Jista' l-Ministru jinfurmani meta d-dipartiment tat-toroq sejjer joħroġ l-offerti biex tiġi asfaltata l-parti li baqa' mhux asfaltata fi Triq Ġanni Bonnici f'Ħaż-Żebbuġ inkluż madwar il-flats?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat tat-Toroq għamel l-ispezzjoni meħtieġa f'dawn it-toroq u qeigħed fil-proċess li jikkonsulta ma l-Utilities biex jiġi stabbilit xogħlijiet għandhom bżonn isiru fuq is-servizzi f'din it-triq.
Meta dawn ix-xogħlijiet jitlestew ikunu jistgħu jsiru is-sejħiet għall-offerti li jkun hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid il-korp tal-pulizija ingħatax taħriġ dwar customer care b'mod regolari? Liema sezzjoni ta' ranks ta' pulizija jingħata taħriġ ta' customer care? Kemm il-kors ingħata f'dawn l-aħħar sentejn? Fejn isiru dawn il-korsijiet u kemm-il pulizija attenda? Qatt ingħataw ċertifikati lill-pulizija għal min ikun ħa sehem f'kors ta' customer care?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi taħriġ fil-customer care huwa parti mis-sillabu tal-korsijiet tar-rekluti, kif ukoll dawk in service, li jattendu għalihom mir-rank ta` Spettur l-isfel. Infurmat ukoll illi matul dawn l-aħħar sentejn kien hemm 3 korsijiet tar-rekluti u 41 in service. Għal dawn il-korsijiet, li jsiru fl-Akkademja tal-Pulizija, attendew għalihom b`kollox 1,217 membru tal-Korp. Ċertifikati jingħataw lir-rekluti fit-tmiem tal-kors, filwaqt li ma jingħatawx ċertifikati għal in service courses.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm applikazzjonijiet approvati mill-awtorita' ta' l-ippjanar u mid-DCC u għadhom ma' ntbagħtux lill-applikanti? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet pendenti kien hemm fl-aħħar tax-xhur Novembru u Diċembru 2001 u minn Jannar sa Mejju 2002 xahar b'xahar?
Jista' l-Ministru jinfurmani meta sejra toħroġ l-offerta mid-dipartiment tat-toroq biex tiġi asfaltata Triq Indri Borg f'Ħaż-Żebbuġ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq għamel l-inspection meħtiega f'dawn it-toroq u qiegħed fil-proċess li jikkonsulta mal-Utilities biex jiġi stabbilit xogħlijiet għandhom bżonn isiru fuq is-servizzi f'din it-triq.
Jien infurmat ukoll li meta dawn ix-xogħlijiet jitlestew ikunu jistgħu jsiru s-sejħiet għall-offerti li jkun hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jinfurmni meta sejra toħroġ l-offerta mid-dipartiment tat-toroq biex tiġi asfaltata Triq il-Kaċċa f'Ħaż-Żebbug?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq għamel l-inspection meħtieġa f'dawn it-toroq u qiegħed fil-proċess li jikkonsulta mal-Utilities biex jiġi stabbilit xogħlijiet għandhom bżonn isiru fuq is-servizzi f'din it-triq.
Jien infurmat ukoll li meta dawn ix-xogħlijiet jitlestew ikunu jistgħu jsiru s-sejħiet għall-offerti li jkun hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jinfurmani meta sejra toħroġ l-offerta biex tiġi asfaltata mid-dipartiment tat-toroq Triq Ġdida fi Triq il-Kandlora Ħaż-Żebbuġ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat tat-Toroq għamel l-ispezzjoni meħtieġa f'dawn it-toroq u qiegħed fil-proċess li jikkonsulta ma l-Utilities biex jiġi stabbilit x-xogħlijiet għandhom bżonn isiru fuq is-servizzi f'din it-triq.
Meta dawn ix-xogħlijiet jitlestew ikunu jistgħu jsiru is-sejħiet għall-offerti li jkun hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jinfurmani meta sejra toħroġ it-tender biex tiġi asfaltata Triq il-Għeneb inkluż l-isqaq, f'Ħaż-Żebbuġ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat tat-Toroq għamel l-ispezzjoni meħtieġa f'dawn it-toroq u qiegħed fil-proċess li jikkonsulta ma l-Utilities biex jiġi stabbilit xogħlijiet għandhom bżonn isiru fuq is-servizzi f'din it-triq.
Meta dawn ix-xogħlijiet jitlestew ikunu jistgħu jsiru s-sejħiet għall-offerti li jkun hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm normalment u raġġonevolment jieħu żmien sabiex il-pulizija tagħti sketch ta' sempliċiment collision normali bejn żewġ vetturi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi normalment rapport u sketch ta' kolliżżjoni tat-traffiku jkun jista' jinġabar mingħand il-Pulizija fi ftit ġranet wara li jkun seħħ l-inċident. Pero` jekk l-Onorevoli Interpellant għandu xi informazzjoni dwar xi każ speċifiku, nitolbu jagħtina aktar dettalji sabiex inkun nista' nivverifika ulterjorment.
Jista' l-Ministru jinformana għal liema raġuni biċċa art ġewwa n-Naxxar (L581/77) ħarġet għall-bejgħ darbtejn u d-darbtejn ġiet irtirata? Hemm ħsieb li terġa' toħroġ u jekk iva, meta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-offerti li saru fl-ewwel sejħa ma ġewx aċċettati minħabba li d-Dipartiment ħass li seta jġib prezz aħjar. Fit-tieni sejħa ż-żewġ offerenti li kienu interessati fuq din l-art bdew proċeduri legali kontra d-Dipartiment ta` l-Artijiet għax kull wieħed minnhom ippretenda li jieħu d-dritt ta` l-ewwel rifjut peress li din l-art tmiss ma` proprjeta` tagħhom. In vista ta` dan id-Dipartiment iddeċieda li ma jagħti t-tender lil ħadd. It-tender tista` terġa` toħroġ meta d-Dipartiment jidhirlu li ma hemmx problemi legali.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-investigazzjoni kif rakomandata fil-mistoqsija parlamentari 33306?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni li saret riferenza għaliha qed tiġi ipproċessata. Din ħadet fit-tul prinċipalment minħabba li riedet tiġi investigata fid-dettal peress li l-post jinsab il-bogħod aktar mill-limitu li jipprovdu r-Regolamenti għall-Provvista ta' l-Elettriku (Electricity Supply Regulations). L-istima issa inħadmet u ġiet mibgħuta lill-applikant. Ix-xogħol ikun jista' jsir appena l-applikant jaċċetta l-istima li intbagħtitlu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' ħlas li jrid jieħu lura l-gvern mingħand dawk l-inkwilini ta' flats fejn ġew stallati l-lifts mill-awtorita' tad-djar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar għandha tieħu lura s-somma ta' Lm8,275 mingħand is-sidien ta' l-appartamenti fejn ġew stallati l-lifts. Din is-somma tirrappreżenta 50% mis-sehem li diversi sidien ta' l-appartamenti kellhom iħallsu filwaqt li l-Awtorita' tissussidja l-50% l-oħra.
Inkwilini li mhumiex sidien ta' l-appartamenti fejn jiġu stallati lifts mill-Awtorita' ma jħallsu ebda sehem għall-istallar.
Jista' l-Ministru jgħid xi jsir minnhom is-snieter tal-kaċċa li jiġu konfiskati mill-qrati? Kemm hemm minnhom fil-preżent u taħt liema kustodju jinsabu kemm-il darba dawn ma jiġux distrutti?
Response (GATT, AUSTIN)
Is-snieter li jiġu konfiskati mill-Qrati jew jinżammu f`post apposta fil-bini tal-Qorti jew jiġu distrutti.
Ma tinżammx statistika ta` snieter konfiskati għalkemm tinżamm lista ta` kull għamla ta` snieter miżmuma.
Dawn is-snieter jinżammu taħt il-ħarsien ta` l-Uffiċjal inkarigat mill-esebiti.
Jista' l-Ministru jgħid xi jsir minnhom is-snieter tal-kaċċa li jiġu konfiskati mill-qrati? Kemm hemm minnhom fil-preżent u taħt liema kustodju jinsabu kemm-il darba dawn ma jiġux distrutti?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa uffiċjalment il-ħlas li persuna trid tħallas għal reconnection (mill-ġdid) tad-dawl elettriku u għal meter ta' l-ilma meta dawn kienu ġew disconnected (mingħajr ma tneħħew il-meters) għal dak iż-żmien li l-post għal użu domestiku ma kienx okkupat?
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-kuntrattur li kien inkarigat li jsewwi t-triq għall-Armier? Min spezzjoni x-xogħol kemm-il darba dan sar ħażin b'konsegwenza li dilettanti ta' vetturi ilmentaw minn dan l-istat? X'passi se jieħu d-dipartiment?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat illi żmien ilu sar patching mill-Kunsill permezz tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet. Id-Direttorat għat-Toroq ġibed l-attenzjoni tal-Kunsill biex ix-xogħol ikun spezzjonat u l-irranġar li hemm bżonn isir.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi dipartimenti tal-gvern jew privati li qegħdin jiġbru materjal għal recycling? Fejn jeżistu dawn il-postijiet: aluminium waste; iron waste; glass waste u paper waste? Teżisti xi informazzjoni għall-produtturi ta' dawn l-industriji fejn jistgħu jiddisponu minn dan il-waste għall-iskop imsemmi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Immaniġjar ta' l-Iskart u Implimentazzjoni ta' l-Istrateġija għandu faċilitajiet għall-ġbir ta' materjal bħal aluminium waste, iron waste, glass waste u paper waste u plastic li jinġabar u jiġi storjat f'diversi lokalitajiet tad-dipartiment sakemm imorru għar-riċiklaġġ.
Dawn jinsabu fiċ-Ċentru tad-Dipartiment għall-Immaniġjar ta' l-Iskart u Implimentazzjoni ta' l-Istrateġija, il-Marsa, l-Impjant ta' Sant'Antnin, Wied il-Għajn u fil-landfills tal-Magħtab u Wied Fulija.
Dan id-Dipartiment m'għandux kontroll rigward entitajiet privati li qegħdin jiġbru materjal għar-riċiklaġġ.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport imħeġġi mit-taqsima għall-ambjent nadif dwar il-Wied ta' l-Isqof wara li ġie spezjonat minn diversi uffiċjali ta' l-istess sezzjoni? Huwa l-każ li jitqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mill-ġeoloġista b'mod separat? X'deċiżjoni ħa d-dipartiment dwar it-tindif ta' dan il-Wied jew almenu l-aktar partijiet kruċjali?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport tal-ġeoloġista illi juri l-kundizzjoni ta' Wied Isqof u r-rakkomandazzjonijiet għall-interventi biex jittaffa l-għargħar.
Jista' l-Ministru jordna biex titneħħa karozza mitluqa li tinsab fuq bankina fi Triq l-Imdina Ħaż-Zebbug viċin sqaq Wied is-Sewda? U dik li hemm fi Triq Dun Miju Zarb Ħaz-Zebbug?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-vetturi msemmija mill-Onorevoli Interpellant, tneħħew.
Jikkunsidra l-Ministru li fil-website ta' l-e-govt ikun hemm lista komprensiva tan-numri tat-telephone tad-diversi dipartimenti, istituzzjonijiet, aġenziji, eċċ. li jaqgħu taħt il-kontroll tal-gvern?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu diġa tinsab fil - Portal tal-Gvern - gov. mt, taħt it-titlu "Access Dirett għall-informazzjoni u servizzi tal-Gvern ta' Malta" - Informazzjoni - Ministeri u Dipartimenti.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport imħeġġi mit-taqsima għall-ambjent nadif dwar il-Wied ta' l-Isqof wara li ġie spezjonat minn diversi uffiċjali ta' l-istess sezzjoni? Huwa l-każ li jitqiegħed ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mill-ġeoloġista b'mod separat? X'deċiżjoni ħa d-dipartiment dwar it-tindif ta' dan il-Wied jew almenu l-aktar partijiet kruċjali?
Response (ZAMMIT, NINU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.