Jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol tal-ħaddiema mid-Dipartiment ta' l-Ambjent li qegħdin jaħdmu f'Ta' Qali? Kemm hemm ħaddiema fuq dan il-post? Għaliex hemm dak l-abbandun ta' nuqqas ta' manteniment? Jista' l-Ministru jordna li kull ħaddiem jagħmel id-doveri tiegħu f'dan il-post tant frekwentat mill-pubbliku f'dawn ix-xhur tas-sena?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' ħaddiema fil-Park Nazzjonali Ta' Qali huwa ta' 45. Dawn jinkludu 12-il ħaddiem li jaħdmu b'makkinarju agrikolu u 6 ħaddiema jnaddfu l-parti l-kbira ta' Ta' Qali. Hemm ukoll 2 Storekeepers, 4 Toilet Attendants, 16-il Għassies li jaħdmu bix-xift, kif ukoll ħaddiema oħra li jieħdu ħsieb l-Amministrazzjoni tal-Park.
Il-problemi smemmija mill-Onor. Interpellant fit-tielet u r-raba' parti tad-domanda qed ikunu investigati mid-Dipartiment konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żvilupp pożittiv dwar it-tneħħija tat-tinda proviżorja li tqegħdet f'naħa waħda ta' Misraħ San Ġorġ, il-Belt Valletta? X'riżultati kien hemm mal-VRP fil-mistoqsija parlamentari numru 2053 tat-30.11.98?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li twaqqaf Kumitat mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta li għalih ġew mistiedna jibagħtu rappreżentant mill-Kunsill Lokali Valletta, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u mit-Taqsima tax-Xogħlijiet biex tkun studjata din il-problema.
Jista' l-Ministru jgħid min kienet il-persuna barranija li ġiet ikkummissjonata sabiex tħejji rapport dwar il-pensjonijiet u materji oħra relatati mill-Ministru preċedenti tiegħu?
Kemm tħallset din il-persuna għar-rapport li għamlet?
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dan ir-rapport?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-predeċessur tiegħi fl-amministrazzjoni l-oħra kien ikkummissjona rapport dwar il-pensjonijiet u materji relatati minn Watson Wyatt Actuaries ta` Surrey, fir-Renju Unit liema rapport kien sotomess f`Awissu 1998. Dan ir-rapport kien finanzjat mill-Middle Sea Insurance Co. Ltd u mill-Mid Med Life Assurance Co Ltd. Peress li dan ir-rapport baqa` fi stadju ta` `draft` ma nħossx li għandi nqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li t-telephone box li hemm fi Triq Sciortino, Ħaż-Żebbuġ, qegħda sservi wkoll ta' public convenience, jista' l-Ministru jgħidli kull meta din qegħda titnaddaf?
Jikkonsidra li din titneħħa u minflokha titqiegħed plastic canopy?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Maltacom diġa kellha taħdidiet mal-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ dwar il-cardphone box imsemmija. Filwaqt li sar qbil li din m'għandhiex tintmess minn fejn tinsab, l-Kunsill wiegħed li t-tindif ikun inkluż ma' dak tat-triq fejn tinsab.
Minħabba l-pożizzjoni tagħha, mhux possibbli li minflok dik li hemm illum issir plastic canopy.
Jista' l-Ministru jagħtini breakdown ta' kif sejra tintnefaq l-ispiża ta' Lm150,000 fit-trasport mill-Petroleum Division skond l-estimi tal-perijodu bejn l-01.10.98 u t-30.09.99?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-breakdown mitlub mill-onorevoli Interpellant huwa kif ġej:
Tqassim tal-prodotti tal-pitrolju lill-kuntratturi Lm 56,000
Pagi, bonus u kontribuzzjonijiet tas-Sigurta Soċjali
tal-ħaddiema fil-Maintenance Workshop u x-xufiera Lm 68,000
Diesel u Petrol Lm 15,000
Maintenance, poloz tas-Sigurta u liċenzji Lm 11,000
Total Lm150,000
Jista' l-Ministru jagħtini breakdown ta' nofs miljun lira Maltin fl-Estimi ta' l-Electricty Division 98/99?
Il-Ministru jħoss li għandu jagħmel investigazzjoni tal-konsum ta' petrol għal użu tal-karozzi wżati mill-Electricty Division? Dan jikkorrispondi mas-servizz attwali?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ammont taż nofs miljun lira fl-Estimi ta' l-Electricity Division għas-sena 1998-1999 huwa maqsum hekk:
labour, pagi, bonus, kontribuzzjoni tas-Sigurta Soċjali
(drivers ta' l-Enemalta u maintenace staff) Lm200,000
xufiera impressed Lm150,000
kiri ta' karozzi self-drive Lm 42,000
spare parts/lubrikanti Lm 20,000
petrol/diesel Lm 60,000
poloz ta' assikurazzjoni/liċenzji Lm 28,000
Meta wieħed jara n-numru ta' vetturi li għandha d-diviżjoni biex tlaħħaq max-xogħol ta' Malta u Għawdex kollu għal erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, ma narax lok li jsiru investigazzjonijiet profondi. Barra minn hekk l-Awditur Intern ukoll jagħmel diversi spezzjonijiet minn żmien għal żmien.
Peress li t-telephone box li hemm fi Triq Sciortino, Ħaż-Żebbuġ, qegħda sservi wkoll ta' public convenience, jista' l-Ministru jgħidli kull meta din qegħda titnaddaf?
Jikkonsidra li din titneħħa u minflokha titqiegħed plastic canopy?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltacom għadhiex bil-pjani tagħha li tiżviluppa l-bini tagħha magħruf bħala Pander Place, l/o San Ġiljan/Swieqi? Fiex waslu l-pjani ta' dan il-proġett u fiex jikkonsisti dan il-proġett? Kemm kienet in-nefqa għal pjanti/disinji, eċċ. fuq din il-proposta?
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq f'Ħaż-Żebbuġ li huma listed f'xi kuntratt sabiex jiġu asfaltati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol fuq it-toroq f`Ħaż-Żebbuġ li kien għaddej is-sena l-oħra spiċċa u għalhekk fil-prezent m`hemmx kuntratti ta` xogħol pendenti. S`intendi xogħolijiet oħra neċessarji f`Ħaż-Żebbug ikomplu jitwettqu din is-sena skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment u dan jekk hemm is-servizzi kollha meħtieġa fil-post.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibiltajiet hemm li f'Bienja 7, Ent.B, Triq l-Imsaġar, Ħ'Attard, jiġi stallat lift li huwa ta' bżonn għal xi numru ta' residenti?
X'inhi l-policy tad-dipartiment dwar dawn il-lifts (fejn huwa prattikabbli) fi flats tal-gvern? Kemm ġew allokati flus fl-estimi tad-djar għal dan l-iskop?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skond il-kundizzjonijiet tal-ħarġa relattiva dwar Binja 7 li deher
fil-Gazzetta tal-Gvern tat-23 ta' Awissu 1991, hemm din il-kundizzjoni:
TAL-FUKLAR ATTARD
Dawn l-appartamenti qed jinbiegħu fi stat ta' semi-shell. Huma kompluti fuq barra, inklużi twieqi, bibien prinċipali, kontra bjut u partijiet komuni. Fuq ġewwa, is-servizzi tad-dawl, ilma u drenaġġ huma pprovduti lesti. Kull entratura hija pprovduta b'bokka tal-lift imma l-lifts jiġu mixtrija mill-benefiċjarji.
8.2.99
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti x-xogħol ta' ristruttura ta' kanal għall-ilma fi Mdina Road, Żebbuġ u kif avżat fil-Gazzetta tal-Gvern tal-15 ta' Diċembru 1998, Advert No. 197?
Jista' l-Ministru jagħtina kopja tal-kuntratt u tal-kondizzjonijiet annessi miegħu li kopja tagħhom ingħatat lill-kuntrattur li ħa l-offerta?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ix-xogħol jikkonsisti f'modifikazzjoni ta' passaġġ ta' l-ilma eżistenti min-naħa għall-oħra tat-triq u li finalment jispiċċa ġo passaġġ li jagħti għall-wied ta' Ħal-Qormi.
Il-pjan huwa li jkun hemm sistema li l-ilma, li normalment jinġabar wara kull xita f'din il-parti ta' Mdina Road, ikollu mnejn jgħaddi aktar malajr u b'hekk tonqos l-inkonvenjenza li teżisti bħalissa.
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għal dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li Portes Des Bombes m'għadux floodlit? Għaliex monument bħal dan jitħalla mingħajr dawl u fuq kollox konsegwenza ta' hekk jista' jkun hemm periklu għat-traffiku?
Jista' l-Ministru jordna li jittieħdu passi sabiex jiġi nforzat id-dawl fi Triq Sindku P. Vella, Ħaż-Żebbuġ, partikolarment minn ħdejn "Camler" għall-kumplamentt ta' l-area madwar, peress li diversi familji f'din it-triq qegħdin isofru inkonvenjenzi minħabba d-dawl baxx li jista' jagħmel ħsara lill-apparat domestiku?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta qed tagħmel l-istimi neċessarji sabiex it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għaddiet flus l-Awtorita' ta' l-Ippjanar lill-Gvern minn dak li tiġbor l-istess awtorita' bħala contribution fee fuq permess ta' bini għas-snin 1993, 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ammont ta' flus li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar għaddiet lill-Gvern minn contribution fees fuq permessi ta' bini li jinġabru mill-istess Awtorita' għas-snin speċifikati mill-Onor. Interpellant kien kif ġej : -
Sena Ammont
---- ------
1993 Lm 1,183,239
1994 Lm 1,558,260
1995 Lm 1,362,969
1996 Lm 914,589
1997 Lm 1,042,731
1998 Lm 1,126,574
08.02.99
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltacom għadhiex bil-pjani tagħha għal Millenium ġdid viż bini ta' torri ta' 70 sular fl-exchange ta' San Ġiljan/Paceville?
Jekk fl-affermattiv, fiex waslu l-konsultazzjonijiet ma' l-intrapriżi li kien hemm diskussjonijiet magħhom?
X'tagħrif jista' jagħti aktar il-Ministru dwar dan il-proġett?
Kemm kienet in-nefqa ta' pjanti, disinji u marketing, li sar, inkluż il-brochure li miegħu kien hemm il-video?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3862 imwieġba fil-25 ta' Jannar, 1999 jista' l-Ministru jagħti tagħrif għaliex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ma ġietx imsejħa għal interview? X'kienu r-raġunijiet?
Response (GALEA, LOUIS)
Għadni qed nistenna t-tagħrif meħtieġ biex inkun nista' nwieġeb f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jindaga l-urġenza li tiġi asfaltata Triq Luigi Ellul f'Ħ'Attard? Din it-triq tinsab fil-prioritajiet tad-Dipartiment tat-Toroq? Meta talab lill-Kunsili Lokali ta' Ħ'Attard sabiex din it-triq tiġi asfaltata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol f`din it-triq huwa nkluż f`tender li qed tiġi aġġudikata mid-Dipartiment tat-Toroq.
B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 3557 (Seduta Nru. 51 tat-18.01.99) kif jista' jispjega l-Ministru li din id-distanza mkejla minn perit turi 147 (mija u seba' u erbgħin) metru waqt li l-uffiċjal ta' l-Enemalta qiegħed juri distanza ta' 163 metru?
Jista' l-Ministru jindika lill-Interpellant ma' min qiegħed jieħu dan il-kejl b'diskrepanza li tista' tinvolvi lill-klijent fi spejjeż żejda?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li d-distanza li għandha x'taqsam ma' l-estenzjoni tas-servizz ta' l-elettriku, li aċċenna għaliha l-Onorvoli Interpellant, tikkomprendi kemm il-linja kif ukoll is-'service cable'. Dawn id-distanzi huma ta' 149 metru u 14-il metru rispettivament.
Għaldaqstant id-distanza ta' 163 metri mogħtija fit-tweġiba għall-Mistoqsija numru 3557 hija korretta.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3445 li saret fl-14 ta' Jannar, 1999?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul l-1998, il-Korporazzjoni Enemalta impjegat 9 linesmen.
Fil-preżent hemm 5 postijiet vakanti f'dan il-grad.
Il-proċeduri sabiex jimtlew dawn il-vakanzi inbdew.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 3449 li saret fl-1 ta' Jannar, 1999?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li t-talba biex jitneħħew il-cables minn mas-sit indikat mill-Onorevoli Interpellant intlaqgħet is-sena l-oħra stess.
Il-cables reġgħu tpoġġew fil-post oriġinali tagħhom wara li tlestew ix-xogħolijiet ta' kostruzzjoni fuq l-imsemmi bini.
Ma jirriżultax li dawn il-cables joħolqu xi periklu u għalhekk il-Korporazzjoni ma tarax li hemm il-ħtieġa li jitneħħew.