Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1052 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Servizz ta' l-Internet

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema dipartimenti tal-Gvern hemm is-servizz ta' l-Internet? Għal liema kategoriji ta' uffiċjali/ħaddiema qiegħed jingħata dan is-servizz? Kemm kienet is-somma ta' flus li ħallas il-Gvern fis-snin 1996-1997 għal dan is-servizz?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li d-Dipartimenti tal-Gvern kollha għandhom is-servizz ta' l-Internet. Ħaddiema tal-Gvern li għandhom aċċess għan-Network tal- Gvern ta' Malta u li jutilizzaw is-sistema ta' l-E-Mail tal-Gvern, huma eliġibbli awtomatikament għall-użu ta' l- Internet. Persuni oħra li għandhom bżonn Internet account biex ikunu jistgħu jużaw l-Internet,irid ikollhom il-permess meħtieġ, mingħand il-Kap tad-Dipartiment ikkonċernat. Minħabba li dan is-servizz għall-użu tal-Internet fid- Dipartimenti tal-Gvern huwa parti minn pakkett ta'servizzi oħra li jingħataw lill-istess dipartimenti, ma hemmx figura eżatta ta' somma li tħallset għal dan is- servizz partikolari. Madankollu, huwa stmat li dan is-servizz sewa lill-Gvern is-somma ta' Lm76,861 fl-1996 u Lm81,633 fl-1997. Hija l-intenzjoni tal-MITTS li mill-1999 il-quddiem jinżamm kont speċifiku għal dan is-servizz ta' l-użu tal- Internet fid-Dipartimenti tal-Gvern.
Leg 9 PQ #1053 Sitting 11 1998-11-16 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Revenue Security Corps — Impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid huwiex se jsir xi tibdil fix-xogħol li qegħdin jagħmlu r-Revenue Security Corps? Kemm hu l-complement ta' dawn il-ħaddiema?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-pjan preżenti huwa li r-rwol u t-tasks tar-Revenue Security Corps jibqgħu skond dawk li huma issa. Iżda ta' min iffakkar li l-aspetti kollha tal-Forzi Armati huma dejjem taħt review. Il-complement tal-RSC huwa ta' fizzjal wieħed u mija u sebgħa u ħamsin suldat (157).

Marsa — Triq Qormi - Tiswija

Question

Jista' l-Ministru jordna patching f'Qormi Road, Marsa fejn jidher li din għandha bżonn manteniment immedjat minħabba l-istat diżastruż li tinsab fiha? Jista' l-Ministru jordna wkoll li ssir it-triq biswit Marsa Road li parti minnha għadha kemm ġiet żviluppata u tinsab ukoll fi stat ta' ħsara kbira? Veru li dawn it-toroq ma jaqgħux taħt il-kontroll tal-kunsilli lokali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li l-patching f'Qormi Road Marsa isir mill-Kunsill Lokali peress li din it-triq mhiex 'arterial road'. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, minħabba l-ħafna xogħol li jrid isir f'dan il-qasam fil-lokalitajiet kollha, ix-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment sintendi wara li jkun żgurat li s-servizzi jkunu tqiegħdu kollha b'mod permanenti. La darb it-toroq ta' l-aħħar għadhom qatt ma' ġew asfaltati dawn ma' jagħmlulhomx manutenzjoni il-Kunsill Lokali iżda, peress li huma kkunsidrati toroq privati, il-manutenzjoni hija responsabbilta' ta-sidien li bnew il-bini tagħhom faċċata għal fuq dawn it-toroq.
Leg 9 PQ #874 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Santa Venera — Vetturi skrapjati

Question

Jista' l-Ministru jordna sabiex dawk it-trakkijiet/vannijiet u vetturi oħra li jinsabu skrapjati għal għonq it-triq fl-inħawi ta' Santa Venera viċin il-pont tal-ħadid, jitneħħew minħabba li qegħdin ikunu ta' xkiel f'arterja hekk traffikuża?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija ħadet l-azzjoni meħtieġa. 10.11.98
Leg 9 PQ #875 Sitting 9 1998-11-10 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Siġġiewi — Tneħħija ta' ħwat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tneħħew qsari (pots) jew ħwat minn mal-faċċati tar-residenzi fit-toroq tas-Siġġiewi mill-pulizija għax ġew ikkonsidrati li qegħdin ikunu ta' żgombru għat-traffiku jew għal persuni? Kemm hemm minn dawn il-(pots) qsari fil-core ta' l-istess raħal fis-Siġġiewi? Hemm xi ħsieb li l-pulizija tneħħihom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija ma neħħewx qsari jew ħwat minn ebda triq fis-Siġġiewi. Fi Pjazza San Nikola, is-Siġġiewi, hemm 28 qasrija u dawn huma kollha proprjeta' tal-Kunsill Lokali u skond informazzjoni li għandha il-Pulizija, il-Kunsill Lokali qed jagħmel eżerċizzju biex jara jekk dawn il-qsari humiex ta' ngombru għal terzi. 10.11.98

Birkirkara — Triq fil-bypass

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li triq fil-bypass ta' Birkirkara quddiem l-Isptar ta' Tal-Qroqq, li preżentement tinsab magħluqa, tibda tkun aċċessibbli għat-traffiku għal quddiem il-Price Club? Jikkonsidra l-Ministru li sakemm din it-triq tinfetaħ bħala one-way traffic tkun qegħda tnaqqas it-traffiku minn dħul wieħed biss għal area ta' ħafna residenti li joqogħdu f'dawk l-inħawi partikolarment ukoll għall-iskola ta' St. Martin?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat li lt-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant ingħalqet meta parti minnha waqgħet, u wara nbniet il-mina l-ġdida għal ġo l-Universita'. Kif inhi s-sistema tat-traffiku llum, mhux il-każ li din it-triq tinfetah peress illi jkun hemm wisq aċċessi mit-triq prinċipali li jistgħu jfixklu lil min ikun qed juża dawn it-toroq.
Leg 9 PQ #568 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Żebbuġ — Triq il-Kandlora - Esproprjazzjoni ta' art

Question

Jista' l-Ministru jinformani meta se toħroġ l-esproprjazzjoni ta' biċċa art fi Triq il-Kandlora, f'Ħaż-Żebbuġ, meta jiġi kkonsidrat il-fatt li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi diġa' għamel użu minnha (Ref. Lands 400/97)? Kemm hi l-istima ta' din l-art u meta hemm il-ħsieb li d-Dipartiment ta' l-Artijiet jirregolarizza l-pożizzjoni ma' l-ex sidien tagħha?

Response (BORG, TONIO)

L-esproprjazzjoni ta' l-art fi Triq il-Kandlora, Ħaż Żebbuġ, ser tiġi ppublikata fuq il-gazzetta tal-Gvern fi żmien qasir. Peress li s-sidien ta' l-art għadhom ma ġewx stabbiliti, ma nħossx li huwa prudenti li ngħid kemm hi l-istima qabel ma jiġu nfurmati b'dan is-sidien. Wara li l-esproprjazzjoni tiġi ppublikata, d-Dipartiment ta' l-Artijiet jibda l-proċess biex isiru r-riċerki sabiex jiġi aċċertat ta' min hi l-art. Susseġwentement, dawn jiġu mgħarrfa bil-prezz, u jekk jaċċettaw, ikun jista' jsir il-kuntratt. 09.11.98
Leg 9 PQ #569 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Żebbuġ — Trejqa magħrufa Tal-Ħandaq

Question

Jista' l-Ministru jinformani fuq liema kriterji konkreti d-Dipartiment ta' l-Artijiet ħareġ l-offerti ta' Trejqa pubblika fil-limiti ta' Ħaż-Żebbuġ magħrufa Tal-Ħandaq (Ref LD 96/98)? Jaf il-Ministru li din it-trejqa ingħalqet b'xatba mingħajr il-permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u sidien ta' għalqa ma jistgħux jagħmlu aċċess għal proprjeta' tagħhom? Jikkonsidra l-Ministru li offerta bħal din kienet ultra vires u għalhekk għandha tiġi terminata minnufih?

Response (BORG, TONIO)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra. 09.11.98

Bdiewa — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jindaga għaliex il-bdiewa ma ġewx rifużi bl-ammont ta' flus ta' nofs il-kontribuzzjoni tas-Sigurta' Soċjali dovut lilhom? Kemm huwa l-ammont ta' arretrati li għandhom jieħdu l-bdiewa u ta' kemm żmien ilhom pendenti dawn l-arretrati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta għal did id-domanda tingħata f'xi seduta oħra peress li għad qed tiġi miġbura l-informazzjoni kollha meħtieġa.
Leg 9 PQ #571 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Żebbuġ — Għassa tal-pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-għassa tal-pulizija ta' Ħaż-Żebbuġ qiegħda tkun magħluqa f'diversi ħinijiet tal-ġurnata u anke matul il-lejl? Jikkonsidra l-Ministru li f'dan il-lokal ta' aktar minn 12,000 resident għandu jkun hemm żieda ta' pulizija li jkun possibbli li almenu kuntistabbli jkun preżenti l-ħin kollu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-għassa ta' Ħaż-Żebbuġ qed tkun miftuħa fuq bażi regolari u tingħalaq meta l-pulizija li jkun għassa jkun meħtieġ fuq xi xogħol barra. Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant ġie nnotat u ser jiġi kkunsidrat fid-dawl tar-riżorsi disponibbli. 09.11.98
Leg 9 PQ #572 Sitting 8 1998-11-09 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Xogħlijiet Pubbliċi — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk il-ħaddiema mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi (fid-distrett ta' Ħaż-Żebbuġ) li ġew trasferiti bħala watchmen: 1) fiċ-ċimiterju ta' Sant'Andrija, Ħaż-Żebbuġ; 2) fil-ġnien indipendenza, f'Siġġiewi Road, Ħaż-Żebbuġ; fil-ġnien ta' l-infetti fi Triq Lorenzo Gafa', f'Ħaż-Żebbuġ? Jista' l-Ministru jgħid meta dawn il-persuni ħadu l-appointment ta' watchman? Minn liema data? X'inhuma l-ħinijiet li jaħdmu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li madwar sena ilu, id-distrett ta' Ħaż-Żebbuġ irċieva ordni mill-Ministeru biex ħaddiem partikolari jiġi trasferit bħala watchman fiċ-Ċimiterju ta' Sant' Andrija, Ħaż-Żebbuġ. Dan għadu jattendi f'dan iċ-Ċimiterju għax-xogħol. Il-ħinijiet li jaħdem huma dawk normali bħall-impjegati l-ohra, jiġifieri, bejn is-7.00 ta' filgħodu u l-4.45 ta' filgħaxija kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa. L-ebda appointment ta' watchman ma ġie mogħti lil dan l-individwu għaliex għandu grad ogħla minn watchman.