B'referenza għal mistoqsija parlamentari numru 36913 id-Dipartiment ta' l-Artijiet jaċċetta l-fatt li prorjeta pubblika tiġi amministrata minn individwi mingħajr l-ebda titolu ta' kirja?
Response (BORG, TONIO)
Id-Dipartiment tal-Artijiet ma jaċċettax il-fatt li proprjeta` pubblika tiġi amministrata minn individwi mingħajr l-ebda titolu ta` kirja.
Minn investigazzjoni li għamel id-Dipartiment tal-Artijiet jirriżulta illi fi Sqaq Manoel u fi Triq Sciortino, Ħaż Żebbuġ, il-Kunsill Lokali għamel xogħol ta` embellishment u qiegħed jieħu ħsiebu. Fi Triq il-Poeta Nazzjonali, is-sid tal-Paradott Wedding Hall għamel xogħol ta` embellishment fit-traffic island ta` quddiemu u qiegħed jieħu ħsiebha. Dan ta` l-aħħar ġie mitlub jagħmel it-talba tiegħu sabiex jingħata permess.
Ma naħsibx li dan ifisser li b`daqshekk xi ħadd minn dawn qiegħed jamministra proprjeta` pubblika mingħajr ebda titolu.
Jista’ il-Ministru jinformani jekk il-ħaddiema li kienu mal-Maltacom u li ġew trasferiti mal-kumpaniji sussidjarji bħal Wire.net Co., humiex fil-futur intitolati li japplikaw għal xi promozzjonijiet li jista’ jkun hemm? Din il-kumpanija sussidjarja beħsiebha tiftaħ oppotunitajiet ta’ promozzjonijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-ħaddiema li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Membru għadhom igawdu l-istess benefiċċji u kundizzjonijiet li kellhom mal-Maltacom. Il-proċess ta' ristrutturazzjoni jista' jaffettwa l-operat preżenti bil-konsegwenza li jistgħu jinħolqu opportunitajiet ta' promozzjonijiet.
Jista' il-Ministru jinfurmani dwar b'liema titolu huma mikrija mid-dipartiment ta' l-artijiet dawn is-siti li is-site plan tagħhom qegħda tintbgħat separatament? Min huma s-sidien rikonoxxuti mid-dipartiment ta' l-artijiet? Kemm qegħdin iħallsu kull sena? Minn meta ilhom b'dan it-titolu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi skond informazzjoni miġbura mit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern, l-artijiet li rrefera għalihom l-Onorevoli Interpellant m`humiex mikrija.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex id-disco li sar nhar is-Sibt 9 ta' Novembru 2002 fil-limiti ta' Ħaż Żebbuġ ingħata l-permess biex idoqq b' tant ħsejjes li kien ta' inkonvenjent kbir għar-residenti fil-viċin? Għal darba oħra jistgħu l-pulizija jillimitaw id-decibels ta' dawn id-discos? X'risposta hemm mill-Kummissarju tal-Pulizija għar-rigward ta' l-ittra li qiegħda tintbagħat separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi għalkemm l-uniku stabbiliment li nstab li kien miftuħ fl-inħawi imsemmija mill-Onorevoli Interpellant huwa liċenzjat bħala diskoteka, il-Pulizija xorta waħda ħadet passi u ordnat li l-mużika kellha titbaxxa. Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, illum il-liċenzji ta` dawn l-istabbilimenti m`għadhomx jinħarġu mill-Pulizija,u għaldaqstant nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel is-suġġeriment tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi l-ittra imsemmija waslet għand il-Kummissarju nhar it-12 ta` Novembru 2002 u l-ilment hemm imsemmi qed ikun investigat.
Jista' il-Ministru jgħid sarux xi taħdidiet bejn Malta u l-Libja, jew xi pajjiż ieħor fl-Afrika ta' Fuq kif ukoll ma' l-Italja, dwar il-possibbilta` li l-pipe tal-gas li se jiġi stallat fil-Mediterran, Malta tkun tista' tagħmel użu minnu?
Fiex kienu jikkonsistu dawn it-taħdidiet u x'riżultati kien hemm?
Response (BORG, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tiegħi ma kienx direttament involut f'taħdidiet mal-Libja jew pajjiżi oħra qrib dwar il-possibilita' li Malta tagħmel użu mill-gas pipe li se jiġi nstallat fil-Mediterran.
Peress li dan is-suġġett huwa ta' natura altament teknika, nissuġġerixxi li d-domanda tiġi ndirizzata lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 36458 u jgħid x'talbiet għandu d-dipartiment tad-drenaġġ għand l-uffiċjal/i tal-utilities mid-dipartiment tat-toroq (awtorita' tat-trasport) għar-rigward ta' toroq f'Ħaż-Żebbuġ? Liema huma t-toroq f'Ħaż-Żebbuġ li qegħdin jistennew ir-rapport mill-utilities section tad-dipartiment tad-drenaġġ? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet? Meta hemm il-ħsieb li r-rapport dettaljat fuq dawn it-toroq jasal għand id-dipartiment tat-toroq?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fis-7 ta' Novembru 2002 intbagħtet informazzjoni rigward Floriana u Żebbuġ, direttament lill-konsulent konċernat b'kopja lid-Dipartment tat-Toroq.
Jista' il-Ministru jgħid sarux xi taħdidiet bejn Malta/Libja u l-Italja dwar il-possibilita' li l-pipe tal-gas li sejjer jiġi installat fil-Mediterran tkun tista' tagħmel użu minnu Malta? Fiex kienu jikkonsistu dawn it-taħdidiet u x'riżultati kien hemm?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni Enemalta ma kinitx involuta fit-taħdidiet li qed jirreferi għalihom.
Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36241: B'referenza għal mistoqsija parlamentari dwar in-numru ta' inkjesti pendenti quddiem il-maġistrati, jista' il-Ministru jgħid x'passi ħa l-ministeru biex jiġu deċiżi fl-inqas żmien possibbli? Jidhirlu l-Ministru li dan id-dewmien ta' inkjesti qiegħed jikkaġuna delayed justice ma' min huwa konċernat? Jidhirlu li għandu jagħmel stqarrija fil-parlament dwar l-istatus ta' dawn l-inkjesti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern u l-Qrati huma istituzzjonijiet kostituzzjonalment separti f`kull demokrazija u l-Qrati, u ovvjament l-Gudikatura, jgawdu minn garanzija kostituzzjonali ta` indipendenza u awtonomija mill-Gvern.
Fil-prattika dan ifisser li ebda Ministru tal-Ġustizzja ma għandu l-poter jindaħħal, direttament jew indirettament, fil-mod kif jiġi mmexxi xi proċess legali, inkluz iżda mhux biss inkjesti, minn Maġistrat jew Imħallef.
Bħall-Onor Interpellant jien ukoll nixtieq li ma jkunx hemm ċertu dewmien żejjed fl-inkjesti iżda aktar milli nixtieq ma nistax nagħmel.
B'riferenza għal mistoqsija 35592, jista' il-Ministru jindika fuq il-pjanta li qed tintbagħat separatament, fejn jeżisti l-passaġġ indikat fil-mistoqsija? Jista' jikkonsidra mill-ġdid t-tweġiba li ta peress li ma tidhirx li hija korretta? Fejn hija l-prattika normali tax-xogħol u l-electricity supply reg. kif indikat fir-risposta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li t-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija numru 35592 kienet qed tirreferi għal post ieħor fil-viċinanzi. Dan irriżulta mill-informazzjoni mogħtija fuq il-pjanta li ġiet sottomessa. Jiena nfurmat li f'dan il-każ, l-arbli ma setgħux jitpoġġew b'mod differenti minħabba arbli oħra ta' l-istreet lighting li hemm fl-inħawi.
L-istima li nħadmet għas-servizz mitlub fil-farmhouse bejn Haż-Żebbuġ u s-Siġġiewi saret skond l-Electricity Supply Regulations.
B'riferenza għal mistoqsija 36361 teżisti statistika kemm kien hemm ċitazzjonijiet mill-gwardjani lokali li kienu jikkonċernaw 'taħrika dwar exhaust?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mis-sena 2000 sal-llum inghataw dawn ic-citazzjonijiet dwar 'exhaust' :
Sena Nru. ta' citazzjonijiet
2000 543
2001 412
2002 643
Total 1598
Jista' il-Ministru jgħid x'talbiet għandha l-Enemalta għand l-uffiċjal/i tal-utilities mid-dipartiment tat-toroq (awtorita' tat-trasport) għar-rigward ta' toroq f'Ħaż-Żebbuġ? Liema huma t-toroq f'Ħaż-Żebbuġ li qegħdin jistennew ir-rapport mill-utilities section ta' l-Enemalta? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet? Meta hemm il-ħsieb li r-rapport dettaljat fuq dawn it-toroq jasal għand id-dipartiment tat-toroq?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta ma għandha l-ebda talba pendenti għal informazzjoni rigward toroq f'Haż-Żebbuġ.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fi Triq ix-Xarolla, Attard hemm applikazzjonijiet għal kurrent elettriku minn individwi u xi wħud minn dawn l-applikazzjonijiet ilhom tliet xhur pendenti?
Jista' jordna li x-xogħol li għandu jsir in konnessjoni ma' l-applikazzjonijiet pendenti jsir bla aktar dewmien?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni Enemalta għandha pendenti applikazzjoni waħda għall-provvista ta' kurrent elettriku għall-proprjeta' fl-imsemmija triq. Din l-applikazzjoni ġiet reġistrata fit-18 ta' Settembru 2002. Ix-xogħol fuq din l-applikazzjoni għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ħruġ ta' l-exhaust mill-vetturi jaqax taħt l-operat tal-gwardjani lokali fejn dawn jistgħu joħorġu taħrika għal dan l-att ta' ħsara kemm għall-bniedem kif ukoll għall-ambjent?
Jista' jgħid ukoll fuq min taqa' din ir-responsabbilta' jekk ir-risposta hija fin-negattiv?
Jidhirlux il-Ministru li dan l-att jaqa' taħt il-ħarsien tal-gwardjani lokali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-hrug ta' l-exhaust mill-vetturi fill-fatt huwa wiehed mir-reati li jaqghu taht il-kompetenza tal-gwardjani lokali. Din il-funzjoni giet delegata lill-gwardjani lokali permezz ta' Avviz Legali 32 ta' l-2000.
Jista' il-Ministru jgħid minn meta għaddiet il-liġi dwar il-proprjeta' ta' l-għadu, kien hemm xi talba minn xi ħadd għall-akkwist ta' xi waħda minn dawn il-propjetajiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi sal-lum ma saret l-ebda talba f`dan ir-rigward.
Jista’ il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35432, jista' jagħti tagħrif kemm-il vettura tal-passiġġieri ġew fabbrikati f’Malta wara li jkunu ġew importati knocked down? Kemm minn dawn kienu mmuntati mil-lat industrijali u kemm mil-lat individwali? Kemm minn dawn iż-żewġ tipi ġew reġistrati ma’ l-uffiċċju tal-liċenzji? Kemm kien id-dħul tal-gvern f’dak li għandu x’jaqsam ma’ liċenzji f’dawn l-aħħar erba’ snin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li billi ma kienx possibbli li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant tinġabar mis-sistema komputerizzata, id-Direttorat tal-Liċenzji u Testijiet għamel eżerċizzju manwali li minnu rriżulta li f'dawn l-aħħar erba' snin ġew impurtati u reġistrati żewġ vetturi tal-passiġġieri 'knocked down' minn individwi.
Minn dawn iż-żewġ vetturi l-Gvern, bħal liċenzji, daħħal l-ammonti indikati hawn taħt:
2001 - Lm 105
2002 - Lm 55
Jista' il-Ministru permezz ta' l-awtorita' tar-riżorsi jikkonsidra l-konsegwenzi ta' inċidenti ta' ħruq jew periklu ieħor konsegwenza ta' nar bl-użu ta' mobile phones fl-areas madwar il-petrol stations? Jekk teżisti din il-possibilita' għandux ikun hemm sinjali li jindikaw din l-eventwalita' kull fejn hemm petrol stations?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi qed tinvestiga ma' l-awtoritajiet tas-saħħa u sigurta' Ingliżi informazzjoni li għandha dwar is-suġġett.
Jekk jiġi konkluż li jeżisti xi tip ta' periklu, l-Awtorita' se tieħu l-passi kollha biex kull fejn hemm 'fuel' maħżun jew qed jinġarr u 'petrol stations', ikun hemm sinjali li jindikaw dan il-periklu u l-azzjoni li għandha tittieħed.
Jista' il-Ministru jgħid x'talbiet għandu d-dipartiment tad-drenaġġ għand l-uffiċjal/i tal-utilities mid-dipartiment tat-toroq (awtorita' tat-trasport) għar-rigward ta' toroq f'Ħaż-Żebbuġ? Liema huma t-toroq f'Ħaż-Żebbuġ li qegħdin jistennew ir-rapport mill-utilities section tad-dipartiment tad-drenaġġ? Kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet? Meta hemm il-ħsieb li r-rapport dettaljat fuq dawn it-toroq jasal għand id-dipartiment tat-toroq?
B'riferenza għal dak li jista' jkun eventwalita' ta' ħruq jew periklu ieħor ta' konsegwenzi ta' nar bl-użu ta' mobile phones fl-areas madwar il-petrol stations u postijiet oħra ta' użu ta' fuel, jikkonsidra l-Ministru li jsiru xi regolamenti jew avviżi ta' prekawzjonijiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li t-Taqsima tal-Petroleum tal-Korporazzjoni Enemalta ma tippermettix li jintużaw telefons ċellulari f'zoni fejn hemm fuels. Dan tagħmlu wkoll permezz ta' stickers li juru li l-użu tat-telefons ċellulari huwa ipprojbit.
Lix-xufiera ta' din it-taqsima, il-Korporazzjoni twissihom dejjem biex joqgħodu attenti waqt il-ħatt tal-prodotti fl-istations biex ma jkunx hemm min ipejjep jew juża t-telefon ċellulari.
Il-ħruġ ta' regolamenti hija prerogattiva ta' l-Awtorita' tar-Riżorsi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm tiswijiet ta' vapuri fil-MDD mill-Cosco-Tianjin li kienu jbaħħru fil-Mediterran skond il-ftehim ta' l-1993 bejn il-MDD u din il-kumpannija?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li sa llum, l-ebda vapur mill-Cosco-Tianjin ma issewwa fit-Tarzna ta' Malta.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir il-landscaping matul is-central strips f'Qormi Road, Ħal Qormi, kif imwiegħed f'mistoqsija parlamentari preċedenti?
Meta ħarġet it-tender u min kienet l-aġenzija li rebħitha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tlabt id-Direttorat tat-Toroq jieħu l-passi neċessarji dwar din l-area.