Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31233 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa

Question

B'riferenza għall-PQ 31052 dwar is-Servizz ta' Barbier fl-Isptar San Luqa, jista' l-Ministru jagħtini nformazzjoni jekk kienx hemm tweġibijiet għall-applikazzjoni ta' barbier mill-grupp health assistant, mill-grupp ta' hospital auxiliaries? Jekk ħadd ma' applika mill-hospital auxiliaries, tista' tiġi ikkunsidrata ċirkolari indirizzati lill-hospital auxiliaries?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif diġa' weġibt permezz tar-Risposta f'Seduta Nru. 685 tat-28 ta' Jannar 2002, meta kienu ħarġu ċirkularijiet għall-mili ta' postijiet ta' barbier mill-grad ta' Health Assistant ħadd ma kien applika. L-imsemmijja ċirkularijiet ma kienux intiżi wkoll għall-Hospital Auxiliaries. Ix-xogħol ta' barbier ma jagħmilx parti mill-Job Description fil-grad ta' Hospital Auxiliary u għaldaqstant it-talba ta' l-Onor Interpellant indikata fit-tieni parti tal-Mistoqsija ma tistax tiġi kkunsidrata.
Leg 9 PQ #31268 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Deċiżjonijiet Amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid teżistix leġislazzjoni fil-pajjiż li deċiżjonijiet amministrattivi jistgħu jkunu magħmula pubblika wara li jgħaddu ċertu numru ta' snin? Kemm-il darba saret talba minn persuni jew korpi għal informazzjoni amministrattiva dwar deċiżjonijiet li ttieħdu żmien ilu? Xi trid tagħmel persuna sabiex takkwista din l-informazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-leġislazzjoni li tirrigwardja ż-żamma u aċċess pubbliku ta' dokumenti amministrattivi hija l-Att Nru IV - 1990 imsejjaħ "Att biex jirregola l-Arkivji Nazzjonali". Il-materjal miżmum fl-Arkivju Nazzjonali hu miftuħ għall-pubbliku għajr għal limitazzjonijiet ta' aċċess kif stipulat fl-istess Att. Matul dawn l-aħħar snin saret riċerka kostanti fl-Arkivju Nazzjonali. Peress li l-materjal konsultat huwa kollu oriġinali, il-kontenut jinkludi diversi deċiżjonijiet amministrattivi. Il-materjal miżmum fl-Arkivju Nazzjonali hu miftuħ għall-pubbliku u l-kundizzjonijiet ta' aċċess huma elenkati fi struzzjonijiet ġewwa l-bini ta' l-Arkivju.

Awtorita' tad-Djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy ta' l-Awtorita' tad-Djar dwar dawk l-inkwilini fi propjeta tal-Gvern li jkunu jixtiequ jibdlu r-residenza tagħhom? Teżisti xi lista li tkun aċċessibbli għal dawk interessati sabiex jkunu jistgħu jivverifikaw liema huma dawk ir-residenti li jixtiequ jibdlu l-post tar-residenza tagħhom? (naturalment propjeta' pubblika) Kemm sar bdil ta' residenzi f'dan is-sens f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali jaċċetta bdil bejn inkwilini rikonoxxuti li jkunu jixtiequ jibdlu r-residenzi tagħhom. Min ikun irid aktar tagħrif għandu jmur jistaqsi fil-Customer Care Section. Matul dawn l-aħħar ħames snin kien hemm 90 każ ta' bdil jiġifieri 45 applikant bidel ma 45 applikant ieħor.
Leg 9 PQ #31056 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deċiżjonijiet Amministrattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid teżistix leġislazzjoni fil-pajjiż li deċiżjonijiet amministrattivi jistgħu jkunu magħmula pubblika wara li jgħaddu ċertu numru ta' snin? Kemm-il darba saret talba minn persuni jew korpi għal informazzjoni amministrattiva dwar deċiżjonijiet li ttieħdu żmien ilu? Xi trid tagħmel persuna sabiex takkwista din l-informazzjoni?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nitlob lill-Onorevoli Membru biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru ta’ l-Edukazzjoni.

Żebgħa tal-Lanes

Question

Jista' l-Ministru jara li ż-żebgħa tal-lanes li hemm Triq l-Imdina bejn Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi jitkomplew sar-roundabut ta' ħdejn De Rohan Gate - Ħaż-Żebbuġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant hu wieħed ta` routine maintenance u r-resurfacing ta` dawn is-sinjali wasal biex isir.
Leg 9 PQ #31164 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Resurfacing

Question

Jista' l-Ministru jordna li jsir resurfacing tal-parti tal-lane quddiem l-outpatients block fl-isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-Amministrazzjoni ta` l-Isptar San Luqa ser tieħu passi neċessarji sabiex isir resurfacing meħtieġ. F'dan l-istadju, pero`, ma jistax jingħata bidu għal dan ix-xogħol ta` resurfacing qabel jiġu finalizzati xogħolijiet oħra pendenti ta` drenaġġ.
Leg 9 PQ #30889 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Sprall

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 30564, jista' l-Ministru jordna lill-Pulizija sabiex jieħdu l-passi neċessarji ma l-individwu/ażjenda li hija propretarju ta' dan l-isprall biex tagħti ordni biex ma' jibqax aktar ta' inkonvenjenza perikoluża għall-pubbliku?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-isprall li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ġie irranġat.
Leg 9 PQ #30901 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Struzzjonijiet b'Lingwi Uffiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qiegħed jieħu l-Ministru sabiex fl-interess tal-konsumatur kull prodott li jiġi mpurtat ikollu l-istruzzjonijiet ta' kif wieħed japplikah bil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż? Kien hemm xi każi fejn ġiet impurtata konsenja fir-rigward ta' prodotti agrikoli, mediċinali u elettriċi li l-impurtatur ġie obbligat li jagħmel l-istruzzjonijiet b'tiketti għal informazzjoni tal-konsumatur bil-Malti jew bl-Ingliz?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Att dwar is-Sigurezza tal-Prodotti jipprovdi li produtturi u importaturi għandhom jagħtu lill-konsumaturi nformazzjoni relevanti biex ikunu jistgħu jagħmlu stima tar-riskji li jkun hemm fi prodott matul l-użu normali tiegħu meta dawn ir-riskji ma jkunux ovvji mill-ewwel mingħajr twissija xierqa. Il-liġi ma tispeċifika l-ebda lingwa li biha din l-informazzjoni trid tkun preżentata. Madanakollu, il-produtturi għandhom l-obbligu li jqiegħdu fis-suq biss dawk il-prodotti li ma humiex perikolużi. Prodotti mediċinali ma jaqgħux taħt l-Att imsemmi iżda taħt leġislazzjoni li hija fil-kompetenza tad-Dipartiment tas-Saħħa. Id-diviżjoni tal-Konsumatur waqqfet sezzjoni li ser tibda tara li l-prodotti li hawn fis-suq huma konformi ma' din il-leġislazzjoni.
Leg 9 PQ #30563 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Girgenti — Latrina

Question

Jista' l-Ministru jagħtini raġuni għaliex il-latrina li hemm il-ħsieb li ssir fin-naħa tal-Girgenti (fejn isiru l-Pelegrinaggi) ix-xogħol fuqha għadu ma nbediex? Jikkonsidrax li għal ammont kbir ta' persuni li jattendu għal dawn il-pelegrinaġġi, tkunx ħaġa flokha li din il-latrina ssir mill-aktar fis?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li peress li l-latrina oriġinali kienet ser tinbena parti minnha fuq propjeta privata, saret applikazzjoni oħra lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex il-latrina tinbena fuq propjeta tal-Gvern. Din l-applikazzjoni qiegħdha pendenti quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #30564 Sitting 675 2002-01-14 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Sprall

Question

Jista' l-Ministru jordna b'mod urgenti biex jirranġa l-isprall (magħmul minn blocks tal-ħġieġ) li hemm taħt il-loġoġ (fejn il-koisk 'Interflora) fi Triq ir-Repubblika l-Belt Valletta? Peress li dan l-isprall qiegħed għoli mill-livell tat-Triq u qiegħed ikun ta' periklu għal pedestrains, jikkonsidrax li dan ix-xogħol jittieħed fl-idejn mill-aktar fis possibli?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-isprall li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant huwa privat u mhux tal-Gvern.
Leg 9 PQ #30477 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid r-raġuni li saret diversifikazzjoni temporanja ta' drenaġġ fi Triq ġdida fi Triq il-Wied, B'Kara li tagħti għal Triq l-Għabex, B'Kara meta l-iżvilupptur ta' a major project għad lanqas biss għandu approvazzjoni mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għal dan il-proġett fl-applikazzjoni meqjusa bħala pre-development application? Min awtorizza dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fit-triq imsemmija, maghrufa bħala Triq Indri Grima, żviluppat ħsara fil-'Mains' tad-Dranaġġ. Wara li saru t-tiswijiet temporarji, d-Dipartiment tad-Dranaġġ ħareg sejħa ghal offerti biex dan il-'Main' li fuqu taqa' l-'flow' kollha ta' l-'area' maghrufa bħala tas-Swatar, jiġi mibdul u jsir skond l-livelli ġodda approvati mill-Awtorita ta' l-Ippjanar. Peress li dan il-'main' huwa mghobbi hafna, l-kuntrattur inkarigat kellu jsewwaq il-flow f'main iehor temporanju l-fuq minn wiċċ it-triq sakemm jitqatta l-blat u jitqeghdu katusi ġodda skond il-livelli moghtija mill-istess Awtorita ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #30483 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

B'Kara — Triq l-Għabex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ġew shifted poles tad-dawl fi Triq l-Għabex B'Kara meta għad ma jeżisti l-ebda permess għal żvilupp? Min awtorizza dan iċ-ċaqlieq ta' electricity poles u cables konnessi magħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li ċ-ċaqlieq ta' l-arbli imsemmija sar minħabba xogħol ta' twessiegħ tat-triq li kien qiegħed isir mid-Dipartiment tat-Toroq. Dan it-tip ta' xogħol, li jsir ta' sikwit, isir skond proċeduri stabbiliti.
Leg 9 PQ #30489 Sitting 671 2001-12-17 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 30361, jista' l-Ministru jgħatini d-dettalji ta' l-ismijiet u l-indirizzi tal-ġeneru ta' business elenkati fil-mistoqsija indikata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fuq it-tabelli li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #30361 Sitting 666 2001-12-10 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jagħtini lista ta' dawk il-ħwienet kollha u l-businesses shops li huma liċenzjati għal ġeneru ta' negozju fil-lokalitajiet ta' Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi u Ħ'Attard?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ħwienet kollha u l-business shops li huma liċenzjati għal ġeneru ta` negozju fil-lokalitajiet ta` Ħaż Żebbuġ, is-Siġġiewi u Ħ`Attard huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #30102 Sitting 653 2001-11-30 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Żebbug — Kalkara tal-Ġir

Question

Jista' l-Ministru jagħtini l-informazzjoni meħtieġa indikata f'diversi PQ's 29378, 28941, 29189 ċioe il-pjanti jew il-kuntratt ta' dawk il-kmamar li allegatament twaqqgħu meta ġiet imwesgħa Triq Mdina - Ħaż-Żebbuġ li kien qegħdin jiġu okkupati mill-inkwilini u li minħabba t-twaqqiegħ tal-kmamar ġiet allokata lilu l-parti antika ta' l-istess propjeta? Minħabba l-ħsara li qiegħda ssir f'sit ta' importanza storiku minħabba t-trobbija ta' tjur, jista' l-Ministru jara li s-sitwazzjoni ma tibqax kif inhi?

Response (BORG, TONIO)

Għalkemm fuq il-pjanta li għandu d-Dipartiment ta` l-Artijiet, li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, jirriżulta li kien hemm żewġt ikmamar qabel saret it-triq, ma hemm l-ebda dokumenti rigward dan fid-Dipartiment ta` l-Artijiet. Kif diġa` għidt fir-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 29378, ir-remissa ġiet allokata lill-okkupant mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet bħala alternattiva għal dawn iż-żewġt ikmamar. Għaldaqstant, l-Onorevoli Membru jista` jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru ta` l-Ambjent. Ma jirriżultax "prima facia" li qegħda ssir xi ħsara minħabba t-trobbija ta` tjur. Id-Dipartiment ta` l-Artijiet ser jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu u ser jieħu l-passi neċessarji jekk ikun il-każ.
Leg 9 PQ #29680 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Isla — Mħażen

Question

B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari nru. 29378, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta taż-żewġ kmamar li kif iddikjarajt fit-tweġiba, twaqqgħu meta saret it-triq? Jekk huwa l-każ li l-inkwilin kien juża dawn il-kmamar, fuq liema kuntratt/encroachment/titlu etc kien qiegħed jagħmel użu minnhom? Il-Ministru jaċċetta l-fatt li barra l-area li l-inkwilini kellu bħala kirja, jokkupa żieda ma dik l-art, inkluż parti minn kamra antika għal użu tat-trobbija tat-tjur? It-tjur għandhom x'jaqsmu jew għandhom konnessjoni mix-xogħol ta' l-inkwilini?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi peress li trid issir aktar riċerka dwar il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, tweġiba tingħata f`xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #29346 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Management & Personal Office

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ħaddiema li kienu jaħdmu mal-RDC fid-dipartiment ta' l-Ambjent u ġew trasferiti mad-dipartiment ta' l-agrikoltura għandhom ma ġewx hekk ikkonfermati mill-management & personal office (MPO) ? Meta hemm il-ħsieb li din il-materja tiġi ikkonfermata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li l-ħaddiema li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant ġew trasferiti “on loan” fis-snin 1997 u 1998 mill-“RDC” fid-Dipartiment ta’ l-Ambjent għad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura mingħajr l-approvazzjoni tal-“Management and Personal Office” minħabba li l-Agrikoltura ma kellux fondi biex ikopri l-pagi tagħhom skond il-“policy” ta’ dak iż-żmien. Il-passi neċessarji issa ttieħdu mill-“Management and Personnel Office” biex it-“transfer” ta’ tlieta minn dawn il-ħaddiema jiġi effettwat. Fil-każ ta’ persuna oħra it-“transfer” għadu qiegħed jiġi kkunsidrat.
Leg 9 PQ #29378 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Isla — Mħażen

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru 28941 u 29189, jista' l-Ministru jirrispondi dwar dik il-parti l-antika li qiegħda tiġi okkupata mingħajr ma hija konnessa bl-ebda mod man-negozju ta' l-inkwilini?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-parti l-antika li qegħda tiġi okkupata, hija remissa li allegatament ġiet allokata lill-okkupant mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet minflok żewġt ikmamar li ġew imwaqqa` meta saret it-triq. F`din il-kamra l-okkupant jaħżen materjal li għandu bżonn in konnessjoni max-xogħol tiegħu u għandu wkoll sitt itjur.
Leg 9 PQ #29189 Sitting 627 2001-10-29 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Kirja

Question

B' referenza għat-tweġiba fil-PQ 28941, jidhirlux il-Ministru li l-okkupazzjoni tal-parti l-antika tal-Kalkara tal-Ġir f' Ħaż-Żabbuġ u area oħra madwar is-sit fejn il-kerrej kellu l-kirja humiex okkupati b' mod illegali u abbużiv? X' kienu l-passi li ħa d-dipartiment f' dan ir-rigward? X' laqgħat saru minn meta l-kirja ġiet imwaqqfa? Huwa konxju l-Ministru mill-kondizzjonijiet tal-kirja li l-kerrej mat-terminazzjoni tagħha ma jkollu l-ebda remunerazzjoni ta' xejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-kirja tal-post li rrefera ghaliha l-Onorevoli Interpellant ma gietx imgedda malli d-Dipartiment sar jaf li s-sit gie identifikat biex isir il-progett. Ghalkemm il-kerrej ma ghandu l-ebda dritt ghal renumerazzjoni, il-policy tad-Dipartiment, kif approvata mill-Parlament, tipprovdi biex fejn persuna tigi mgieghla tohrog minn fond jew sit ghal xi skop pubbliku, id-Dipartiment ikun jista' jikri lill-persuna affetwata fond jew sit alternattiv, permezz ta' direct allocation. Dan ilu jsir minn dejjem, u d-Dipartiment hass li m'ghandux jagixxi differenti f'dan il-kaz, fejn is-sit qieghed jintuza bhala estensjoni tan-negozju ta' l-inkwilin. F'dan il-kaz, wara li saru diversi laqghat mal-Ministru ta' l-Ambjent biex jigi identifikat sit alternattiv, gie deciz li l-persuna affetwata tigi offruta sit alternattiv fil-vicinanzi tas-sit fejn il-kerrej kellu il-kirja originali.
Leg 9 PQ #28941 Sitting 622 2001-10-22 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Mħażen — Isla

Question

B'riferenza għar-risposta għal mistoqsija nru. 28700, għaliex l-Onor Ministru ma japplikax l-istess konkluzjoni tiegħu dwar żgumbrament minn maħżen fl-Isla fil-każ ta' l-persuna li qegħda tokkupa il-Kalkara tal-Ġir f'Ħaż-Żebbuġ b'mod illegali u abbużiv?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Kalkara tal-Ġir f`Ħaż Żebbuġ mhix qegħda tiġi okkupata b`mod illegali u abbużiv. L-okkupant kellu kirja regolari tas-sit, in konnessjoni ma` l-għixien tiegħu. Din il-kirja ma ġietx imġedda peress li s-sit ġie identifikat għal proġett. Bħal ma jsir f`każijiet simili, qegħdin isiru n-negozjati meħtieġa sabiex l-okkupant jiġi mogħti kirja alternattiva.