Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #3014 Sitting 48 2013-07-10 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Manoel Island — kuntratt għal konċessjoni emfitewtika

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-konċessjoni emfitewtika li kienet saret bejn il-Gvern ta' Malta u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fir-rigward ta' Manoel Island, inkluż ukoll il-pjanti u d-dokumenti kollha annessi mal-istess kuntratt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kopja tal-kuntratt tal-konċessjoni enfitewtika li kienet saret bejn il-Gvern ta' Malta u l-kumpanija li d-dettalji dwarha ingħataw separatament fir-rigward ta' Manoel Island, inkluż ukoll il-pjanti u d-dokumenti kollha annessi mal-istess kuntratt, digá tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta 46 ta’ nhar it-tnejn 8 ta’ Lulju 2013
Leg 12 PQ #3014 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Interim From: MICHAEL FALZON To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Manoel Island — kuntratt għal konċessjoni emfitewtika

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-konċessjoni emfitewtika li kienet saret bejn il-Gvern ta' Malta u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fir-rigward ta' Manoel Island, inkluż ukoll il-pjanti u d-dokumenti kollha annessi mal-istess kuntratt?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #3015 Sitting 33 2013-06-19 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru għas-Saħħa

Imwiet fuq il-Post tax-Xogħol

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm kienu l-persuni li mietu matul is-sena 2013 bħala riżultat ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol? Kif kienu mqassma xahar b'xahar? Kemm minn dawn kienu nisa u kemm minn dawn kienu rġiel, xahar b'xahar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat illi fis-sena 2013 kien hemm 2 fatalitajiet. Fiż-żewġ każijiet, l-inċident kien jinvolvi impjegati rġiel, u l-inċidenti seħħew rispettivament f’April u f’Ġunju.

Imwiet f'inċidenti tat-Traffiku

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm kienu l-persuni li mietu matul l-ewwel ħames xhur tas-sena 2013 bħala riżultat ta' inċidenti tat-traffiku? Kif kienu maqsuma xahar b'xahar? Kemm minn dawn kienu nisa u kemm kienu rġiel, xahar b'xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Jien infurmat li kien hemm total ta’ sitt fatalitajiet fl-ewwel ħames xhur tas-sena 2013 bħala riżultat ta’ inċidenti tat-traffiku. Kien hemm tlett fatalitajiet f’Marzu, tlett fatalitajiet f’Mejju u l-ebda fatalità fix-xhur ta’ Jannar, Frar u April. Minn dawn is-sitt fatalitajiet, kollha kienu rġiel.

Eżamijiet tal-Matsec — Żbalji fil-karti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li tiddaħħal xi sistema sabiex jiġi assigurat li ma jibqgħux jirrepetu ruħhom żbalji fil-karti tal-eżami tal-MATSEC?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-Bord tal-MATSEC għandu sistema sabiex ikun assigurat li ma jkunx hemm żbalji fil-karti tal-eżamijiet. Din is-sistema ilha tintuża mill-2002 u fiha tlett fażijiet. Fl-ewwel fażi kull bord tal-eżaminaturi fid-diversi suġġetti jikteb il-mistoqsijiet u jipprepara abbozz tal-karti tal-eżami, skema tal-immarkar u specification grid li turi kif il-mistoqsijiet jirriflettu s-sillabu. Fit-tieni fażi, iċ- chairman tal-bord tal-eżaminaturi jgħaddi dan il-materjal lil reviżur indipendenti li jkun responsabbli biex jara li l-mistoqsijiet ma fihomx żbalji, li mhumiex ambigwi, li jistgħu jinħadmu mill-istudenti fil-ħin allokat għall-eżami, li huma fis-sillabu u li huma tal-livell mistenni. Wara dan, ir-reviżur jgħaddi l-kummenti tiegħu lill-bord tal-eżaminaturi u flimkien jagħmlu t-tibdiliet li jkun hemm bżonn. Fit-tielet fażi, l-karti jgħaddu għand il-MATSEC Support Unit fejn il-Principal Subject Area Officer responsabbli għas-suġġett u uffiċjal ieħor jaraw li l-karti huma konformi mas-sillabu, li l-mistoqsijiet huma ċari u l-lingwa tagħhom hija addattata u li l-format tal-karti huwa konsistenti ma' dak ta' suġġetti oħrajn. Għall-kull fażi hemm checklist biex tiggwida liċ-chairman tal-bord tal-eżaminaturi, lir-reviżur u lill-uffiċjali tal-MATSEC. Din trid timtela' u tkun iffirmata minnhom. Minkejja dan l-iskrutinju, jista' xorta joħroġ xi żball f'xi parti minn mistoqsija li x'aktarx ikun jista' jkun irranġat malajr waqt l-eżami mingħajr effett kbir fuq l-istudenti. Hekk din is-sena fil-karta tal-Business Studies fil-livell tas-SEC kien hemm il-kelma 'care' flok 'cake'; fil-Computing livell tas-SEC waħda mill-vleġeġ kienet fid-direzzjoni ħażina. Fis-Systems of Knowledge kien hemm differenza żgħira bejn il-verżjoni bl-Ingliż li kienet titlob lill-istudenti jirrispondu 'from Classical to Modern times' u dik bil-Malti li talbithom jirrispondu 'miż-żminijiet Klassiċi u Moderni'. F'dan il-każ l-eżaminaturi se jaċċettaw risposti għaż-żewġ verżjonijiet. Il-MATSEC Bord dejjem jibqa' jara li ma jkun hemm l-ebda żball fil-karti tal-eżamijiet li joħorġu, iżda meta jkun hemm xi żball, il-Bord dejjem jiżgura li d-deċiżjoni li tittieħed tkun favur l-istudent u tpatti xi ftit għat-tensjoni li tista' tinħoloq waqt l-eżami.

Korp tal-Pulizija — policy dwar reinstatement

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra jekk: a) teżistix policy dwar reinstatement ta' pulizija; b) jekk iva, x'inhi tali policy ta' reinstatement; u ċ) jekk m' hemmx tali policy, hemm il-ħsieb li din issir fil-futur qarib?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji interni tar-reinstatements fil-Korp tal-Pulizija huma: a) li ma jkunux ilhom li telqu mill-Korp iktar minn għaxar snin; b) li jkunu taħt il-55 sena; ċ) li ma jkunux instabu ħatja ta’ xi reat kriminali; d) li ma jkunux instabu ħatja ta’ reat serju mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku; e) li ma jkunux ġew assoġġettati għal dixxiplina interna aktar minn darba kull sena u aktar minn għaxar darbiet b’kollox matul il-perijodu li jkunu għamlu fil-Korp: u f) li jkunu medikament b’saħħithom.

Korp tal-Pulizija — reinstatement

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra: a) kemm ġew reinstate d pulizija sena b'sena, fis-snin 1999 sal-2012; b) f'liema grad kienu dawk li ġew reinstated sena b'sena fis-snin 1999 sal-2012; u ċ) kemm minn dawn il-pulizija li ġew reinstated, kienu nisa u kemm kienu irġiel u dawn sena b'sena fis-snin 1999 sal-2012?

Response (MALLIA, EMANUEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 11 PQ #38750 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

interviews għal ċittadinanza

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni għalfejn l-interviews li kienu jsiru lil dawk in-nies li japplikaw għaċ-ċittadinanza doppja u/jew ċittadinanza Maltija m'għadhomx isiru mill-Pulizija? Dawn l-interviews qed isiru minn xi uffiċjal/i oħrajn fid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza? Jekk iva, min huma dawk l-uffiċjali li qed jagħmlu dawn l-interviews u x'kariga għandhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Pulizija huma involuti fl-ipproċessar tal-każijiet taċ-ċittadinanza. Fil-fatt kull talba għaċ-ċittadinanza Maltija (ħlief fejn dan hu bi dritt) tintbagħat lill-Pulizija għall-iskrutinju tagħha. Li jsir u, kif ilu isir f'dawn l-aħħar snin, fil-każijiet ta' konjuġi barranin ta' ċittadini Maltin li jkunu applikaw għaċ-ċittadinanza, wara li jkun sar l-iskrutinju tal-Pulizija, il-koppja ssirilha interview mid-Dipartiment sabiex ikun aċċertat li m'hemmx abbuż. Fejn jitfaċċa xi dubju dan id-Dipartiment jinforma lill-Pulizija biex isiru aktar investigazzjonijiet. Matul dawn l-aħħar xhur, sabiex ikun hemm aktar effiċjenza fl-ipproċessar u jingħata trattament ta' one stop shop, l-interview qed isir mill-uffiċjali tad-Dipartiment li huma Desk Officers taċ-ċittadinanza nkarigati li jagħmlu dawn l-interviews u l-kariga taghħom tvarja minn Senior Clerk sa Uffiċjali fi skala 5.
Leg 11 PQ #38751 Sitting 536 2012-12-10 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'inhu l-perjodu ta' żmien li qed jieħdu biex jiġu ffinalizzati l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza doppja/ċittadinanza Maltija? Kull applikazzjoni qed tiġi pproċessata b'mod kronoloġiku jew skont kriterji oħra? Jekk hemm kriterji oħra, x'inhuma?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru 38750 ninsab infurmat li l-perjodu ta' zmien li qed jieħdu biex jiġu ffinalizzati l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija kif wkoll għall-konferma li persuna tgawdi ċittadinanza doppja ivarja skont il-perjodu, jiġifieri skont kemm ikunu daħlu applikazzjonijiet fi zmien speċifiku, it-tul ta' zmien fejn aktar investigazzjonijiet ikunu meħtieġa, u ir-riżorsi umani. Il-każijiet taċ-ċittadinanza minn dejjem kienu jsiru b'mod kronoloġiku, hekk għadu jsir u hekk jibqa jsir sakemm ma jkunx hemm partikolari li jirrikjedi mod ieħor.
Leg 11 PQ #38373 Sitting 530 2012-11-28 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — karozzi użati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm karozzi mal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? X'inhuma n-numri tar-reġistrazzjoni ta' dawn il-karozzi? Kemm minn dawn il-karozzi huma monitored bis-sistema tad-Datatrak u kemm mhumiex hekk monitored? Liema huma dawk il-vetturi li għandhom d-Datatrak?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi li jinkludi wkoll il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm 19 (dsatax)-il vettura. Tlieta minn dawn il-vetturi huma monitored bis-sistema tad-Datatrak iżda għal raġunijiet ta’sigurtà mhux qed jiġu identifikati.
Leg 11 PQ #38373 Sitting 527 2012-11-26 Oral · Interim From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — karozzi użati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm karozzi mal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? X'inhuma n-numri tar-reġistrazzjoni ta' dawn il-karozzi? Kemm minn dawn il-karozzi huma monitored bis-sistema tad-Datatrak u kemm mhumiex hekk monitored? Liema huma dawk il-vetturi li għandhom d-Datatrak?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

xhieda li ġew minn barra minn Malta — spiża

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid lil din il-Kamra jekk matul il-perjodu ta' bejn 1 ta' Jannar 2012 u l-31 ta' Ottubru 2012 kienx hemm okkażjonijiet fejn sar użu minn fondi pubbliċi sabiex xhieda barranin jinġiebu jixhdu f'pajjiżna kontra ċittadini Maltin u/jew Għawdxin fi proċeduri relatati ma' kaċċa u nsib? Jekk iva, f'liema istanzi ġara dan u kemm kienet l-ispiża minn fondi pubbliċi?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu ta' bejn 1 ta' Jannar 2012 u l-31 ta' Ottubru 2012 id-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja ma għamel ebda ħlas sabiex xhieda barranin jinġiebu jixhdu f'pajjiżna kontra ċittadini Maltin u/jew Għawdxin fi proċeduri relatati ma' kaċċa u nsib
Leg 11 PQ #38056 Sitting 523 2012-11-19 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

Kummissarju tal-Pulizija, Direttur tal-Ħabs u Segretarju Permanenti — performance bonus

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-Kamra x'kien il-performance bonus li ingħata għas-snin 2008, 2009, 2010 u 2011 lis-segwenti persuni u cioè: a) Kummissarju tal-Pulizija; b) Direttur tal-Ħabs; u ċ) Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Intern? Jista' jgħid kif dan kien maqsum, persuna b'persuna, sena b'sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-karigi li għalihom qed jagħmel referenza l-Onorevoli Interpellant kollha jġorrru magħhom benefiċċju f’forma ta’ Performance Bonus li jista’ jlaħħaq massimu ta’ 15% kull sena. Dan jingħata wara li ssir evalwazzjoni tal-performance tagħhom skont il-parametri applikabbli. Infurmat ukoll li matul is-snin indikati, il-Bonus dejjem ingħata skont it-termini hawn fuq indikati.
Leg 11 PQ #38057 Sitting 523 2012-11-19 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

Faċilità Korrettiva ta' Kordin — spiża fuq ironmongery u general maintence goods

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża minfuqa fuq ironmongery u general maintenance goods mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin matul is-snin 2010 u 2011 u mill-1 ta' Jannar 2012 sa 30 ta' Ottubru 2012? Mingħand min sar tali xiri?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-ispiża minfuqa fuq ironmongery u general maintenance goods mill-Faċilità Korrettiva ta' Kordin matul is-snin 2010 u 2011 u mill-1 ta' Jannar 2012 sa 30 ta' Ottubru 2012 hija kif indikata: Sena 2010 In-nefqa kienet ta’ € 60,565.38 Sena 2011 In-nefqa kienet ta’ € 70,212.96 Sena 2012 In-nefqa kienet ta’ € 84,986.74 Il-parti l-kbira ta’ xiri sar minn ħwienet fil-lokalitajiet tal-Fgura, Marsa, Tarxien, Żejtun, Paola, Luqa u Rabat.

Qorti — promozzjonijiet għall-marexxal

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwx se jiġu promossi għal grad ta' marexxal tal-Qorti l-erba' persuni li għad fadal u li għalkemm għaddew mill-eżami relattivi baqgħu ma ġewx promossi? Jidhirlux li dan messu diġà sar anke fid-dawl tal-fatt li mil-aħħar darba li kienu saru dawn il-promozzjonijiet spiċċaw madwar 15-il marexxal u s'issa ġew promossi sitta biss?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentament hemm 17-il marixxall li huwa ammont meqjus biżżejjed biex jissodisfa x-xogħol li huwa meħtieġ li jsir minn din il-kategorija ta’ impjegati. Il-fatt li persuna tkun għaddiet mill-eżami ma jintitolahiex biex tieħu l-kariga li għaliha tkun resqet għall-intervista għaliex dan jiddependi min-numru ta’ vakanzi li tkun talbet l-Amministrazzjoni tal-Qorti u kemm minn dawn jiġu eventwalment approvati. L-Amministrazzjoni tal-Qorti ma timxix ma’ kemm ikun ilu ma jsir eżerċizzju ta’ promozzjonijiet iżda fuq il-ħteġijiet tal-Qorti. Fil-fatt l-Amministrazjoni tal-Qorti qed tinvesti f’impjegati li qegħdin f’kategoriji inferjuri għal dik ta’ marixxall u dan sabiex tassigura li jkun hemm struttura tajba li tassigura kontinwita’ fix-xogħol. Fil-fatt matul dawn l-aħħar tlett snin ingħataw 18-il promozzjoni fil-grad ta’ Purtier, li huwa l-grad li minnu jinħatru, meta jkun hemm il-ħtieġa, il-marixxalli.

Nassaba li tressqu l-qorti

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il persuna tressqet akkużati fuq insib tul din is-sena bejn il-perjodu 1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta' Ottubru 2012? Kemm minn dawn il-persuni instabu ħatja?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali (seduta ALE) bejn l-1 ta’ Jannar, 2012 u l-31 ta’ Ottubru, 2012 tressqu 83 persuna b’akkużi fuq insib. Matul l-istess perjodu 67 persuna instabu ħatja. Fl-istess perjodu imma fil-Qorti t’Għawdex tressqu 25 persuna akkużati fuq insib. Minn dawn 18 instabu ħatja.

Qorti Kriminali — somma kumenssiva imressqa quddiem persuni akkużati b'insib

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma kumenssiva li ġiet imposta mill-Qorti Kriminali (seduta ALE) fuq persuni li ġew imressqa quddiemha fuq akkużi ta' insib matul il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2012 sal-aħħar ta' Ottubru 2012?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u l-31 t’Ottubru, 2012 il-Qorti tal-Magistratri (Malta) bhala Qorti ta’ Gudikatura Kriminali (seduta ALE) imponiet komplessivament €26,800 f’multi fuq persuni imressqa quddiem il-Qorti fuq akkuzi ta’ insib. Kull persuna misjuba ħatja ġiet immultata €400. Fl-istess Qorti imma f’Għawdex, is-somma kumplessiva ta’ multi imposti kienet ta’ €6,311.47.
Leg 11 PQ #38179 Sitting 523 2012-11-19 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

Ħabs ta' Kordin — persuna li sservi ta' konsulent

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma lil din il-kamra jekk il-persuna li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament għadhiex iservi ta' konsulent fil-Ħabs ta' Kordin jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għad-domanda tiegħu hija fl-affermattiv.
Leg 11 PQ #37688 Sitting 517 2012-11-05 Oral · Final From: MICHAEL FALZON To: Ministeru tal-Intern

Għawdex — Civil Protection Department

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għala ħaddiema tas-Civil Protection Department f'Għawdex għadhom qed jitħallsu l-paga fi Skala 13, meta suppost illi ilhom minn Settembru 2012 jitħallsu fi Skala 12? X'inhu jwassal għal dan in-nuqqas?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wettaq il-proċeduri biex il-ħaddiema msemmija fl-interpellanza jiġu kkunsidrati bħala uffiċjali fi skala 12 u jibdew jitħallsu ta’ din il-pożizzjoni ġdida b’effett mis-7 ta’ Settembru 2012.

piena ta' ħabs maħfura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ngħatat maħfra/amnestija minn sentenza ta' priġunerija konnessa ma' nuqqas ta' ħlas tal-VAT bejn Jannar 2012 u l-31 ta' Ottubru 2012? Meta kienu d-dati li ngħataw tali maħfriet? X'kienu r-raġunijiet li għalihom ingħataw?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Ottubru ta’ din is-sena, kien hemm żewġ persuni li ingħataw maħfra minn sentenza ta’ multa tal-Qorti konnessa ma’ taxxa fuq il-valur miżjud u li eventwalment kienet konvertita f’perjodu ta’ priġunerija. Dawn iż-żewġ maħfriet ingħataw fit-2 u fit-28 ta’ Awwissu 2012. Qabel tingħata maħfra għal petizzjoni li tkun saret, jittieħdu diversi fatturi in konsiderazzjoni, fosthom jekk il-petizzjonant fil-ħin li jagħmel it-talba jkunx irregolarizza ruħu mad-dipartiment tal-VAT.