Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33485 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Awtorita` ta' l-Ippjanar — Magħtab

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita` ta' l-Ippjanar qattx wettqet EIA għal area tal-Magħtab f'dak li jirrigwarda applikazzjonijiet għal farms? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal farms f'din il-lokalita` partikolari? Jista' jinformana kemm ilhom pendenti dawn l-applikazzjonijiet u f'liema sena ġew sottomessi lill-istess awtorita`? Għal liema applikazzjonijiet intalbet EIR? X'policy għandha l-Awtorita` ta' l-Ippjanar dwar din l-area tal-Magħtab?

Response (BORG, TONIO)

L-Awtorita` ta` Malta għall-Ambjent u l-Ippjanar (u qabilha l-Awtorita` ta` l-Ippjanar) ma twettaqx hi Environmental Impact Assessment. L-Awtorita` hija biss ir-regolatur ta` dan il-proċess u għalhekk ma tagħmilx dawn l-istudji hija stess. L-EIAs huma responsabbilita` ta` l-applikanti stess u jsiru minn konsulenti indipendenti mqabbda mill-applikant u approvati mill-Awtorita`. Fil-każ tal-Magħtab, ħafna applikazzjonijiet għal farms (ħafna minnhom estensjonijiet ta` farms eżistenti) ma jikkwalifikawx għal EIA. Dawk li jikkwalifikaw, jintalbu li jagħmlu studji iffukati ħafna fuq l-aspetti l-aktar importanti, bħalma huma l-immaniġjar tar-razzett, l-immaniġjar ta` l-iskart u landscaping tar-razzett. Hemm 10 applikazzjonijiet pendenti. Waħda ġiet sottomessa din is-sena, 6 ġew sottomessi s-sena l-oħra, waħda fis-sena 2000, oħra fis-sena 1999 u oħra fl-1995. Mill-applikazzjonijiet imsemmija, tnejn biss intalbu iktar informazzjoni ambjentali. Applikazzjoni PA 4206/95 intalbet informazzjoni dwar l-immaniġjar ta` l-iskart. Applikazzjoni PA 1930/99 tikkwalifika għal EIA minħabba li tinkludi biċċerija fuq il-post. Pero` għal din l-applikazzjoni l-Awtorita` għadha qed tistenna pjanti li juru din il-biċċerija. Il-Pjan Lokali għaċ-Ċentru ta` Malta tindirizza il-kwestjoni tal-farms fil-Magħtab. Pero` dan il-pjan huwa biss abbozz illi għad ma ġiex ippreżentat lil Bord ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar u għalhekk din il-policy tista` ma tiġix aċċettata u tista` tinbidel.
Leg 9 PQ #33488 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Awtorita` Maltija għall-Ambjent u Ippjanar

Question

Ġaladarba fl-Awtorita` Maltija għall-Ambjent u Ippjanar ġew maħtura tliet boards tad-DCC, jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx ikkonsidrata l-possibbilta` li jkun hemm aktar segretarji għal ma' dawn il-kummissjonijiet? Qatt ħarġu applikazzzjonijiet fl-istess awtorita` għal dawn is-segretarji? Kemm persuni kienu applikaw? Kemm saru intervisti? X'kien l-eżitu ta' dawn l-intervisti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-Segretarja tal-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp għadha kif ġiet konkluża u approvata mill-Bord ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar nhar l-10 ta' Mejju, 2002. Għal din is-sejħa applikaw tnejn min-nies u ġiet appuntata persuna waħda. Kemm is-suġġeriment ta' l-Onor. Membru kif ukoll soluzzjonijiet amministrattivi oħra qed jiġu kkunsidrati biex jiġi assigurat servizz effiċjenti kemm għall-Kummissjoni għall-Kontroll ta' l-Iżvilupp kif ukoll għall-pubbliku.
Leg 9 PQ #33526 Sitting 738 2002-05-20 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Obesity/Slimming Products

Question

Peress li f'dan iż-żmien tas-sena hawn ħafna reklamar ta' prodotti dwar obesity u slimming products, kemm fuq it-tv, u gazzetti, jista' l-Ministru jordna li flimkien ma' dawn ir-reklami ssir twissija fl-istess waqt tal-prekawzjonijiet li jridu jittieħdu w awareness oħrajn dwar dawn il-prodotti? X'miżuri qiegħed jieħu d-dipartiment f'dan ir-rigward?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li reklamar ta' prodotti dwar obesity u slimming għandhom bżonn il-permess mill-Kunsill tas-Saħħa. Dawn l-applikazzjonijiet jiġu ċċekkjati għall-kontenut tal-prodott konċernat u twissijiet bħal "ikkonsulta mat-tabib tiegħek qabel ma tibda dieta biex tnaqqas il-piż" jiġu miżjuda mar-riklam. F'każijiet fejn ikunu saru xi reklami mingħajr tali permess, id-Diviżjoni tas-Saħħa tieħu dawk il-passi neċessarji.
Leg 9 PQ #33197 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dipartiment tal-Proprjeta` tal-Gvern — Junior Legal Officer

Question

Jista' l-Ministru jagħtina informazzjoni kemm applikaw persuni għall-kariga ta' junior legal officer fid-dipartiment tal-proprjeta` tal-gvern? Kemm minnhom ġew magħżula u ġew impjegati? Min ma kkwalifikax ġie informat?

Response (BORG, TONIO)

L-applikazzjonijiet għall-impjieg ta` Junior Legal Officer ma kinitx fit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern imma fid-Dipartiment ta` l-Artijiet li jifforma parti mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern.
Leg 9 PQ #33198 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Dipartiment ta' l-Artijiet — Junior Legal Officer

Question

Jista' l-Ministru jagħtina informazzjoni dwar kemm applikaw persuni għall-kariga ta' junior legal officer fid-dipartiment ta' l-artijiet (ċirkolari L346/98/3)? Kemm minnhom ġew magħżula u ġew impjegati? Min ma kkwalifikax ġie infurmat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi b`kollox applikaw disa` persuni għal kariga ta` Junior Legal Officer. Tnejn minnhom irtiraw l-applikazzjoni tagħhom qabel ma saru l-intervisti. Is-seba` l-oħra ġew intervistati mill-Bord ta` l-Għażla u bħalissa r-riżultat qiegħed jiġi proċċessat mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Dipartiment tar-relazzjonijiet industrijali u impjieg — Junior Legal Officer

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħtina informazzjoni dwar kemm applikaw persuni għall-kariga ta' junior legal officer fid-dipartiment tar-relazzjonijiet industrijali u ta' l-impjieg skond ċirkolari LE/72/96? Kemm minnhom ġew magħżula u ġew impjegati? Min ma kkwalifikax ġie infurmat?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li kien hemm 7 (sebgħa) applikanti għal kariga ta' Junior Legal Officer fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' Impjieg. L-intervisti għall-post vakanti saru fit-8 ta' April 2002, u r-riżultat ġie mgħoddi għall-verifika lil Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Ir-riżultat jitħabbar pubblikament mill-istess Kummissjoni. Kull applikant kellu l-kwalifiki meħtieġa biex jiġi ntervistat.
Leg 9 PQ #33306 Sitting 733 2002-05-13 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Provvista tad-Dawl

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jiftaħ inkjesta sabiex tinvestiga x'inhi r-raġuni li applikazzjoni għal provvista ta' dawl elettriku għal applikant li ngħatatlu VAT receipt riferenza A3843/01 bid-data 12 ta' Diċembru 2001 għadha sal-lum ma ġietx ipproċessata, wisq inqas ingħata s-servizz tant meħtieġ? X'inhuma l-passi li ttieħdu u f'liema dati kienu? Hija normali li applikazzjonijiet simili jieħdu daqshekk tul ta' żmien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni Enemalta ġiet infurmata bl-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant sabiex issir l-investigazzjoni relattiva.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 32953 u cioe, jista' jikkonsidra refunds tal-VAT fuq dawk l-individwi li jkunu okkupaw l-ewwel dar taghom biex jgħixu għal rashom bħal ma jiġri fil-każ ta' għarajjes jew miżżewġin meta dawn jixtru jew jikru l-ewwel dar ta' l-abitazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rifużjoni tal-VAT hija applikabbli fuq postijiet mixtrija u mhux mikrija minn għarajjes jew miżżewġin meta din tkun l-ewwel residenza tagħhom. M'hemmx ħsieb li din l-iskema tiġi estiża f'dan l-istadju.

NI

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawk il-persuni li għad ghandhom il-kotba ta' l-NI fejn tiġi credited lilhom il-ħlas ta' l-NI? Fiċ-ċirkostanzi attwali dawn il-persuni sejjer ikollhom dritt għal xi forma ta' pensjoni meta jilħqu l-eta' ta' l-irtirar? F'dan il-każ, qabel tingħatalhom il-pensjoni tittieħed konsiderazzjoni tal-mezzi finanzjarji tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

B'riżultat ta' amenda b'effett mill-1 ta' April ta' l-1978 persuni assigurati taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali m'għandhomx jinħarġilhom ktieb tas-Sigurta' Soċjali biex fuqha titwaħħal il-kontribuzzjoni. Minnflok, mid-data msemmija qed tingħata kartuna bin-numru tas-Sigurta' Soċjali biex isservi ta' ċertifikat li dik il-persuna ġiet assigurata. Il-kontribuzzjonijiet dovuti jitħallsu direttament għand il-Kummissarju tat-Taxxi Interni, u dawn jiġu rekordjati mill-kompjuter. Meta jilħqu l-eta' ta' l-irtirar dawn ikollhom dritt ta' pensjoni kontributorja skond in-numru ta' kontribuzzjonijiet mħallsa. Din il-pensjoni mhix suġġetta għat-test tal-mezzi.
Leg 9 PQ #32953 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Refunds tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra refunds tal-VAT fuq dawk l-individwi li jkunu okkupaw l-ewwel dar taghom biex jgħixu għal rashom bħal ma jiġri fil-każ ta' għarajjes jew miżżewġin meta dawn jixtru jew jikru l-ewwel dar ta' l-abitazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru tal-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #33011 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Lands Department

Question

B'referenza għal mistoqsija nru. 32751, jista' l-Ministru jinfurmani id-dipartiment ta' l-art għandux it-titolu assolut ta' blokk 1, govt. flats fi Triq Sciortino Ħaż-Żebbuġ, u jekk l-inkwilini jistgħux jixtru l-proprjeta li qegħdin jokkupaw bħala residenza?

Response (BORG, TONIO)

Nikkonferma li l-Gvern huwa l-proprjetarju assolut ta` Blokk 1, Triq Sciortino, Govt. Flats, Ħaż Żebbuġ. Għalhekk ir-residenti ta` dan il-blokk jistgħu japplikaw sabiex jixtru r-residenza tagħhom.

Għajnuna għal Mard

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra tibdil fil-liġi tas-siġurta' soċjali dwar il-means test għal dak li jirrigwarda għajnuna għal mard (SKA)? Għalissa proprjeta mikrija b'kera verament baxx qegħda tiġi stimata eluf ta' liri Maltin għal fini ta' SKA meta d-dħul tal-kera huwa f'ħafna każi anqas minn Lm 10.00 fis-sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dritt għall-Għajnuna Medika hu regolat, minbarra l-aspett mediku, mit-test tal-mezzi kif provdut fit-Tieni Parti tat-Tieni Skeda annessa ma' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Skond din l-iskeda f'każ ta' propjeta' mikrija lil terzi persuni d-dħul li wieħed jirċievi bħala kera biss jittieħed fil-kalkulazzjoni tal-meżżi. Dan ifisser li l-valur kapitali ma jittieħedx. Jidhirli li fil-preżent il-kriterji li fuqhom jinħadem it-test tal-meżżi għal din l-għajnuna hu adegwat skond iċ-ċirkostanzi, u ma tinħass il-ħtieġa li jinbidel.

Propjeta

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi l-pozizzjoni fir-rigward ta' Block I Govt. Flats fi Triq Sciortino Ħaż-Żebbuġ għar-rigward ta' l-inkwilini li jixtieq jixtru l-propjeta? L-art in kwistjoni hija propjeta tal-Gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar ma tistax tipproċessa applikazzjoni għal xiri mill-inkwilin ta' proprjeta' tal-Gvern qabel ma jkollha l-awtoriżżazzjoni tal-Kummissarju ta' l-Artijiet. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #32467 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Shooting Ranges

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-PQ 31737 dwar shooting ranges?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-1997 `l hawn, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar approvat 2 applikazzjonijiet għal shooting ranges. Id-dettalji ta` dawn il-każijiet jidhru hawn taħt: 5011/97 Site at Triq Għajn Melel, Żebbuġ, Gozo 3612/97 Site at Triq il-Qortin Isopo, Nadur, Gozo Infurmat ukoll illi bħalissa quddiem l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, hemm 6 applikazzjonijiet pendenti għal dan it-tip ta` żvilupp. F`Diċembru 2001 l-Awtorita` ippublikat topic paper (għal kummenti tal-pubbliku) fuq ir-rikrejazzjoni u l-ħin liberu. L-Awtorita` tirrikonoxxi l-importanza ta` dan l-isport u fil-fatt qiegħda fil-proċess li tfassal policy paper fuq shooting ranges.
Leg 9 PQ #32517 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Investigazzjoni — Fond

Question

Jista' l-Ministru jgħidli fiex waslu l-investigazzjoni li kellhom jsiru dwar il-fond imsemmi fil-mistoqsija parlamentari nru. 31869?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni addizzjonali li rċieva l-Uffiċċju Konġunt mingħand il-Fondazzjoni għal Servizzi tal-Ħarsien Soċjali, mhux il-każ li l-fond huwa okkupat minn squatter.
Leg 9 PQ #31869 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Joint Office

Question

Jista' l-Ministru jindaga dwar fond f'Ħaż-Żebbuġ - propjeta tal-Joint Office b'reġ. nru. 9702-0001-0006 li wara li l-okkupant miet, dan il-fond minkejja li nġibdet l-attenzjoni diversi drabi, illum, jinsab okkupat minn squatter? X'passi normalment jiġru f'każijiet bħal dawn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li wara li l-Uffiċċju Konġunt talab iċ-ċwievet tal-fond imsemmi lil oħt il-mejjet, ġew prodotti dokumenti li wieħed mill-qraba tal-mejjet kien jgħix fil-fond in kwistjoni meta miet il-kerrej. Il-veraċita` ta` dawn id-dokumenti qed tiġi mistħarġa u meta jiġu stabbiliti il-fatti tittieħed azzjoni meħtieġa jekk ikun il-każ.
Leg 9 PQ #31870 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Awtorita' tax-Xandir

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont ta' multi li l-Awtorita' tax-Xandir immultat lill-istazzjonijiet tar-radios u TVs fis-snin 1997, 1998, 1999, 2000 u 2001? Kemm kien l-ammont li jappartieni lill-kull stazzjoni individwalment? Kemm minn dawn il-multi tħallsu u kemm għadhom ma' tħallsux? Għal-liema raġunijiet ġew imposti dawn il-multi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li ammont ta’ penali li l-Awtorita’ tax-Xandir imponiet fuq l-istazzjonijiet tar-Radju u tat-TV fis-snin 1997 sa 2001 huwa kif ġej: SENA RADJI TELEVIZJONI 1997 Lm120 Lm40 1998 - - 1999 - Lm4,000 2000 - Lm2,000 2001 - Lm19,550 L-ammont li jappartjeni lil kull stazzjon individwalment huwa kif ġej: SENA STAZZJON AMMONT 1997 Smash Radio Super One TV Lm120 Lm40 1998 - - 1999 TVM LM4,000 2000 NET TV Super One TV TVM Lm900 Lm500 Lm600 2001 NET TV Super One TV TVM Smash TV Lm6,800 Lm8,300 Lm3,350 Lm1,100 Il-penali t’hawn fuq tħallsu kollha u għalhekk m’hemmx l-ebda penali pendenti. Ir-raġunijiet għalfejn ġew imposti dawn il-penalijiet huwa għall-ksur ta’ l-Att dwar ix-Xandir, Kapitlu 350 tal-Liġijiet ta’ Malta u peress li: - Kien hemm ksur tad-dispożizzjoni dwar il-gosti tajbin u d-diċenza; - L-ammont ta’ reklamar f’siegħa orarja kien jaċċedi t-tnax-il minuta ta’ reklamar permessi mill-Liġi; - Reklamar b’ingann; - Reklamar fl-aħbarijiet b’ingann; - Ksur tal-kodiċi dwar il-Protezzjoni tal-Minuri.
Leg 9 PQ #31722 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Awtorita' tax-Xandir

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kemm kien l-ammont ta' multi li l-Awtorita' tax-Xandir immultat lill-istazzjonijiet tar-radios u TVs fis-snin 1997, 1998, 1999, 2000 u 2001? Kemm kien l-ammont li jappartieni lill-kull stazzjoni individwalment? Kemm minn dawn il-multi tħallsu u kemm għadhom ma' tħallsux? Għal-liema raġunijiet ġew imposti dawn il-multi?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #31737 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Shooting Ranges

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni kemm ġew approvati shooting ranges f'dawn l-aħħar ħames snin? Fejn jinstabu dawn is-shooting ranges ? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti ta' quddiem il-PA? Jidhirlux li għandu jsir inkoraggiment għal dan l-isports sabiex dawk interessati jkunu jistgħu jagħmlu użu minnu?

Response (BORG, TONIO)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Parking

Question

Jista' l-Ministru jagħti gwida ċara dwar il-materja ta' parking quddiem garaxxijiet? Huwa enfasizzat f'xi regolamenti li biex ma jsirx parking quddiem garage irid ikun hemm yellow line? Huwa enfasizzat f'xi regolamenti li biex ma jsirx parkinng quddiem garage irid ikun hemm is-sign garage - no parking? Kemm-il darba quddiem bieb ta' garage li mhux qiegħed jintuża għal użu ta' xi vettura jista' jsir yellow line biex ma jsirx parking?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-regolamenti dwar il-vetturi bil-mutur, 1994 jgħidu li "Ebda persuna ma għandha tipparkja jew tħalli bla għassa xi vettura bil-mutur f'dak il-mod li ma tħallix xi vettura bil-mutur ta' persuna oħra milli jkollha dħul jew ħruġ liberu għal jew minn xi post użat u mmarkat b'mod ċar bħala garage." Għaldaqstant hija r-responsabilta' ta' kull persuna li tħalli d-dħul u l-ħruġ ta' garage liberu mingħajr il-bżonn ta' ebda sinjali (kemm traffic signs kif ukoll road markings) fit-toroq.