Jista' l-Ministru jordna li l-kurrazzi tal-metall li hemm fil-kuriduri tal-palazz fil-Belt, Valletta jingħataw l-attenzjoni xierqa minħabba s-sadid li qiegħed jiżvolġi fihom?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu ma wasalx, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jinfetaħ National Laboratory f'Malta? Jidhirlu l-Ministru li dan il-laboratorju huwa ħtieġa nazzjonali minħabba l-istandards tal-prodotti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru tas-Servizzi Economiċi.
Jista' l-Ministru jagħti ordni sabiex is-sistema tad-drenaġġ minn Triq Batu għal Sqaq Il-Lhudi li jibqa' sejjer sa Triq l-Imdina maġenb l-iskola tad-Dorothej, titnaddaf minħabba il-blockage li jeżisti preżentament? Għaliex il-pompa tad-drenaġġ li hemm fil-viċinanza mhux taħdem?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Tlabt lid-Dipartiment konċernat biex jieħu l-passi meħtieġa. Rigward it-tieni parti, tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tat-Telegraphy huwiex konxju mill-interferenza li qiegħed ikollu r-reception tat-TV f'Malta minħabba xi ħsarat minn wieħed mill-istazzjonijiet tat-TV lokali? X'passi qiegħed jieħu dan id-dipartiment u liema ordni ġiet mogħtija lil dan l-istazzjon li jirregolarizza kemm l-apparat fuq l-antenna kif ukoll fuq apparat ieħor? Tista' kull korrispondenza fuq dan il-każ titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GALEA, ĊENSU)
Matul l-ewwel jiem ta` Mejju d-Dipartiment tat-Telegrafia mingħajr Fili daħlulu diversi ilmenti dwar interferenzi minn stazzjon tat-televiżjoni lokali.
Id-Dipartiment ħa l-passi neċessarji u ġie ikkonfermat illi l-interferenzi kienu kkaġunati minn stazzjon lokali.
L-istazzjon ikkonċernat ġie nfurmat b`dan sabiex jirranġa s-sitwazzjoni ħalli l-interferenzi jieqfu. Billi din il-materja tikkonċerna ix-xandir, ġiet infurmata ukoll l-Awtroita` tax-Xandir biex hi wkoll tieħu dawk il-passi neċessarji kemm-il darba is-sitwazzjoni ma tiġix għan-normal fl-iqsar żmien possibli.
Jien infurmat li l-Awtorita` tax-Xandir, flimkien mad-Dipartiment tat-Telegrafija minghajr Fili għadhom isegwu l-każ.
Jista' l-Ministru jordna li l-ġnien li hemm f'Horn's Ditch fejn hemm il-monument ta' Dante Alighieri jingħata attenzjoni xierqa? Tista' tissewwa x-xatba tal-ħadid li hemm fl-entratura minħabba l-abbużi li qegħdin isiru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant qed jiġi innutat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6826 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u cioe': Jista' l-Ministru jara li d-daħla quddiem il-principal gate tal-Korporazzjoni Enemalta f'Church Wharf, Marsa tiġi asfaltata kif inhu xieraq? Għaliex qegħda titħalla għadira daqshekk kbira li konsegwenza ta' hekk jinġabru għadd ta' insetti li jistgħu jkunu nfettati? X'passi se jieħu d-dipartiment b'mod spedit?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant essenzjalment huwa parti mir-responsabbilita` tal-Kunsill Lokali tal-lokal.
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jitkellem mal-Kunsill u l-Enemalta sabiex tinstab soluzzjoni għal dan l-ilment.
Jikkonsidra l-Ministru li l-mediċina Baclofen tiġi kkonsidrata mill-Kumitat Drugs & Therapeutics Committee għal dawk li jista' jkollhom bżonn din il-mediċina minħabba li jkunu qed ibatu min Cerebral palsy? Kemm inxtrat minn din il-mediċina minn Ottubru 1998 sal-lum u kemm-il pazjent kien intitolat għaliha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-mediċina lioresal (Baclofen) qeda fil-formularju, ma jkunx hemm il-bżonn li tiġi approvata mid-DTC għal dawk il-pazjenti l jkunu ntitolati għaliha bla ħlas.
Mediċina Inxtara mid-Dipartiment Inħareġ lill-pazjenti
(1.10.98 sa llum) (1.10.98 sa llum)
------------------------------------------- ---------------------------
Pilloli lioresal 10mg 114,000 53,500
Pilloli lioresal 25mg xejn 7,180
Jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li s-Cerebral Palsy (General Spasticity) tiġi nkluża fil-lista ta' mard li dawk li jsofru minn din il-marda jkunu intitolati għal Schedule V?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-kundizzjoni magħrufa bħala Cerebral Palsy hija koperta bl-Artiklu 27 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) għal għoti ta' Pensjoni lil persuna li tkun qed tbati b'din id-Diżabilita'. Dan ifisser li persuna li tkun qed tieħu din il-Pensjoni, jew tifel jew tifla li jkun qed jieħu l-Allowance tat-Tfal b'Diżabilita' minħabba l-istess kundizzjoni, huma intitolati f'isimhom għal mediċini b'xejn. Għaldaqstant ma tinħassx il-ħtieġa li din il-kundizzjoni tiġi nkluża fil-Ħames Skeda tal-Liġi.
17.5.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija mill-Ministeru u mid-Dipartiment ta' l-Ambjent li qegħdin jintużaw mill-ħaddiema? F'liema grad huma dawn il-ħaddiema? Minn fejn qegħdin jiġu mikrija dawn il-karozzi u b'liema prezz kull ġurnata? Min qiegħed jagħmel użu minn dawn il-karozzi huwa allokat lilu l-permess li jużahom ukoll fil-Ħdud u l-festi jew fil-ġranet "off" ta' l-individwu? Kemm jammonta l-konsum u l-prezz tal-petrol/diesel lil dawn il-karozzi fl-aħħar erba' xhur?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li fid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent hemm dawn il-karozzi mikrija kif ġej:
KAROZZA MIN JUŻAHA KUNTRATTUR RATA PETROL UŻAT LITRI
Lm Lm
KAP 702 V Gauci Butterfly
Garage 3.85 240 727
BAH 219 Protected
Area Sec. '' 3.70 163 439
BAH 429 '' ,, 3.70 136 412
FBK 109 Biodiversity
Section ,, 3.70 150 454
EAK 397 '' '' 3.70 140 424
AAK 848 Waste Managment
Section '' 3.85 178 539
AAK 821 Communication
Section '' 3.70 163 493
AAK 967 Administration
Section '' 3.85 190 575
AAK 864 '' '' 3.85 178 539
FBK 112 Pollution Sec. '' 3.70 121 366
CAK 320 '' '' 3.70 84 254
BAH 589 '' '' 3.70 98 296
BBD 372 '' '' 3.70 100 303
CAA 043 Air Monitory
Van Duty '' 7.50 70 212
EAK 398 Oil Module '' 3.70 105 318
Section
PAK 441 Countryside '' 3.85 191 578
Section
'' 3.85 118 357
* Il-karozzi kollha ħlief għall-KAP 702 li hija użata biss mill-Assistent Direttur, huma għad-disposizzjoni tas-sezzjoni rispettiva u għalhekk kull karozza ħlief dik imsemmija tista' tintuza minn aktar minn persuna waħda.
L-uffiċjali li qed juzaw dawn il-vetturi huma obbligati li jinżlu għax-xogħol f'kull ħin anke fil-Ħdud u l-festi.
Fil-Ministeru u d-Dipartiment ta' l-Ambjent (Taqsima Xogħlijiet) hemm 52 karozza mikrija, u jintużaw mid-diversi sezzjonijiet kif ukoll minn dawk li huma ntitolati li jkollhom karozza skond il-kuntratt jew ftehim, bħalma huma d-Diretturi, l-Periti u l-Inġiniera. Il-karozzi huma mikrija skond żewġ kuntratti li ntrebħu minn Pyramid Enterprises Ltd bir-rata ta' Lm5.75, u Swift Rent-a-Car bir-rata ta' Lm4.24 (Vat inkluża) kulljum. Apparti d-Diretturi u l-Periti u l-Inġiniera li għandhom permess jużawhom f'kull ġurnata tal-ġimgħa billi dawn għandhom massimu ta' petrol allokat kull xahar, l-ebda ħaddiem ma jista' juża l-karozza jekk mhux għal xogħol uffiċjali irrispettivament il-Ħdud u l-festi.
Il-konsum tal-petrol f'dawn l-aħħar erba' xhur (Jannar/April 1999) kien jammonta għal 24,787 litru jew Lm8,055.775.
B'riferenza għar-risposta li tani l-Ministru għall-mistoqsija parlamentari numru 6561 dwar tfigħ ta' liquid manure, jista' l-Ministru jinvestiga l-permess (li kopja tiegħu qed tintbagħat separatament) mogħti mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura fejn qiegħed jawtorizza dan ir-rimi ta' demel likwidu ġewwa drenaġġ f'Wied it-Troll, Ħaż-Żebbuġ, fejn dan sikwit qiegħed jinstadd? X'passi se jieħu l-Ministru u jekk kienx hemm awtorizzazzjoni mid-Dipartiment tad-Drenaġġ biex ħarġu dawn il-permessi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Dan il-każ qed jiġi investigat u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi li rebħu (ġew awarded) it-tender għal xogħlijiet tat-tqegħid ta' secondary cable tal-Maltacom f'diversi lokalitajiet f'Malta? Jista' l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet taħt din it-tender? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex qiegħed jingħata xogħol taħt din it-tender?
Jista' l-Ministru jikkonsidra mill-ġdid il-permess tal-pulizija B/172/90 - TL/F 65/90 ta' lokalita' f'Ħaż-Żebbuġ fejn dan il-permess jagħti l-fakulta' li jinżamm żfin bejn is-6.00 p.m. u 12.00 p.m. minħabba l-fatt li mindu ħareġ dan il-permess l-area ta' din il-lokalita' żdiedet fil-popolazzjoni b'konsegwenza li l-ħin qiegħed jeċċedi nofs il-lejl b'detriment għar-residenti? Għaliex postijiet oħra simili għandhom ħin stabbilit sal-11.00 p.m. u dan il-permess jasal sa 12.00 p.m.?
Response (BORG, TONIO)
Skond l-Avviz Legali 18 ta` l-1991 kull persuna interessata tista` tikkontesta kull liċenzja ta` negozju billi tirreferi l-ilmenti jew oġġezzjonijiet tagħha lill-Bord tal-Pariri dwar Liċenzji tal-Pulizija. Dan il-bord imbagħad jisma kemm l-ilmenti ta` min ikun qed jikkontesta il-liċenzja kif ukoll tas-sidien u jagħti l-pariri tiegħu lill-Kummissarju tal-Pulizija kif jidhirlu xieraq.
10.05.99 (a.m.)
Jista' l-Ministru jara li d-daħla quddiem il-principal gate tal-Korporazzjoni Enemalta f'Church Wharf, Marsa tiġi asfaltata kif inhu xieraq? Għaliex qegħda titħalla għadira daqshekk kbira li konsegwenza ta' hekk jinġabru għadd ta' insetti li jistgħu jkunu nfettati? X'passi se jieħu d-dipartiment b'mod spedit?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilha magħluqa s-sala fil-Museum of Fine Arts fejn hemm esebiti xogħlijiet imħollija lill-poplu Malti mill-iskultur Antonio Sciortino? X'passi qegħdin jittieħdu biex b'mod spedit jitneħħa kull ostaklu jew ħsara f'din il-kamra ħalli terġa' tinfetaħ għal pubbliku?
Jikkonsidra li għandhom jittieħdu kull prekawzjonijiet kontra xi ħsara li tista' ssir lil dawn l-opri ta' l-arti? Jikkonsidra l-Ministru li sakemm din il-kamra tiġi rranġata l-esebizzjoni titqiegħed x'imkien ieħor?
Response (GALEA, LOUIS)
Minħabba n-nuqqas ta' żmien, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-postijiet arkeoloġiċi u ta' natura storika li preżentement huma magħluqa għal pubbliku? X'inhi r-raġuni għal kull post partikolari?
X'inizjattivi qiegħed jieħu l-Ministru flimkien mad-Dipartiment tal-Mużewijiet sabiex dawn il-postijiet jerġgħu jinfetħu għal pubbliku?
Response (GALEA, LOUIS)
Minħabba n-nuqqas ta' żmien, l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti lill-Kamra tagħrif dwar Villa Preziosi f'Ħal Lija/Ħal Balzan li tħalliet lill-Gvern xi snin ilu? Min qiegħed il-kustodju ta' din id-dar? X'passi qed jittieħdu sabiex dar karatteristika bħal din ma tiġix mitluqa u abbandunata b'konsegwenza ta' telf ta' wirt arkitettoniku ta' pajjiżna?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Naħseb li l-Onorevoli Membru qed jirreferi għal Villa Francia u għalhekk nitolbu jara t-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 6040 fis-26 t'April 1999.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Water Services Corporation hijiex konxja mit-tfigħ ta' liquid manure ġewwa l-manholes ta' drenaġġ li hawn fil-Wied tat-Troll f'Ħaż-Żebbuġ?
Taf il-Water Services Corporation li dan l-ammont ta' liquid manure jista' jkun qiegħed imur fl-aquifer partikolarment meta persuni rresponsabbli qegħdin jitfgħu dan il-materjal għal għonq il-Wied?
X'koperazzjoni teżisti bejn il-Water Services Corporation u l-Ministeru għall-Ambjent dwar din il-materja ta' kontaminazzjoni?
Jista' l-Ministru jordna stħarriġ dettaljat dwar it-tfigħ ta' unauthorised liquid manure fil-manholes tad-drenaġġ li hemm fil-Wied tat-Troll Ħaż-Żebbuġ?
Jista' l-Ministru jissiġilla dawn il-manholes minn ġewwa b'tali manjiera li minn jiftaħ it-tappiera jsib għatu ieħor minn ġewwa li ma jkunx jista' jiġi tampered?
Jista' l-Ministru jara li jsir sinjal bil-miktub f'dan il-post li jgħid speċifikament li l-ebda tfigħ ta' materjal ma' jista jintefa' fis-sistema tad-drenaġġ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ qiegħed ikollu spiss problemi minħabba materjal mhux awtorizzat, bħal per eżempju tiben, li qiegħed isib ruħu fis-sistema tad-drenaġġ, li probabbilment qiegħed jintefa' minn bowsers privati. Mhux rakkomandat li jiġu ssiġġillati l-manholes għax inkella ma jkunx jista' jsir 'maintenance' u tindif tas-sewer. L-operaturi tal-bowsers kollha suppost jafu fejn huma s-'sewage disposal points' u kull min ma joqgħodx ma' dawn għandu jiġi mħarrek mill-uffiċjali tas-sanita' u l-pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadet il-Pulizija ta' Ħaż-Żebbuġ għar-rapporti li kellha dwar tfiegħ ta' liquid manure fil-manholes tad-drenaġġ fil-Wied tat-Troll, Ħaż-Żebbuġ? Jista' l-Ministru jordna sorveljanza stretta sabiex ma tħalliex tfiegħ ta' dan il-materjal minn persuni irresponsabbli?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi wara li l-Pulizija kellha dawn ir-rapporti bdiet tinvestiga, filwaqt li qed issir ronda fuq il-post sabiex ikunu evitati l-abbużi li jista` jkun hemm.
03.05.99 (a.m.)