Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa bejn l-1 ta' Mejju, 2007 u llum fuq billboards, riklami, booklets, programmi fuq it-televiżjoni eċċ b'riferenza diretta u ndiretta għall-isptar Mater Dei? Kemm kienet in-nefqa s'issa u kemm għad irid jitħallas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefaq fuq diversi mezzi ta' kommunikazzjoni, tv, radio, ġurnali, billboards, programmi, flyers, kotba, leaflets eċċ bejn Mejju 2007 u Awissu 2007 ħalli jiġi riklamati l-ftuħ ta' l-Isptar Mater Dei fit-28 ta' Ġunju, 2007? Kif kienet maqsuma l-ispiża? Kemm kienet l-ispiża tal-programm tal-ftuħ innifsu u fhiex intnefqu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 26952 u għat-tieni parti, l-Onorevoli Interpellant għandu jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 27065.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġiet tiswa ċ-ċerimonja li saret fid-29 ta' Ġunju, 2007 fl-isptar Mater Dei? Jista' jagħti breakdown ta' dawn l-ispejjeż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi:
· It-tlestija u l-Handling Over ta’ Sptar Mater Dei minn għand Skanska Malta JV għal għand il-Gvern ta’ Malta ġiet iċċelebrata b’numru ta’ attivitajiet li seħħew bejn id-29 ta’ Ġunju 2007 u l-1 ta’ Lulju 2007. Il-kunċett ġenerali kien wieħed ta’ promozzjoni tal-kura tas-saħħa.
· L-attivitajiet prinċipali kienu: 1). Ċelebrazzjoni dinjituża tat-tlestija ta’ l-akbar proġett nazzjonali. 2). Eżerċizzju ta’ familjarizzazjoni permezz ta’ Open Weekend fejn il-poplu ġie mistieden iżur u jara b’għajnejh dan il-proġett ta’ sptar state of the art. 3). Eżerċizzju ta’ Promozzjoni tas-Saħħa fejn ġie organizzat Health Festival biex wara li wieħed ikun ra l-faċilitajiet disponibbli, jiġi mħeġġeġ jieħu ħsieb saħħtu permezz ta’ mezzi ta’ prevenzjoni: primarjament billi jiekol ikel bnin, jagħmel eżerċizzju fiżiku, jibża’ għall-ambjent, jagħmel screening tal-kundizzjonijiet tiegħu u billi jevita dak li jagħmillu l-ħsara.
· L-attivitajiet kienu ta’ suċċess kbir tant li huwa stmat li 1). Aktar minn 80,000 persuna żaru dan il-proġett matul dawn it-tlett ijiem. 2). 2,500 għamlu testijiet mediċi ta’ prevenzjoni. 3). Eluf oħra ħadu sehem f’attivitajiet ta’ eżerċizzju fiżiku u sport filwaqt li kielu ikel bnin mir-restaurant armat għall-okkażjoni.
In-nefqa totali, eskluż il-VAT għal dan il-weekend, kienet ta’ Lm56,797.48 jew 71 ċenteżmu għal kull persuna li pparteċipat f’dawn l-avvenimenti.
Il-breakdown ta’ l-ispejjeż qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27065 u jgħid kemm ġiet tiswa ċ-ċerimonja li saret fid-29 ta' Ġunju, 2007 fl-isptar Mater Dei? Jista' jagħti breakdown ta' dawn l-ispejjeż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27065.
Jista' l-Prim Ministru jelenka l-lista ta' xogħol li għad baqa' xi jsir biex l-isptar Mater Dei ikun lest mill-bini, equipment, IT, eċċ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-bini ta’ Sptar Mater Dei huwa lest.
Fl-aspett ta’ l-IT, aktar kmieni din is-sena l-Gvern ħass li kellu jitwaqqaf il-proċess ta’ aġġudikar tat-tender ta’ l-IT minħabba li l-proċess seta’ ġie preġudikat. Hemm proċeduri tal-Qorti li bħalissa għaddejjin fil-konfront ta’ persuni li allegatament setgħu ippreġudikaw dan il-proċess. Dan huwa l-mod serju li l-Gvern ħass li kellu jimxi bih f’dan il-każ.
Minħabba f’hekk, il-proċess waqa’ lura fiż-żmien sakemm sar ftehim ieħor għall-installazzjoni tas-sistemi ta’ l-IT fi Sptar Mater Dei.
Madankollu, is-sistemi magħrufa bħala Radiology Information System u Picture Archiving and Communication System qegħdin jiġu implimentati bħalissa. Il-Laboratory Information System tibda tiffunzjona ftit wara ż-żewġ sistemi l-oħra.
Fadal jasal xi ftit apparat mediku li ġie ordnat riċentament u li mhux urġenti u lanqas kritiku għall-proċess ta’ trasferiment minn Sptar San Luqa għal Sptar Mater Dei. Hemm ukoll xi testijiet li jridu jsiru fuq il-waste water treatment plants tal-kamra mortwarja.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27071 u jelenka l-lista ta' xogħol li għad baqa' xi jsir biex l-isptar Mater Dei ikun lest mill-bini, equipment, IT, eċċ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 27071.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm intnefaq fuq diversi mezzi ta' kommunikazzjoni, tv, radio, ġurnali, billboards, programmi, flyers, kotba, leaflets eċċ bejn Mejju 2007 u Awissu 2007 ħalli jiġi riklamati l-ftuħ ta' l-Isptar Mater Dei fit-28 ta' Ġunju, 2007? Kif kienet maqsuma l-ispiża? Kemm kienet l-ispiża tal-programm tal-ftuħ innifsu u fhiex intnefqu?
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-uffiċċju lokali tas-servizzi soċjali ta' San Pawl il-Baħar hux se jiċċaqlaq? Jekk fl-affermattiv, f'liema indirizz se jimxi dan l-uffiċċju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nikkonferma li l-Uffiċċju Distrettwali tad-Diviżjoni tas-Sigurta’ Soċjali, li preżentement qiegħed San Pawl il-Baħar, ser jiġi trasferit għal Blokk A4, Numru 6, Triq il-Porzjunkola, l-Qawra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Lescol 40 mg aktar iva milli le qed ikun nieqes mill-ispiżeriji tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Lescol 40 mg l-aħħar li tqassam mis-Servizzi Farmacewtici tal-Gvern kien fid-9 ta' Novembru.
Permezz tac-cirkulari DH 234/2006 il-pazjenti li kienu jiehdu il- Lescol (Fluvastatin) 80mg bdew jinghataw medicina gdida Zocor (Simvastatin). Ġara li filwaqt li il-Gvern m'ghadux jixtri il-Lescol 80mg, xi pazjenti bdew jieħdu żewġ pilloli tal-Lescol 40 mg biex jkomplu bil-kura, u b'hekk qiegħed jiżdied il-konsum b'mod irregolari.
Filwaqt li l-ordni ta' Lescol 40mg li tmiss mistennija tidħol sa' nhar il-Erbgħa 28 ta' Novembru, sadanittant tista' tintuża d-doża ta' Lescol 20mg bħala alternattiva.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw tilqim ta' l-influwenza staġjonali s-sena li għaddiet? Kemm kien hemm tilqim li kellu jew se jkollu jintrema' minħabba li ma ntuzawx? Kemm hu l-valur tat-tilqim li ntrema' jew se jkollu jintrema'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li abbażi ta' l-ammont ta' tilqim li ngħata fis-sena 2005, fis-sena 2006 inxtraw110,000 tilqima ta' l-influenza, u li minnhom ma ntużawx 40,000. Il-prezz ta' kull tilqima kien ta' 3.90ewro (Lm1.67).
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa bejn l-1 ta' Mejju, 2007 u llum fuq billboards, riklami, booklets, programmi fuq it-televiżjoni eċċ b'riferenza diretta u ndiretta għall-isptar Mater Dei? Kemm kienet in-nefqa s'issa u kemm għad irid jitħallas?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet is-somma totali mogħtija lill-Skanska minn meta beda l-proġett ta' l-isptar f'Tal-Qroqq? Jista' jgħid kemm hi s-somma li għadha dovuta lill-Skanska?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27072 u jgħid kemm kienet is-somma totali mogħtija lill-Skanska minn meta beda l-proġett ta' l-isptar f'Tal-Qroqq? Jista' jgħid kemm hi s-somma li għadha dovuta lill-Skanska?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru W 379.
Jista' l-Prim Ministru jgħid fl-aħħar tlett xhur, kemm kienet in-nefqa f'reklamar dwar l-isptar Mater Dei fuq it-televiżjoni, radjijiet, gazzetti, magazines, billboards, eċċ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27067 u jgħid fl-aħħar tlett xhur, kemm kienet in-nefqa f'reklamar dwar l-isptar Mater Dei fuq it-televiżjoni, radjijiet, gazzetti, magazines, billboards, eċċ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26952.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 27679 u jgħid meta se jitlesta l-Impjant ta' Riċiklaġġ ta' drenaġġ fil-Qammiegħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma u l-kuntratturi (Joint Venture) responsabbli mix-xogħolijiet fuq l-imsemmi impjant, sabiex tkun stabbilita d-data meta ser ikun jista jibda jopera l-impjant. Dan wara li l-fornitur Taljan naqas milli jibgħat xi tagħmir fiż-żmien li suppost bagħtu.
Id-data tkun tista tingħata pubblikament appena jkun hemm qbil finali bejn il-partijiet konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija li titlesta l-kumplament tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-kumplament tax-xoghol fuq il-‘bypass’ ta’ San Pawl huwa maqsum f’zewg partijiet.
L-ewwel parti tikkonsosti fir-rikostruzzjoni tar-‘
roundabout
’ li tinsab f’Xatt il-Pwales. Dan ix-xoghol beda u mistenni li jispicca f’Dicembru ta’ din is-sena.
It-tieni parti tikkonsisti fil-bini ta’ parti mis-‘
Southbound carriageway
’ fl-inhawi maghrufa bhala ta’ Fjuri. Din ix-xoghol huwa mistenni li jibda hekk jigi rrinfurzat il-klasies tat-triq li kien skavat minn terzi. Ix-xoghol fuq it-triq huwa ppjanat li jiehu madwar hames gimghat biex jitlesta.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 27062 u 27221 u jgħid kemm kienet in-nefqa sa' l-1 ta' Lulju, 2007 mill-bidu li twieled il-ħsieb li jinbena sptar fl-area f'Tal Qroqq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa sa l-1 ta’ Lulju, 2007 mill-bidu li twieled il-ħsieb li jinbena sptar fl-area f’Tal Qroqq kienet Lm205,432,400 mingħajr VAT.