Legislature:
Category:
Reset
Active:

Toroq — Temporary Surfacing

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra temporary surfacing għat-Triq bejn Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi? Il-Ministru jaf li l-istat debilitat ta' din it-triq jista' jwassal għall-inċidenti serji tat-traffiku, barra il-ħsara fuq kull vettura li tista' tiġi kkanġunata minħabba l-istat perikoluż ta' din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq ser jispezzjona t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant biex jiġi determinat l-istat tat-triq u biex jikkonsidra l-azzjoni li għandha titieħed.

Vetturi

Question

Jista’ il-Ministru jagħti tagħrif kemm-il vettura tal-passiġġieri ġew fabbrikati f’Malta wara li jkunu ġew importati knocked down? Kemm minn dawn kienu mmuntati mil-lat industrijali u kemm mil-lat individwali? Kemm minn dawn iż-żewġ tipi ġew reġistrati ma’ l-uffiċċju tal-liċenzji? Kemm kien id-dħul tal-gvern f’dak li għandu x’jaqsam ma’ liċenzji f’dawn l-aħħar erba’ snin?

Response (GALEA, ĊENSU)

L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #35097 Sitting 782 2002-09-16 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

MEPA

Question

Jista' l-Ministru jgħidilna meta l-awtorita' ta' Malta dwar l-ambjent u l-ippjanar ser toħroġ ir-riżultat ta' l-intervisti għal senior administrative assistant (Skala 6)? Liema intervisti saru kważi xahar ilu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-riżultati ta` l-intervisti li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant issa ħarġu.

Nursing Aides

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu t-taħdidiet ma' l-MPO dwar il-każ ta' nursing aides kif kien elenkat fil-mistoqsija palamentari 16350 tal-29.05.2000?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni li għandu d-Dipartiment jirriżulta li l-każ ta' tnejn (2) minn dawn il-Health Assistants ma ġiex ikkunsidrat favorevolment mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku.

Housing

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hija l-area (approssimattiva) ta' art li l-housing authority utilizzat mill-artijiet trasferiti mill-knisja lill-gvern għal skop ta' housing, minn meta ġiet trasferita din l-art?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li minn 1999 sallum, il-Knisja ttrasferit lill-Gvern madwar 68,000 metru kwadru ta' art f'lokalitajiet differenti bl-iskop li tiġi żviluppata għal housing soċjali. Madwar 14,000 metru kwadru minn din l-art kienet skedata għal toroq. L-iżvilupp tal-kumplament ta' l-art jinsab f'fażijiet differenti cioe': 6,300 metru kwadru inbnew bħala maisonettes u appartamenti ġeneralment bil-garaxxijiet taħt. 14,600 metru kwadru qed jiġu żviluppati fil-preżent permezz ta' bini ta' maisonettes/appartamenti u garaxxijiet. 8,400 metru kwadru qed jiġu ppreparti pjanti u tenders biex tiġi żviluppata l-art għall-istess skop. 24,700 metru kwadru għadu qed isir jew irid isir studju biex jiġi stabbilit f'liema minn dawn is-siti huma possibbli li jiġu mibnija housing units.

Awtorita' tat-Trasport Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija 35021, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha inkluż disinji, pjanti, stimi, eċċ dwar l-offerta CT 305/97 maħruġa għan-nom tal-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku mid-dipartiment tal-kuntratti kif pubblikata fil-G.G. tal-23-09-1997? Kemm kienu intefgħu offerti? Xi prezzijiet ingħataw u x'kienet id-deċiżjoni ta' l-Awtorita` dak iż-żmien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Finanzi.

Street Naming

Question

Jista' l-Ministru jindikali meta dawn it-toroq f'Ħaż-Żebbuġ (l-lista tagħhom qegħda tintbagħat separatament) sejrin jingħatalhom in-numru fir-residenzi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fit-8 ta' Ġunju fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern numru 16,802 kienet ġiet ippubblikata lista sħiħa ta' toroq ġewwa l-lokal ta' Ħaż-Żebbuġ fejn fit-toroq konċernati ngħataw numri ġodda ta' bibien lir-residenti milquta. Sfortunatament, waħda mit-toroq konċernati, Triq Vincenzo Adrario ġiet tagħmel parti minn triq oħra u għalhekk minħabba dawn iċ-ċirkostanzi li ma kellna l-ebda kontroll fuqhom, irid jerġa' jsir eżerċizzju ġdid fit-triq imsemmija. Din is-sena, kien hemm il-ħsieb li nkomplu n-numerazzjoni tal-bibien f'Ħaż-Żebbuġ iżda f'Novembru 2001 ngħata bidu ntensiv ta' bdil ta' l-I.D. Cards, liema eżerċizzju jintemm f'Novembru 2002. Għalhekk inħasset il-ħtieġa li minflok din il-Unit tingħalaq, issir ħidma iżjed bil-mod sabiex bla ebda mod ma tfixkel il-ħidma fuq skala nazzjonali tal-Kummissjoni Elettorali. Dan minbarra l-fatt li bla ebda mod ma ridna nkunu ta' nkonvenjent mar-residenti. Tajjeb wieħed jinnota li fil-lokal ta' Ħaż-Żebbuġ din is-sena kien hemm l-elezzjoni għall-Kunsilli Lokali. Dan kollu ħarbat il-pjanijiet kollha li kellna kemm għal Ħaż-Żebbuġ kif ukoll għal bliet u rħula oħra. Ladarba jgħaddi ftit taż-żmien ieħor nikkunsidraw li nkomplu bil-ħidma tagħna bin-numerazzjoni tal-bibien.

Kunsilli Lokali — Effiċjenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rapport dwar l-effiċjenza tal-Kunsilli Lokali hux sejrin jibdew jiġu pubblikati sett ta' 22 kunsill kull tlett xhur għal kull perjodu?

Response (GATT, AUSTIN)

Nikkonferma li l-Kunsilli Lokali gew maqsuma fi tliet gruppi sabiex isir rapport ghal kull grupp kull erba' xhur. Dan it-tibdil ghandu jippermetti lid-Dipartiment biex jikkoncentra aktar fuq il-kwalita' ta' l-ispezzjonijiet.
Leg 9 PQ #34974 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Technology Education

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilta teżisti li fl-iskola sekondarja Dun Karm ta' Ħaż-Żebbuġ jiġi mgħallem is-suġġett ta' Technology Education mis-sena skolastika li ġejja.

Response (GALEA, LOUIS)

It-Technology Education diġa` jiġi mgħallem bħala option fil-Form 4 u 5 fl-iSkola Sekondarja Dun Karm Psaila ta' Ħaż-Żebbuġ. Fis-sena skolastika li jmiss numru ta' għalliema se jattendu kors ta' sena fl-Universita` sabiex jitħarrġu fit-tagħlim tat-Technology Education bħala core subject. Huwa ppjanat li fis-sena skolastika 2003-2004 dan is-suġġett jiġi ntrodott fil-Form 1 kollha ta' l-iSkejjel Sekondarji.
Leg 9 PQ #34975 Sitting 779 2002-07-22 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Enemalta f'każ ta' estenzjoni ta' dawl għal ġewwa kamra ta' għalqa fi Triq Ħ'Attard, Ħaż-Żebbuġ, l-arbli ġew mgħoddija mill-għelieqi waqt li għal farmhouse fi Triq bejn Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi, l-uffiċjal qiegħed jirrifjuta li jgħaddi l-arbli mill-għelieqi bħal fil-każ imsemmija hawn fuq?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva.

Awtorita` tat-Trasport

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha inkluż disinji, pjanti, stimi, eċċ dwar l-offerta CT 305/97 maħruġa għan-nom tal-Awtorita` tat-Trasport Pubbliku mid-dipartiment tal-kuntratti kif pubblikata fil-G.G. tal-23-09-1997? Kemm kienu intefgħu offerti? Xi prezzijiet ingħataw u x'kienet id-deċiżjoni ta' l-Awtorita` dak iż-żmien?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta għamlet talba għall-file in kwestjoni lid-Dipartiment tal-Kuntratti u appena l-informazzjoni mitluba tkun miġbura din tiġi mgħoddija.

Utilities

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34153, jista' l-Ministru jinfurmani jekk il-konsultazzjoni ma l-utilities humiex konklużi? F'każ affermattiv meta se joħorġu l-offerti biex jsir ix-xogħol meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha ma waslitx minn għand il-utilities.

Utilities

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34152, jista' l-Ministru jinfurmani jekk il-konsultazzjoni ma l-utilities humiex konklużi? F'każ affermattiv meta se joħorġu l-offerti biex jsir ix-xogħol meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha ma waslitx minn għand il-utilities.

Utilities

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34151, jista' l-Ministru jinfurmani jekk il-konsultazzjoni ma l-utilities humiex konklużi? F'każ affermattiv meta se joħorġu l-offerti biex jsir ix-xogħol meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha ma waslitx minn għand il-utilities.

Ħaż-Żebbuġ — Toroq

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34489, jista' l-Ministru permezz tad-direttorat tat-toroq, jispezzjona fuq il-kriterji indikati fit-tweġiba iż-żewġ fergħat ta' Triq San Ġużepp u Triq il-Parroċċa - Ħaż-Żebbuġ? Il-livelli tat-toroq kif ġew aġġustati huma korretti li l-ilma tax-xita ma jkunx ta' detriment għar-residenti? Il-kisja bit-tarmac hija ta' livell aċċettat?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq għadu ma rċeviex minn għand il-Kunsill iċ-ċertifikati tal-perit reponsabbli mix-xogħlijiet li x-xogħol tlesta' u li dan sar tajjeb, u għalhekk għalissa mhux il-każ li ssir l-ispezzjoni msemmija mill-Onor. Interpellant.

Polluter Pays

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34299, il-gvern qiegħed jadotta s-sistema polluter pays u għalhekk dak l-istabbiliment privat f'Buġibba/Qawra li min għandu irriżultat il-ħsara fis-sistema tad-drenaġġ, jiġi mġiegħel iħallas għal ispiżi straordinarji fuq id-dipartiment tad-drenaġġ? Kemm hija stmata l-ispiża involuta mid-dipartiment biex issewwiet il-ħsara?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li drenaġġ mhux ħçreġ iżjed mill-post imsemmi. Id-Dipartiment tad-Drenaġġ ħa passi mmedjati bçx jara li ma kienx hemm xi ħsara jew xi żbroff minn naħa ta xi 'main' tal-Gvern. Irriżulta li l-'mains' tal-Gvern kçnu qegħdin jiffunzjonaw tajjeb u d-drenaġġ li kçn ħiereġ kçn minn xi stabbiliment privat. Dan l-istabbiliment ġç identifikat. Ġie identifikat ukoll il-post preċiż fejn kien hemm il-ħsara wara ħidma intensiva mid-Dipartiment ta-Saħħa mgħejjun mid-Dipartiment tad-Drenaġġ. Din l-ażjenda privata ħadet passi privati biex tissewwa l-ħsara. Wara li l-ħsara ssewwiet, mhux qçgħed jirriżulta ħruġ iżjed. Sa llum din il-problema hija riżolta għax m'hemm l-ebda ħruġ ta' drenaġġ. It-tiswijiet neċessarji saru minn din l-entita' privata, u għaldaqstant id-Dipartiment ma nvolviex ruħu f'xi spejjes.
Leg 9 PQ #34688 Sitting 774 2002-07-15 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Street Naming

Question

Jista' l-Ministru jindikali meta dawn it-toroq f'Ħaż-Żabbar (l-lista tagħhom qegħda tintbagħat separatament) sejrin jingħatalhom in-numru fir-residenzi?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Wied Qirda

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra biex tiġi asfaltata parti minn Triq l-Indipendenza li twassal għal Triq Wied Qirda f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq biex jispezzjona t-triq u jistabbilixxi x'hemm bżonn isir.

Utilities

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34160, jista' l-Ministru jinfurmani jekk il-konsultazzjoni ma l-utilities humiex konklużi? F'każ affermattiv, meta se joħorġu l-offerti biex jsir ix-xogħol meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha ma waslitx minn għand il-Utilities.

Utilities

Question

B'riferenza għal mistoqsija 34285, jista' l-Ministru jinfurmani jekk il-konsultazzjoni ma l-utilities humiex konklużi? F'każ affermattiv meta se joħorġu l-offerti biex jsir ix-xogħol meħtieġ?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant għadha ma waslitx minn għand il-Utilities.