Jista' l-Ministru jgħid min-naħa tad-dekasteru tiegħu kemm kienet in-nefqa u jagħti breakdownta' din in-nefqa inkluż rati mħallsa lill-ħaddiema li ħadu parti għall-open days li saru f'Mater Dei fit-30 ta' Ġunju, 2007 u l-1 ta' Lulju, 2007?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-nefqa f'overtime tal-ħaddiema li ħadu parti għall-Open Days li saru f'Mater Dei bejn it-30 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju 2007 għadhom qed jiġu verifikati mal-attendenzi.L-informazzjoni ser tittpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra la darba tkun lesta.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa u jagħti breakdown ta' din in-nefqa inkluż overtime ta' ħaddiema għall-open days li saru f'Mater Dei fit-30 ta' Ġunju, 2007 u l-1 ta' Lulu, 2007?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa ċ-ċerimonja li saret fid-29 ta' Ġunju, 2007 fl-isptar Mater Dei? Jista' jagħti breakdown ta' dawn l-ispejjeż?
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar tlett xhur, min-naħa tad-dekasteru tiegħu kemm kienet in-nefqa f'reklamar dwar l-isptar Mater Dei fuq it-televiżjoni, radjijiet, gazzetti, magazines, billboards, eċċ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar tlett xhur, kemm kienet in-nefqa f'reklamar dwar l-isptar Mater Dei fuq it-televiżjoni, radjijiet, gazzetti, magazines, billboards, eċċ?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fiċ-Ċivil li qegħdin fuq unpaid leave jew study leave? Kemm hemm impjegati li ilhom bejn
1- 2 snin
2- 3 snin
3- 4 snin
4- 5 snin
5 snin + ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26318.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26010 u jgħid kemm hemm impjegati fiċ-Ċivil li qegħdin fuq unpaid leave jew study leave? Kemm hemm impjegati li ilhom bejn
1- 2 snin
2- 3 snin
3- 4 snin
4- 5 snin
5 snin + ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li hemm b’kollox 949 impjegati fiċ-Ċivil li qegħdin fuq unpaid leave jew study leave, mqassma kif qiegħed indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26265 jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fir-rigward tal-bozoz fid-diversi bypasses?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-bozoz tat-tip 210 W SON, minn barra li meta jinbidlu jkunu waslu fl-aħħar ta' ħajjithom, huma anqas effiċjenti, juru inqas minħabba iż-żmien li għandhom, mhumiex standard u għalhekk jiswew aktar. Dawn qegħdin jinbidlu bit-tip 150 W jew 250 W SON li huma standard.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26009 u jgħid kemm hemm impjegati fid-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq unpaid leave jew study leave? F'kull każ kemm ilhom fuq unpaid leave jew study leave u x'inhu l-grad tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra meta tkun lesta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fid-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq unpaid leave jew study leave? F'kull każ kemm ilhom fuq unpaid leave jew study leave u x'inhu l-grad tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26009 ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati fiċ-Ċivil li qegħdin fuq unpaid leave jew study leave? Kemm hemm impjegati li ilhom bejn
1- 2 snin
2- 3 snin
3- 4 snin
4- 5 snin
5 snin + ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħti kjarifika dwar is-sitwazzjoni ta' l-għassiesa (guards) ingaġġati fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin b'kuntratt ta' tliet snin, kuntratt li jgħid li dawn jitħallsu salarju ta' skala 13 iżda jekk ma jibqgħux b'dan il-kuntratt jiġu fi skala 16? X'inhi s-sitwazzjoni tagħhom rigward il-pensjoni? Il-pensjoni tkun ikkalkulata fuq skala 13 jew skala 16? Iż-żmien li jservu fi skala 16 jgħodd għal 25 sena servizz?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li meta uffiċjali b'kuntratt ta' tlett snin ma jibqgħux b'dan il-kuntratt dawn jaqgħu fis-substansive grade li fil-maġġoranza huwa ta' scale 16. Dan japplika għal dawk l-uffiċjali li ġew ingaġġati wara l-1994.
Fir-rigward tal-pensjoni, din ukoll tkun skond il-grad u għaldaqstant - scale 16.
Iż-żmien li jservu, irrespettivament ikunux fi scale 16 jew 13, jgħodd għal 25 sena servizz.
Jista' l-Ministru jispjega x'inhi r-raġuni li f'ċerti każi ta' kura tal-cancer permezz ta' raġġi, parti mill-kura tingħata b'xejn filwaqt li parti oħra tal-kura l-pazjent irid iħallas għaliha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-kura tal-kanċer permezz ta' raġġi (radjuterapija) hija kollha provduta bla ħlas.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra d-dettalji tal-pjan tiegħu biex persuni li għandhom aktar minn 16-il sena u li jkollhom diżabilita' u li jkunu jixtiequ jkomplu bl-istudji tagħhom, ikunu jistgħu jagħmlu dan? Il-kors ta' l-MCAST għal persuni b'diżabilita' se jkompli? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid fejn se jsir dan it-tagħlim u jekk hux se jsir fil-mainstream ta' l-edukazzjoni?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Membru għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 25821.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li diverzi bozoz fit-toroq qed jinbidlu minkejja li għadhom jixgħelu? Għaliex bozoz tajbin li qed jitneħħew u qed jintremew?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid għal liema toroq qed jirreferi.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fl-aħħar sena ingħatax xi direct order relatat ma' l-IT tal-Isptar Mater Dei? Jekk fl-affermattiv, liema kumpannija ngħatat dan id-direct order u liema parti tas-servizzi fl-isptar se jkunu moqdija b'dan id-direct order?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fl-aħħar sena ngħataw direct orders għall-konsulenzi relatati ma’ IT ta’ l-iSptar Mater Dei lil dawn il-kumpaniji:
Quantum Plus
Gartner Ireland Ltd
KPMG
Dawn id-direct orders huma relatati mal-kuntratt kollu ta’ l-IT għall-iSptar Mater Dei.
Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 24856 u jgħid jekk fl-aħħar sena ingħatax xi direct order relatat ma' l-IT tal-Isptar Mater Dei? Jekk fl-affermattiv, liema kumpannija ngħatat dan id-direct order u liema parti tas-servizzi fl-isptar se jkunu moqdija b'dan id-direct order?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 24856.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk fl-aħħar sena ingħatax xi direct order relatat ma' l-IT tal-Isptar Mater Dei? Jekk fl-affermattiv, liema kumpannija ngħatat dan id-direct order u liema parti tas-servizzi fl-isptar se jkunu moqdija b'dan id-direct order?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 23739 u tgħid kemm kien hemm persuni jirċievu l-għajnuna soċjali sa l-aħħar ta' Diċembru 2006? Kemm kien hemm persuni li resqu quddiem il-bord ta' l-invalidita' fl-2005 u fl-2006 separatament? F'kull każ, kemm minn dawn il-persuni ma kkwalifikawx għall-pensjoni? Kemm kien hemm persuni jirċievu l-pensjoni ta' l-anzjani (OAP) sa l-aħħar ta' Diċembru 2006? Kemm kien hemm familji jirċievu l-allowance tat-tfal f'Diċembru 2005 u f'Diċembru 2006?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.