Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6016 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li jattendu persuni fl-Isptar San Luqa, fl-Isptar Sir Paul Boffa, fl-Isptar Monte Carmeli, eċċ kif ukoll il-Health Centres sabiex jiġbru l-mediċini li jkunu ntitolati għalihom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li peress li ma speċifikax il-perjodu li għalih talab l-informazzjoni, ninfurmah li l-medja ta' pazjenti li jattendu kull xahar fl-ispiżeriji tal-Gvern huwa ta' 52420, li jinkludi fih dawk it-talbiet għal-mediċini permezz tas-Servizz Postali (li jlaħħaq medja ta' 6197 fix-xahar).
Leg 9 PQ #6037 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Ċivili — Ħaddiema awżiljarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħtini tagħrif dettaljat dwar fiex waslet il-ħidma tal-Ministeru tiegħu għar-rigward ta' dawk il-ħaddiema awżiljarji li setgħu ġew impjegati rregolarment xi snin ilu? Jidhirlu l-Prim Ministru li wasal iż-żmien li l-pożizzjoni tagħhom tiġi regolarizzata?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi għalkemm sar progress fir-rigward ta' ġbir ta' informazzjoni dwar il-ħaddiema nvoluti, għad jonqos xi stħarriġ li jrid isir. Dan huwa mistenni li jintemm fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #6038 Sitting 81 1999-03-29 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol li kien qiegħed isir Ħal Qormi fejn il-fabbrika tal-Lowenbrau waqaf ħesrem? Għaliex it-traffic islands ma tkomplewx u t-triq li tagħti għal area ta' Fleur-de-Lys tħalliet fi stat deplorevoli b'periklu għat-traffiku? Għaliex fil-korsa tal-wied tħalla materjal u ġebel? Meta se jitkompla x-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li: * Ix-xogħol ħdejn il-fabbrika tal-Lowenbrau għadu għaddej pero' b'workforce imnaqqsa; * It-traffic islands tan-naħa tat-triq ta' l-Erba' Qaddisin u t-triq li tgħaqqad magħha ma tkomplewx ghax: (i) Għad trid titlesta house connection tad-drenaġġ minn terzi persuni; (ii) Għad qed jiġi diskuss mar-residenti ta' l-inħawi kif l-aħjar isir xi parkeġġ pubbliku. * Ix-xogħol tat-tindif se jsir.
Leg 9 PQ #5804 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Qormi — Triq il-Proża

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5408 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista', jekk jogħġbok, tgħid meta hemm il-ħsieb li jingħataw in-numri lil bibien fid-diversi toroq ta' Ħal Qormi, partikolarment Triq il-Proża?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li għal din is-sena l-programm ta' ħidma fid-diversi lokalitajiet huwa diġa' ppjanat u jinsab miexi b'ritmu sodisfaċenti ħafna. Għalhekk hemm il-possibilita li Ħal-Qormi, li huwa wieħed mill-akbar lokalitajiet li għandna fil-pajjiż ikun inkluż fil-programm ta' xogħol għas-sena 2000.

Għajn Tuffieħa — Parking space

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 5406 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista', jekk jogħġbok, tikkonsidra b'mod spedit il-pożizzjoni ta' parking ta' karozzi fl-inħawi ta' Għajn Tuffieħa 'il fuq mill-bajja? Tikkonsidra li bi ftit landscaping jista' jinħoloq numru konsiderevoli ta' parking f'post hekk frekwentat mill-poplu Malti, partikolarment fil-Ħdud? Tikkonsidra li dan ix-xogħol jibda mill-aktar fis possibbli ħalli għax-xhur tas-sajf ma jkunx hemm dik il-konfużjoni ta' traffiku f'bajja hekk popolari?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt is-suġġeriment lid-Dipartiment tat-Toroq biex jagħmel spezzjoni fil-lokalita` u jara jagħmilx xi pjan kif issuġġerit mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #5406 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Għajn Tuffieħa — Parking space

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra b'mod spedit il-pożizzjoni ta' parking ta' karozzi fl-inħawi ta' Għajn Tuffieħa 'l fuq mill-bajja? Jikkonsidra li bi ftit landscaping jista' jinħoloq numru konsiderevoli ta' parking f'post hekk frekwentat mill-poplu Malti partikolarment fil-Ħdud? Jikkonsidra l-Ministru li dan ix-xogħol jibda mill-aktar fis ħalli għax-xhur tas-sajf ma jkunx hemm dik il-konfużjoni ta' traffiku f'bajja hekk popolari?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

MDC — Space area

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-sitwazzjoni ta' l-availability space area li għandha f'idejha l-MDC għal skop ta' ħażna jew operat industrijali? X'inhi l-pożizzjoni attwali ta' Ħal-Far vis-a-vis l-MDC? Għaliex postijiet f'Ħal Far jinsabu mitluqa u abbandunati meta jistgħu jintużaw b'mod ekonomiku aħjar? Liema minn din l-area f'Ħal Far hija taħt ir-responsabbilta' ta' l-MDC?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-availability space area tinbidel minn żmien għal żmien. 250-500 1000-1500 2000-3000 UFFIĊINI Malta 4 1 3 4 Għawdex 1 - - 3 Ser ikun hemm ukoll 38 fabbrika ta' 100 metru kwadru ġewwa Malta li ser ikunu amministrati mill-IPSE bħala Business Incubation Units. Fil-preżent l-MDC għandha wkoll numru ta' fabbriki vojta li huma allokati lill-investituri ġodda. F'xi fabbriki minn dawn qed isir xogħol ta' refurbishing biex dawn il-fabbriki jibdew joperaw. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Qasam Industrijali ta' Ħal-Far m'hemmx postijiet tal-MDC li huma abbandunati. Hemm xi postijiet vojta li huma allokati jew earmarked fejn xogħol ta' 'refurbishment' qed isir jew mistenni jibda dalwaqt mill-MDC jew mill-okkupant innifsu. Xi wħud minn dawn il-postijiet ġew lura f'idejn l-MDC wara proċeduri li ttieħdu fix-xhur li għaddew. L-MDC għandha post ġewwa Ħal Far li tużah bħala maħżen. L-area li hija amministrata mill-MDC ġewwa Ħal Far hija dik li għaddiet għand il-Korporazzjoni permezz ta' l-Avviż Legali numru 67 tal-1993.
Leg 9 PQ #5408 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Numri tal-bibien

Question

Jista' l-Ministru jinformana meta hemm il-ħsieb li jingħataw in-numri lil bibien fid-diversi toroq ta' Ħal Qormi, partikolarment Triq il-Proża?

Response (BORG, TONIO)

Is-suġġett tal-Mistoqsija jaqa' taħt il-Ministeru għall-Ambjent u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. 15.03.99
Leg 9 PQ #5409 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

BICAL

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dettaljat lill-Kamra dwar il-pożizzjoni ta' l-assi ta' l-ex-BICAL u fiex waslet il-pożizzjoni ta' dawk li għandhom l-interess fil-flus li kienu ddepożitaw? Meta se jsir xi pagament lid-depożitanti?

Response (DALLI, JOHN)

Peres li għad hemm ħafna pendenzi, f`kawżi li għad iridu jiġu deċiżi mill-Qorti, mhux possibli li għal issa jingħataw dettalji dwar il-pożizzjoni ta` l-assi tal-BICAL. Qegħdin isiru arranġamenti biex jingħata pagament lid-depożitanti matul din is-sena.

Enemalta — Xiri taż-żejt

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-agreement li għamel l-ex-chairman tal-Korporazzjoni Enemalta għax-xiri ta' żejt b'kuntratt għal sena? Il-Bord tal-Korporazzjoni Enemalta kien jaf u approva dan l-agreement? Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi salesman jew broker li rrakkmanda dan l-agreement u jekk iva, min kienet din il-persuna jew kumpannija? Kemm tħallset senserija fuq dan l-agreement u min ħadha? X'informazzjoni aktar jista'jagħti l-Ministru lill-poplu Maltin dwar dan l-agreement li se jiswa aktar minn 12m dollaru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ma' din l-informazzjoni hemm inkluża dettalji dwar 'Fixed Price', 'Floating Price' u l-ammont dovut għax-xahar ta' Frar 1999. Il-Bord kien ta l-approvazzjoni biex iċ-Chairman jinnegozjadawn il-kuntratti. L-Enemalta ttrattat ma' bank barrani dwar dawn il-kuntratti. Il-bank kien rappreżentat minn ditta ta' avukati f'Malta biex sar il-kuntratt, iżda n-negozjati dwar prezzijiet saru dirett mal-bank. Il-Korporazzjoni ma ħallset l-ebda senserija. L-ammont ta' 12-il miljun dollaru huwa maħdum fuq il-prezzijiet ta' bħalissa. Għalkemm il-ħlasijiet isiru kull xahar, l-ammont finali jkun magħruf biss meta tgħaddi s-sena kollha.
Leg 9 PQ #5296 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Żebbug - Street vendors

Question

Jista' l-Ministru jagħtina informazzjoni għaliex il-pulizija qiegħda tippermetti street vendors fi Triq Sciortino, Ħaż-Żebbuġ man-naħa ta' l-istess triq fejn joqogħdu r-residenti? Jikkonsidra l-Ministru li dan mhux qiegħed iħalli spazju għall-parking tar-residenti u fl-istess waqt qiegħed ikun ta' periklu għax-xerrejja li qegħdin ikollhom jaqsmu min-naħa għall-oħra tat-triq f'area tant traffikuża f'Ħaż-Żebbuġ? X'permess għandu l-istreet vendor li jarma ħdejn iż-zebra crossing fi Triq Sciortino kull nhar ta' Ġimgħa li mhux talli juża l-van (vettura) iżda wkoll area mdaqqsa oħra li qed tkun okkupata b'ħafna kaxxi tal-ħaxix għal għonq it-triq? Jekk dan il-venditur għandu permess, jista' l-Ministru jgħid meta nħareġ u jekk hemmx aktar applikazzjonijiet/permessi għal street vendors f'din in-naħa ta' Triq Sciortino, Ħaż-Żebbuġ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija diġa' ħadet passi dwar l-ilment li rrefera għalih l-Onor. Interpellant. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat ukoll illi, dejjem jekk qed nirreferu għall-istess persuna, din għandha permess ta' bejjiegħ fit-toroq biex tuża vettura bil-mutur għall-bejgħ ta' frott u ħxejjex u permess biex tbiegħ l-istess prodotti f'suq miftuħ, liema permessi ħarġu għal bidu ta' l-1998. Infurmat ukoll li m'hemmx permessi u lanqas applikazzjonijiet pendenti għal street vendor f'post fiss fit-triq imsemmija. 08.03.99
Leg 9 PQ #5297 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Elezzjonijiet Ġenerali — Tqassim ta' voti

Question

Jikkonsidra l-Prim Ministru li ssir emenda fil-liġi elettorali dwar it-tqassim tal-voti għal kull elezzjoni li ssir f'pajjiżna, fis-sens li l-voti ma jibqgħux jitqassmu fid-djar iżda l-persuna hekk intitolata biex tivvota tkun tista' tippreżenta l-ID Card (jew xi identifikazzjoni oħra awtorevoli) dakinhar tal-votazzjoni u tingħata lilha dak il-ħin il-vot tagħha biex taqdi d-dover tagħha ta' ċittadin?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Is-suġġeriment li għamel l-Onorevoli Membru jinħtieġ tibdil fil-liġi elettorali li jwassal għat-tneħħija tal-voting document. Ninsab infurmat li delegati tal-partiti politiċi fl-imgħoddi ltaqgħu mal-Kummissjoni Elettorali fuq dan is- suġġett li jidher li jista jintlaħaq ftehim dwaru.
Leg 9 PQ #5311 Sitting 72 1999-03-08 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriji — Buġibba

Question

B'riferenza għall-allegat każ ta' abbuż etiku kif rapportat f'gazzetta lokali riċentement minn spiżerija privata f'Buġibba, u għal fatt dikjarat li l-Medical Council ma jista' jieħu l-ebda azzjoni jekk ma jkunx hemm rapport uffiċjali, jista' l-Ministru jikkonsidra emenda b'mod urġenti fl-istatut tal-Medical Council sabiex simili bħalma hemm stipulat fil-liġi ta' l-Ombudsman jkun jista' fuq inzijattiva tiegħu jinvestiga rapporti fil-mezzi ta' komunikazzjoni soċjali jew fejn ikun hekk magħruf dwar allegat ta'abbużi etiċi fil-kamp mediku in ġenerali? Xi żviluppi kien hemm s'issa fil-każ imsemmi ta' Buġibba?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-proposta ta' l-Onor. Interpellant ġiet notata u qed tiġi kkunsidrata fid-dawl tat-tibdil li jrid isir fid-Department of Health (Constitutions) Ordinance. Nixtieq ninforma lill- Onor. Interpellant, li għadu kmieni wisq biex wieħed jikkumenta dwar l-investigazzjonijiet li qed isiru dwar dan il-każ, minħabba li dawn għadhom fl-ewwel fażi tagħhom.

Maltacom — Ex-ħaddiema tat-Telemalta

Question

Jista' l-Ministru jistħarreġ kif il-persuna ex Telemalta employee (id-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament) ilu li spiċċa mix-xogħol għal aktar minn sena u għadu ma ħax il-pensjoni tas-Servizz?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Uffiċċju tal-Personnel tal-Maltacom għadda l-informazzjoni kollha meħtieġa lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali fl-14 ta' Jannar 1998.

Paceville — Bini ta' torri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 4463?

Response (BONNICI, JOSEF)

Permezz ta' kuntratt iffirmat fl-20 ta' Ġunju 1998, Maltacom p.l.c. biegħet l-art li kellha f'San Ġiljan lill-Malta Government Investments Ltd u għaldaqstant kull proġett intiż għal dawk l-inħawi sar proprjeta' tal-Gvern Malti. Min-naħa tiegħu il-Gvern huwa marbut li jiddiskuti ma' Maltacom p.l.c. xi proġetti ntiżi fuq din l-art peress li l-kumpanija għad għandha l-Exchange ta' St. Georgeżs fuq din l-art. In kwantu għan-nefqa ta' pjanti u marketing li sar, mhux prudenti li f'dan l-istadju tingħata din l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant minħabba n-natura kummerċjali ta' l-istess informazzjoni. Madankollu minn dejjem kienet il-policy dikjarata tal-kumpanija, sa minn meta ġie mniedi l-proġett, li din in-nefqa kellu jagħmel tajjeb għaliha il-consortium li finalment jingħata l-inkarigu tal-proġett.

Maltacom — Pander Place

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 4465?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 5061.
Leg 9 PQ #4914 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Ħaż-Żebbuġ — Garaxxijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal garaxxijiet li ma ġewx mikrija fil-Blokk tal-Flats li telgħu l-aħħar mill-Awtorita' tad-Djar fi Triq Ġanni Bonnici/Triq is-Siġġiewi f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li dawn il-garaxxijiet huma proprjeta' ta' l-Awtorita' tad-Djar u għalhekk nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru tal-Politika Soċjali. 01.03.99

MIA — Tax Free Shops

Question

Jista' l-Ministru jagħtini l-ammont ta' bejgħ (sales) mit-Tax Free Shops tal-MIA għas-sena 1997, 1998 u għax-xahar ta' Jannar, 1999?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ammont ta' bejgħ mit-Tax Free Shop tal-MIA għas-sena 1997 kien ta' Lm9,021,193; għas-sena 1998 kien ta' Lm10,038,095 u matul Jannar 1999 kien ta' Lm535,162.

Awtorita' tad-Djar — Garaxxijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għaddiet garaxxijiet l-Awtorita' tad-Djar lid-Dipartiment ta' l-Art minn dawk li l-istess awtorita' bniet fi Triq Ġanni Bonnici/Triq is-Siġġiewi, f'Ħaż-Żebbuġ? Kemm ġew mikrija lill-okkupanti tal-flats?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar ma għaddiet l-ebda garaxx lid-Dipartiment tal-Art. F'dan il-proġett kien hemm 24-il garaxx li għoxrin minnhom ġew abbinati u allokati mall-appartamenti, wieħed qed jintuża bħala 'substation' u tlieta inħarġu jew ser jinħarġu għall-bejgħ b'offerti. 1.3.99
Leg 9 PQ #4962 Sitting 69 1999-03-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Monument ta' Dun Mikiel Xerri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa l-Ministru dwar il-proposta magħmula f'dan il-Parlament sabiex jiġi re-sited il-Monument ta' Dun Mikiel Xerri għal Misraħ San Ġorġ il-Belt Valletta? Min huma l-entitajiet li l-Ministru qiegħed jitlob il-parir tagħhom dwar din il-proposta? Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex mogħti time limit għall-kummenti li ntalbu? Il-Ministru rċeiva xi rakkomandazzjonijiet favorevoli apparti l-proposta oriġinali?

Response (GALEA, LOUIS)

Qiegħed nieħu interess fil-proposta permezz tad-Dipartiment tal-Mużewijiet li ġie avviċinat riċentement biex jitkellem ma' awtoritajiet oħra konċernati dwar il-proposta. Inkun f'qagħda nirrelata fid-dettal aktar tard.