 12 ta' Novembru 2006 d-dipartiment tas-Saħħa Pubblika ġie nfurmat li hemm numru ta' pazjenti residenti fl-Isptar San Luqa li kienu qegħdin ibatu b'gastroenterite. Meta dan id-dipartiment investiga dan l-avveniment, instab li kien hemm total ta' 45 każijiet ta' gastrioenterite f'pazjenti u żewġ każijiet f'impjegati. Testijiet fuq dawn il-każijiet irriżulta li dawn il-pazjenti kienu qegħdin ibatu minn Norovirus.

Xogħol ta' tindif

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 21986 u 22092 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kull kuntratt fid-dekasteru tiegħu dwar xogħol ta' tindif ta' sptarijiet, awtoritajiet, eċċ.?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Dfin ta' Feti

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22094 u jgħid: B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsijiet parlamentari 21534 u 21991, jista' il-Ministru jgħid kif, minkejja r-regolamenti msemmija, ġenituri li kellhom miscarriage tal-fetu wħud ingħataw il-fetu biex jieħdu ħsieb tad-dfin tiegħu filwaqt li oħrajn kellhom jidħlu f'diversi spejjeż biex iqabbdu kumissjonant biex jieħu ħsieb id-dfin? Għaliex saret din id-differenza? Fl-aħħar sena, kemm kien hemm każi fejn il-fetu ngħata lill-ġenituri biex jieħdu ħsieb id-difna? Fl-aħħar sena kemm kien hemm każi fejn tqabbad kummissjonant?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sistema li tintuża għal dawk il-ġenituri li jitilfu l-fetu kmieni fit-tqala huwa kif intqal fir-Risposta Parlamentari numru 21534. Ma kien hemm l-ebda differenza għaliex id-deċiżjoni hija tal-ġenituri u l-ebda ġenituri ma jiġu mġegħlin bilfors. Din is-sena n-numru ta' każi fejn il-ġenituri għażlu li jqabbdu kummisjonant kien ta' 4. Fil-waqt li 57 feti ser jindifnu bi dfin komuni fid-29 ta' Novembru 2006, b'għażla tal-ġenituri stess.

Liċenzji għal spiżeriji privati

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 22091 u jgħid kemm ħarġu liċenzji għal spiżeriji privati fl-2005 u l-2006 sal-lum? Liema kienu l-lokalitajiet li fihom ħarġu dawn il-liċenzji? Liema kienu l-ispiżeriji li nħarġitillhom liċenzja biex jiftħu? F'kull każ, meta applikaw għal din il-liċenzja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hi kif ġejja: Data ta' l-applikazzjoni Spiżeriji li ngħataw liċenzji fl-2005 u 2006 Lokalita' Data tal-Liċenzja 04/09/95 Vella Pharmacy Nadur 26/06/06 28/02/02 Sokkors Pharmacy Kerċem 03/10/06 29/10/05 Oxybar (permess għad-dispensa tal-ossiġnu biss) Kirkop 22/12/05

Membri ta' l-Armata

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 21987, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm ilhom ma jingħataw żraben is-suldati ta' l-AFM?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor interpellant li t-tqassim ta’ żraben lis-suldati baqa’ għaddej normali sa madwar ħames xhur ilu meta fl-istokk kien għad baqa’ diversi qisien ta’ żraben. Il-konsenja ġdida appik li tasal u t-tqassim għadnu jerġa jibda jsir b’mod regolari.

Sptar San Luqa — Każi ta' food poisoning

Question

Jista' il-Ministru jgħid fl-aħħar xahar kemm kien hemm każi ta' food poisoning fl-isptar San Luqa? Jekk fl-affermattiv, kemm kien hemm każi ta' food poisoning fuq pazjenti u kemm kien hemm impjegati affettwati? X'kienet il-kawża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Liċenzji għal spiżeriji privati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ħarġu liċenzji għal spiżeriji privati fl-2005 u l-2006 sal-lum? Liema kienu l-lokalitajiet li fihom ħarġu dawn il-liċenzji? Liema kienu l-ispiżeriji li nħarġitillhom liċenzja biex jiftħu? F'kull każ, meta applikaw għal din il-liċenzja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Xogħol ta' Tindif

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21986 u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kull kuntratt fid-dekasteru tiegħu dwar xogħol ta' tindif ta' sptarijiet, awtoritajiet, eċċ.?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha qed tinġabar, Risposta tingħata f'xi Seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Sistema ta' l-IT

Question

Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 21988 u jgħid f'liema stadju waslet is-sejħa għal offerti għall-I.T. għall-isptar Mater Dei? Meta mistenni li s-sistema tkun installata kollha kemm hi u l-ħaddiema jkunu ngħataw it-taħriġ kollu kif din għandha titħaddem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.