Legislature:
Category:
Reset
Active:

Zebbuġ — Triq tat-Troll - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra b'urġenza l-istallazzjoni ta' street lamp fi Triq tat-Troll, Ħaż-Żebbuġ? Jidhirlu l-Ministru li viċin dar li hemm f'din it-triq id-dlam f'din il-parti iżolata jista' jkun ta' abbuż?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Leg 9 PQ #3862 Sitting 55 1999-01-25 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Kindergarten assistants

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet maħruġa mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għal supply ta' kindergarten assistants? Kemm ġew intervistati persuni? Meta hemm il-ħsieb li joħroġ ir-riżultat ta' dan l-interview?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm 230 applikazzjoni għall-post ta' Supply Kindergarten Assistants. Minn dawn 69 kienu eliġibbli skond il-kwalifiki maħtieġa u 48 għaddew mill-intervista. Ir-riżultat ħareġ f'Diċembru li għadda u dawk li għaddew bdew ix-xogħol illum, 25 ta' Jannar 1999.

Attard — Parking space

Question

Kif jista' l-Ministru jiġġustifika l-ammont tal-parking space li sejjer ikun disponibbli għas-sebat iħwienet li hemm fi Triq il-Linja, Ħ'Attard, wara l-modifikazzjoni li saret riċentement? Jikkonsidra l-Ministru li d-Dipartiment tat-Toroq għandu jipprovdi u jutilizza kull spazju possibbli fejn jeżistu numru ta' ħwienet li m'għandhomx alternattiva għal provvediment ta' parking? Jaqbel il-Ministru li t-traffic islands li qegħdin isiru fil-lok imsemmi jistgħu jiġu utilizzati bħala parking space?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-pjanti tal-proġett li qed jitwettaq quddiem il-ħwienet f`H`Attard ilu li tfassal snin twal u kien espost għall-konsultazzjoni tal-pubbliku bosta drabi mill-Kunsill Lokali ta` H`Attard. L-ispazju fil-lokalita` ma jippermettix li jkun hemm aktar parking mingħajr ma jitnaqqsu drastikament il-wesgħat tat-toroq minn dawk rikjesti. In-numru ta` parking space huwa ta` 17 il-karozza.

Enemalta — Distanza ta' arbli

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 2736 ippreżentata fis-Seduta Nru. 37 tas-16/12/98?

Response (BONNICI, JOSEF)

Skond ir-Regolamenti dwar Provvista ta' Elettriku, id-distanza li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hija ta' 150 metru. Fil-każ tat-talba tal-persuna li saret referenza għaliha, id-distanza mill-eqreb sors ta' provvista hi ta' madwar 163 metru u għaldaqstant kellha ssir stima ta' l-ispejjeż żejda involuti.

Enemalta — Linesmen

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' linesmen li mpjegat il-Korporazzjoni Enemalta matul is-sena 1998? Kemm hemm postijiet aktar vakanti ta' linesmen ma' l-Enemalta? Meta hemm il-ħsieb li jimtlew dawn il-vakanzi ta' linesmen?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #3446 Sitting 50 1999-01-14 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Importazzjoni ta' ġelat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ġelat importat għandu levy ta' 70% u impożizzjoni oħra ta' 3ċ-il unit u magħhom qiegħda tiġi nkluża VAT ta' 15%? Jikkonsidra l-Ministru li ammont daqstant għoli ta' taxxa fuq ġelat importat qiegħed jgħolli l-prezz b'mod esaġerat?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, li l-levy ta` sebgħin fil-mija (70%) u ta` tlett ċenteżmi (3ċ) kull unit fuq il-ġelat importat ilha teżisti għal numru ta` snin, inkluż matul iż-żmien li kienet fis-seħħ il-liġi tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa (CET). Il-ħsieb tal-Gvern hu li, fil-waqt li jżomm kemm jista` jkun rata waħda ta` taxxa tal-VAT, jara jekk għandux isir aġġustament fil-levy biex il-prezzijiet jibqgħu stabbli kemm jista` jkun. Fil-każ tal-ġelat wieħed ifakkar li l-ġelat f`family packs ta` volum mhux inqas minn 500 millitru mhux taxxabbli.

Siġġiewi — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra serjament l-istat terribbli ta' triq ġdida ma' Triq Nikola Sauri u Triq Bari fis-Siġġiewi; kif jistgħu jixhdu r-ritratti li qed nibgħat under separate cover? Jikkunsidra l-Ministru li din it-triq tingħata prijorita' meta wieħed jikkonsidra li l-ilma tax-xita qiegħed jidħol saħansitra fid-djar tar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jagħmel l-ispezzjoni meħtieġa f`din it-triq sabiex jiġi determinat x`livell ta` prijorita` tista` tingħata.

Ħaż-Żebbuġ — Dawl fit-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħtini data meta dawn il-lampi fit-toroq ta' Ħaż-Żebbuġ (lista qed tintbagħat separatament) sejrin jiġu msewwija peress li ma jixgħelux? Jikkonsidra l-Ministru li barra li tinbidel il-bozza jiġu ċċekkjati kemm il-fuse ta' kull bozza u kemm jekk hemmx xi wires maqtugħin f'kull każ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — Cables tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jordna li jitneħħew il-cables tad-dawl minn mal-bini ta' 15a, Mamo Street, Ħaż-Żebbuġ, skond l-applikazzjoni magħmula mis-sid ta' l-istess dar li saret kmieni s-sena l-oħra? (Kopja ta' l-applikazzjoni u ittra hawnhekk qed jintbagħtu separatament) Minħabba l-fatt li dawn il-cables ġew dikjarati li huma unsafe ma jidhirlux li dawn għandhom jitneħħew mingħajr aktar dewmien?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2960 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'qiegħed isir f'tarf Triq Manuel Dimech (ħdejn ir-roundabout ta' l-erba' qaddisin) f'Ħal Qormi? Meta hemm il-ħsieb li jiġi finalizzat ix-xogħol? Ix-xogħol qiegħed isir mill-kuntrattur jew minn ħaddiema tal-Gvern?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fis-sit imsemmi mill-Onorevoli Interpellant qed isir xogħol ta': * twessigħ tal-kanal ta' l-ilma * twessigħ tal-ftuħ taħt il-bridge tat-triq * elevazzjoni ta' l-istess bridge Dan ix-xogħol mistenni jitlesta sa l-aħħar ta' Frar 1999. Dan ix-xogħol qed isir minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, Kalaxlokk Co. Ltd. u aktar tard kuntrattur fuq xogħol ta' 'surfacing' ta' toroq.
Leg 9 PQ #3002 Sitting 47 1999-01-11 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Banek — Dħul minn taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus li daħħal il-gvern mill-eżitu tal-liġi li jimponi taxxa one off mill-banek kummerċjali? Kemm kien l-ammont minn kull bank?

Response (DALLI, JOHN)

L-ammont ta` flus li daħħal il-Gvern mill-eżitu tal-liġi li jimponi taxxa one off mill-banek kummerċjali huwa hekk: Lm Mid Med Bank 1,476,237 Bank of Valletta 1,621,118 APS Bank 93,909 Lombard Bank 89,729

Attard — Arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1958 tat-30 ta' Novmebru, 1998?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol fl-għelieqi biswit Triq Haż-Żebbuġ, H`Attard sar sabiex jingħata servizz ta` elettriku lil żewġ applikanti. Skond ir-regolamenti, l-ispiża li tammonta għal total ta` cirka Lm1685, tħallsu mill-Korporazzjoni Enemalta peress li x-xogħol jaqa` fil-limitu ta` 150 metru. L-applikazzjoni għal dan ix-xogħol saret waħda fl-24 ta` Gunju 1998 u l-oħra fid-9 ta` Novembru 1998.

Enemalta — Distanza ta' arbli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija d-distanza li l-Korporazzjoni Enemalta tikkonċedi sabiex ma titħallasx l-ispiża ta' arbli jew wires sabiex jiġi estiż d-dawl elettriku għal farms jew rural rooms? Jista' jinvestiga għaliex persuna li isimha qiegħed jintbagħat separatament li ħallas Lm150.00 fuq irċevuta Rec.016828 u li għandu distanza ta' 485 pied qiegħed jiġi mitlub li jħallas ammont konsiderevoli? Tikkwalifika din il-persuna għall-eżenzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant
Leg 9 PQ #2698 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Enrolled nurse

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 2281 tat-3 ta' Diċembru, 1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-mistoqsija parlamentari 2281 ttwieġbet fis-seduta numru 31.
Leg 9 PQ #2699 Sitting 35 1998-12-14 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Skema Awżiljari — Ħaddiema

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 1741 imwieġba mill-Ministru għall-Politika Soċjali, jista' l-Prim Ministru jagħtini informazzjoni dwar x'passi qiegħed jieħu l-M.P.O. dwar dawn il-ħaddiema?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kif wiegħed il-Gvern fid-diskors tal-Budget tal-1992, il- ħaddiema kollha meqjusa bħala rregolari jew temporanji ġew mogħtija impjieg fiss b'effett mill-1 ta' Jannar, 1992. Dan l-arranġament kien ikopri dawk il-ħaddiema li kienu jew riedu jidħlu fl-iskema ta' l-Awżiljari sal-31 ta' Awissu, 1991. Ġara iżda illi daħlu wara din id-data madwar disgħin ħaddiem ieħor li allura mhumiex koperti b'dan l- arranġament u, qabel ma l-impjieg ta' dawn jiġi regolarizzat, wieħed irid jara sew l-implikazzjonijet ma l- Awtorita Nazzjonali tax-Xogħol u l-Korporazzjoni ta' l- Impjiegi u Taħriġ. Dawn l-implikazzjonijiet qegħdin jiġu mistħarrġa, wkoll fil- qafas tal-wegħda tal-Gvern fil-Programm Elettorali li ħaddiema li ilhom snin twal jaħdmu bħala casuals isiru tal- fiss.
Leg 9 PQ #2281 Sitting 31 1998-12-12 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Enrolled nurse

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema skola tinsab l-enrolled nurse bl-I.D. No. 548253(m), li isimha u kunjomha qed jintbagħatu separatament? Minn meta kienet stabbilita fuq din l-iskola fis-Servizz Pubbliku?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-enrolled Nurse li għaliha qed jirreferi l-Onor Interpellant qegħda, skond ir-rekords tad-Diviżjoni tas-Saħħa fi Skala b'seħħ mit-18 ta' Mejju 1994.
Leg 9 PQ #2305 Sitting 23 1998-12-07 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Burdnara

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari numri 1887 u 1889, jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-detentur tal-karta ta' l-identita' bin-numru 588448(m), li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għandux f'ismu l-liċenzja ta' burdnar?

Response (DALLI, JOHN)

Il-persuna li għaliha qed issir riferenza fil-mistoqsija huwa soċju f`partnership `en nom collectif` liema partnership għandu liċenzja ta` burdnar. Wieħed jista` jgħid li fil-każi ta` partnerships `en nom collectif` il-liċenzja ta` burdnar dejjem tinħareġ f`isem il-parnership u mhux individualment fuq is-soċji li jiffurmawh.

Attard — Arbli tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa ta' tqegħid ta' arbli tad-dawl f'Żebbuġ Road, Attard? Lil hinn mit-triq prinċipali (jiġifieri ġewwa l-għelieqi biswit) min ħallas għalihom dawn l-arbli tad-dawl? Għal liema skop ġie estiż dan id-dawl fl-għelieqi? Meta saret l-applikazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba milll-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #2053 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — Misraħ il-Palazz - Tinda proviżorja

Question

It-tinda proviżorja li tqegħdet f'naħa waħda ta' Misraħ il-Palazz, Valletta se tibqa' hemm b'mod permanenti? Jikkonsidra l-Ministru li din tiġi trasferita għal taħt is-siġar biswit il-Konkattidral ta' San Gwann? (man-naħa ta' Triq ir-Repubblika) Jaħseb il-Ministru li f'dan il-post jiġu protetti kemm iż-żwiemel mix-xemx/xita kif ukoll iċ-ċittadini mid-droppings ta' l-għasafar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-Uffiċju tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta bħalissa qed iħejji rapport dwar din il-materja. Il-proposta ta' l-Onorevoli Interpellant se tiġi kkunsidrata flimkien ma' proposti oħrajn li daħlu.
Leg 9 PQ #1852 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Żebbuġ — Trejqa magħrufa Tal-Ħandaq

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 569 tat-2/11/98?

Response (BORG, TONIO)

Dwar jekk kienx hemm bżonn li t-trejqa in kwestjoni tinħareġ bl-offerti bl-iskop li tingħata b'titolu ta' lokazzjoni, dal-każ qed jiġi nvestigat. Ma jidhirx iżda, li kien hemm xi ksur tad-disposizzjonijiet ta' l-Att dwar it-Trasferiment ta' l-Art tal-Gvern. Dwar it-tqegħid ta' xatba, il-każ ġie riferut lill-Awtorita ta' l-Ippjanar, u nifhem li diġa' ttieħdet azzjoni. (Enforcement Notice 1258/98) 01.12.98