Legislature:
Category:
Reset
Active:

Servizz Pubbliku — Ħaddiema Awżiljarji

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fiex waslu l-konsultazzjonijiet ma' l-MPO dwar il-każ tal-ħaddiema awżiljarji għar-rigward ta' l-impjieg permanenti fis-Servizz Pubbliku? Jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li din hija materja urġenti minħabba l-fatt li dawn l-impjegati, waqt li qegħdin jagħmlu l-istess xogħol, qegħdin jitħallsu ferm inqas mill-ħaddiema sħabhom li qegħdin fuq bażi permanenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-Tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 7780. 30.06.99
Leg 9 PQ #8264 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Siġġiewi - Bienja Ħesri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru allokazzjonijiet bl-offerti mid-Dipartiment ta' l-Art fuq il-garaxxijiet li kienu available f'Binja Ħesri fis-Siġġiewi għal skopijiet ta' ħwienet? Kemm kienet il-kera għal kull allokazzjoni?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li saru erba` allokazzjonijiet bl-offerti mid-Dipartiment ta' l-Art fuq il-garaxxijiet f'Binja Ħesri fis-Siġġiewi u li l-kirjiet kienu ta' Lm180, Lm230, Lm232, Lm160.

Vetturi impressed

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li każijiet ta' vetturi impressed fid-diversi dipartimenti jiġu regolarizzati fuq impjieg regolari mal-gvern?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Membru li riċeviment il-Prim Ministru approva l-ħatra ta' 'working team', li għandu jitmexxa mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħi li ġie nkarigat sabiex jevalwa fid-dettal l-implikazzjonijiet kemm ta' din il-miżura kif ukoll ta' miżura oħra mħabbra fil-Programm Elettorali ta' din l-Amministrazzjoni, jiġifieri l-impjieg fuq bażi regolari ta' dawk l-impjegati tal-Gvern li għal żmien twil kienu qed jaħdmu fuq bażi każwali. 30.06.99
Leg 9 PQ #8266 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Taxpayers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru totali ta' taxpayers irreġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni li jaqgħu taħt il-kategoriji ta' azjendi jew entitajiet kummerċjali (a) f'Malta u (b) f'Għawdex?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` taxpayers li jaqgħu taħt il-kategoriji ta` ażjendi jew entitajiet kummerċjali huwa ta`: a. 22,177 b`uffiċċju reġistrat f`Malta; u b. 526 b`uffiċċju reġistrat f`Għawdex.
Leg 9 PQ #8316 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PBS — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' arretrati li għandha tieħu l-PBS għal-liċenzji tat-TV mhux imħallsin? X'passi qiegħda tieħu l-PBS biex tiġbor dawn l-arretrati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammont ta' arretrati li għandha tieħu l-PBS għal-liċenzi tat-TV huwa ta' 1.6 miljun lira. Dan l-ammont jinkludi ħlasijiet li qegħdin jintalbu f'dan il-mument. Il-PBS regolarment tieħu l-passi neċessarji biex jinġabru dawn l-arretrati. Dawn huma: * Il-ħruġ ta' kontijiet imsieħba minn avviżi fil-ġurnali, ir-radju u t-TV, il-Gwida, l-Internet u s-servizz tat- Teletext. * Tfakkar lil dak li jkun permezz ta' ittri u telefonati * Jintbagħtu tlitt ittri differenti lil kull persuna li jkollha dawn l-arretrati. Kull ittra hija differenti u waħda iktar iebsa mill-oħra. Il-Bord tal-PBS qed jikkonsidra x'miżuri oħra jista' jieħu dwar din il-problema.
Leg 9 PQ #8054 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Training fuq id-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li d-Dipartiment tas-Saħħa mhux qiegħed jagħti permess sabiex id-Dipartiment tad-Dwana jkollu ammont ta' droga għal skop ta' trainng għal klieb mgħallma biex jiddenfikaw droga? Kemm ilha sejra din il-kwestjoni? X'inhuma r-raġunijiet li qiegħed iġib id-dipartiment minħabba dan ir-rifjut?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tad-Dwana irid jissoddisfa ċerti kriterji skond il-liġi u li sa` llum ma kienx f`pożżizjoni li jsegwihom. Dan il-każ ukoll tressaq quddiem il-kunsill tas-Saħħa għad-deċiżjoni tiegħu. L-applikazzjoni li għamel id-Dipartiment tad-Dwana fuq din il-materja saret madwar sentejn ilu.
Leg 9 PQ #8055 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tad-Dwana — Klieb - Droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' klieb li għandu d-Dipartiment tad-Dwana għal identifikazzjoni tad-droga? Minn fejn ġew importati dawn il-klieb? Kemm-il ġurnata ta' training ħadu mill-ġurnata li ġew irrapportati?

Response (DALLI, JOHN)

Id-Dipartiment għandu ħdax il-kelb għad-dispożizzjoni tiegħu. Sitta minn dawn il-klieb diġa jaħdmu fil-qasam tat-tfittix tad-droga. Il-ħamsa l-oħra qed jistennew li d-dipartiment jiġi fornut bid-droga biex ikun jista` jagħti t-taħriġ bażiku lil dawn il-klieb. Ma naħsibx li hu fl-interess pubbliku li jingħataw dettalji kif mitluba fil-bqija tad-domanda. Il-klieb li diġa huma ittrenjati jattendu għal taħriġ kontinwu (continuation training), darbtejn jew tlett darbiet fil-ġimgħa. Barra minn hekk dawn il-klieb flimkien mal-`handlers` tagħhom jattendu għal `refresher course` ta` gimgħatejn, kull sitt xhur. Il-klieb li għadhom mhux jaħdmu għadhom ma natawx il-kors bażiku tagħhom minħabba li d-dipartiment m`għandux id-drogi msemmija aktar il-quddiem. Ta` min isemmi li għalkemm qed isir taħriġ kontinwi f`dan il-qasam, dan mhux qed ikun effettiv kemm mixtieq minħabba li s-Sezzjoni tal-klieb tad-Dwana għadu qed jistenna bil ħerqa ammonti sostanzjali ta` drogi biex ikun jista jwettaq dan ix-xogħol daqsekk delikat.

Impjiegi — Paternity leave

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar jekk mara li tieħu sena maternity leave (on unpaid leave) hijiex intitolata li tħallas in-NI ta' matul dan iż-żmien hija stess jew inkella fin-NI tiġix kreditata lilha mill-employer?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nippreżumi li l-Onor. Membru qed jirreferi għall-persuni li jkunu qegħdin "on parental leave" bla ħlas u li ma jkunux qed jaħdmu. F'dan il-każ, il-persuna kkonċernata la hija ntitolata li tħallas kontribuzzjonijiet tas-Sigurta' Soċjali u lanqas ma hija ntitolata għall-kreditu ta' kontribuzzjonijiet. 14.6.99

Dipartiment tat-Telegrafija — Reception tat-TV

Question

B'riferenza għall-mistoqija parlamentari numru 7370, id-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr fili huwa sodisfatt li fil-pajjiż kollu m'hemmx preżentement interferenza fuq it-TVs minn xi stazzjonijiet televiżivi li għandhom antenna ma' l-arblu tan-Naxxar, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull talba li rċieva d-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr fili minn Jannar sal-31 ta' Mejju, 1999 fis-sens mil-liema raħal u belt f'Malta u f'Għawdex? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji ta' l-ismijiet, dati, ħinijiet u raġuni li ġew recorded mis-security guard ta' l-awtorita' li jkun hemm għassa fejn l-arblu tan-Naxxar, minn Jannar sal-31 ta' Mejju, 1999?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li fit-2 ta` Ġunju 1999, tekniċi mid-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili marru jinvestigaw numru ta` lmenti li rċieva l-istess Dipartiment biex jikkonfermaw jekk kienx hemm interferenzi. Minn dawn l-investigazzjonijiet jirriżulta li ma dehret jew instemgħet ebda interferenza fuq it-TVs minn stazzjonijiet televiżivi li għandhom antenna ma l-arblu tal-Għargħur. Barra minn hekk il-maġġoranza tan-nies li aktar qabel ilmentaw mad-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili stqarrew li issa ma kienux qegħdin ikollhom interferenza. Jien infurmat ukoll li minn Jannar sa l-aħħar ta` Mejju, d-Dipartiment kien irċieva dawn l-ilmenti: Mosta 22 Paola 2 Qormi 7 Hamrun 1 Zebbuġ 2 Gzira 2 Ta` Xbiex 1 B`Kara 4 Sta Venera 4 Naxxar 10 Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li din l-informazzjoni ma tinġabarx mid-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili.
Leg 9 PQ #7385 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Manholes ta' Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6560?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta` l-Ilma taqbel li abbuż bħal dak imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jista` jikkontamina l-aquifer u għaldaqstant qed tinvestiga dan l-ilment. Infatti uffiċjali tal-Korporazzjoni regolarment jagħmlu spezzjonijiet fil-Wied tat-Troll u Wied il-Baqqija f`Haż-Żebbuġ. Il-Korporazzjoni kontinwament tikkopera mill-qrib mal-Ministeru għall-Ambjent u l-Awtorita` ta` l-Ippjanar sabiex l-operat ta` stabbilimenti bħalma huma rziezet u garaxxijiet jkunu konformi mal-liġijiet sanitarji u ma jagħtux lok għal tniġġiż.
Leg 9 PQ #7386 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet — Postijiet Arkeoloġiċi u storiċi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6599?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-siti arkejoloġiċi kkurati mid-Dipartiment tal-Mużewijiet li preżentement m'humiex miftuħa għall-pubbliku fuq bażi regolari huma dawn: Tempju ta' Ħaġrat u tempju ta' Skorba, fl-Imġarr, Malta. Minħabba d-domanda żgħira kif ukoll in-nuqqas ta spazju biex wieħed jintroduċi faċilitajiet mingħajr ma jagħmel impatt negattiv fuq dawn is-siti, dawn it-tempji jinfetħu biss b'arranġament mad-Dipartiment tal-Mużewijiet. Fil-fatt arranġamenti bħal dawn qegħdin isiru aktar spissi, u saru wkoll sensiela ta' żjarat bħala parti mill-programm ta' ħarġiet kulturali organizzati mid-Dipartiment tal-Kultura, li huma immirati prinċipalment lejn il-Maltin. Katakombi tal-Mintna, Mqabba. Dawn il-katakombi, li kienu ilhom magħluqa għal żmien twil, reċentement infetħu fl-ewwel ħadd ta' erba' xhur konsekuttivi f'kollaborazzjoni sħieħa mal-Kunsill Lokali ta' l-Imqabba. Tempju ta' Kordin. Dan it-tempju wkoll kien sa ftit ilu jinfetaħ biss b'arranġament mad-Dipartiment tal-Mużewijiet. Reċentement pero`, sabiex ikun jista' jitgawda dejjem aktar, speċjalment minn nies li jgħixu fil-lokalitajiet madwar dan is-sit, inbdiet kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni Wirt Artna, li qegħda tikkura l-post u tiftħu għall-pubbliku darba fix-xahar fuq bażi esperimentali. L-Ipoġew ta' Ħal Saflieni. Hawnhekk proġett estensiv ta' restawr issa wasal fl-aħħar fażijiet tiegħu. It-tibdil tal-katusi ta' l-ilma u tad-drenaġġ fit-toroq kollha madwar dan is-sit tlesta' reċentement, u diġa' qegħdin jidhru effetti pożittivi ħafna ġewwa l-Ipoġew. Id-Dipartiment tal-Mużewijiet qiegħed jagħmel ħiltu kollha sabiex dan is-sit jinfetaħ mill-aktar fis-possibbli. Is-Santwarju ta' Ġuno, tas-Silġ. Dan is-sit fil-preżent ma jistax jinfetaħ għall-pubbliku minħabba l-ħsara kbira li ssir lis-sit meta jirfsu n-nies fuqu. Bħalissa, pero`, qegħdin isiru sforzi biex tinġieb għajnuna finanzjarja u teknika mill-Gvern Taljan sabiex wieħed ikompli jibni fuq ix-xogħol siewi li sar mill-Missjoni Arkejoloġika Taljana mis-snin sittin, bil-għan li dan is-sit jiġi preżentat għall-pubbliku b'mod li ma jagħmilx ħsara. Villa Rumana, San Pawl Milqgħi. Bħalissa qiegħed isir xogħol ta' manutenzjoni u diserbazzjoni fuq dan is-sit. Meta jkun hemm l-istaff meħtieġ, dan is-sit għandu jerġa' jibda jinfetaħ ta' l-anqas ġurnata fil-ġimgħa. Villa u Ċisterna Rumana ta' Kaċċatura, limiti ta' Birżebbuġa. Fil-preżent dan is-sit għandu aċċess diffiċli ħafna. Huwa proġettat li fl-2001 isir proġett ta' titjib fl-aċċess u fil-preżentazzjoni ta' dan is-sit. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra studju qasir dwar uħud mill-problemi li qegħdin jaffetwaw dan is-sit fil-preżent, u kif jistgħu jiġu solvuti. Ċirku tax-Xagħra, Għawdex. Dan is-sit għadu qiegħed jiġi skavat, u għalhekk għadu mhuwiex preżentat għall-pubbliku għal raġunijiet ta' sigurta`, tas-sit kif ukoll tal-viżitatur. Ħarġa ta' Sansuna, fix-Xagħra, Għawdex. Dan is-sit mhux qed jinfetaħ għall-pubbliku, pero` jista' jitgawda minn barra r-reċint. Possibilta` għall-futur hi li jinħoloq reċint ġdid li jippermetti li dan is-sit jitgawda aħjar minn barra.
Leg 9 PQ #7387 Sitting 111 1999-05-31 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużewijiet — Mużew tal-Fine Arts - Sala

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6598?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sala fejn ikunu esibiti l-iskulturi ta' Antonio Sciortino kellha tingħalaq f'Awissu 1998 fuq parir tal-perit wara indaġini li saret fuq is-saqaf u l-ħitan ta' din is-sala, li nstabu f'qagħda perikoluża. L-iskulturi ġew mill-ewwel merfugħin fil-Mużew stess, għalkemm diversi skulturi għadhom esibiti fi swali differenti tal-mużew. Il-pjanijiet preżenti huma li din is-sala terġa' tinbena mill-ġdid billi l-ħsara ma setgħetx tiġi rranġata. Hemm l-idea wkoll li x-xogħol kollu ta' Antonio Sciortino jittieħed fil-Mużew ta' l-Arti Moderna li qed jiġi ppreparat fil-palazz li jmiss mal-Mużew ta' l-Arti. Ġejt assigurat li l-Mużew ta' l-Arti qed jieħu l-miżuri kollha biex l-iskulturi ta' Antonio Sciortino jkunu konservati u merfugħa f'post biex tkun assigurata konservazzjoni sħiħa. Il-parir hu li ma tkunx idea f'lokha li l-iskulturi ta' Antonio Sciortino jiġu separati mill-bqija tal-kollezzjoni nazzjonali li tagħha jagħmlu parti intima.
Leg 9 PQ #7337 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Raħal Ġdid — Ipoġew

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-pożizzjoni tal-Mużew Hypogeum f'Raħal Ġdid? Huwa veru li dan il-lok arkeoloġiku ta' fama internazzjonali jinsab fi stat ta' ħsara irreparabbli? Min huwa nkarigat minn dan ix-xogħol li ilu sejjer għal dawn l-aħħar sitt snin? Jikkonsidra l-Ministru li jagħmel stqarrija lin-nazzjon f'dan il-Parlament dwar il-pożizzjoni attwali?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7360 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zebbuġ — Triq Sindku P. Vella - Dawl

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4379, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni dettaljata dwar x'passi ttieħdu sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li diġa` inbeda xogħol ta` rinfurzar tas-sistema ta` vultaġġ baxx u twaħħlu l-brackets biex ikunu jistgħu jgħaddu l-linji minn fuqhom. Ix-xogħol ta` dawn il-linji għandu jitlesta fi żmien qasir sabiex b`hekk titlesta l-ewwel fażi tal-proġett. Barra minn hekk huwa ppjanat li jitpoġġa feeder ġdid sabiex ikun hemm soluzzjoni finali għall-problema ta` vultaġġ baxx.
Leg 9 PQ #7367 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Zebbuġ — Tfigħ ta' liquid manure

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6727?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma ħareġ ebda permess minn naħa tad-Discharge Permit Unit tad-Dipartiment tad-Drenaġġ biex jintefa' rimi fil-post imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari, jiġifieri Wied tat-Troll, Żebbuġ u dan il-post ma hux post uffiċjali fejn jintrema rimi. Il-bowsers huma reġistrati mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Qed isir studju biex jinstab post alternattiv bħala post fejn isir ir-rimi. Id-Dipartiment tad-Drenaġġ ma hux responsabbli mill-permessi irregolari li joħorġu mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura. Fil-futur hu propost li jitwaħħlu tabelli u jiġi numerati dawk is-siti fejn isir ir-rimi. Għandu jiġi publikat ktejjeb b'dawn is-siti u dan il-ktieb jitqassam lill-Kunsilli Lokali, lill-Kummissarju tal-Pulizija, lill-Agrikoltura, u s-Sanita' biex dawn jieħdu azzjoni immedjata jekk isir rimi f'postijiet mhux awtorizzati.
Leg 9 PQ #7368 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Xogħlijiet ta' secondary cable

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6795?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-kuntrattur li ingħata t-tender għal xogħolijiet ta` tqegħid ta` secondary cable tal-Maltacom hu Fenech Bros & Sons Ltd. S`issa saru 22 biċċa xogħol f`20 lokalita`.
Leg 9 PQ #7369 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kuriduri tal-Palazz — Manutenzjoni ta' kurazzi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6942?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Dipartiment tat-Telegrafija — Reception tat-TV

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6893, jista' l-Ministru jagħti fid-dettal x'kien l-eżitu tar-riżultat ta' l-istħarriġ li sar mill-Awtorita' tax-Xandir u mid-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili? L-istazzjon televiżiv in kwestjoni rrimedja s-sitwazzjoni għas-sodisfazzjon ta' l-entitajiet konċernati? L-aċċess għall-antenna huwa ssiġillat għal kull stazzjon televiżiv li qiegħed jagħmel użu mill-antenna tan-Naxxar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li wara li d-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili baqa` jsegwi l-każ, innota li l-interferenzi waqfu f`daqqa fit-12 ta` Mejju. Dan ġie kkonfermat fl-14 ta` Mejju meta rappreżentanti ta` l-Awtorita` tax-Xandir u tad-Dipartiment flimkien ma` rappreżentant ta` l-istazzjon għamlu spezzjonijiet fuq il-post fejn hemm l-apparat tat-trasmissjoni. Filwaqt li d-Dipartiment kien ċert illi l-interferenzi kienu kkaġunati mit-transmitter, it-tekniku ta` l-istazzjon televiżiv ikkonnċernat, meta ġie mistoqsi, qal li huma m`għamlu xejn fuq l-apparat. L-arblu tal-Għargħur huwa taħt il-kontroll ta` l-Awtorita` tax-Xandir. Persuni tekniċi nominati mill-operaturi ta` l-istazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni għandhom aċċess għat-tagħmir ta` l-istazjon ikknċernat. Dettalji ta` l-ismijiet, dati, ħinijiet u r-raġuni ta` żjara jiġu nnotati mis-Security Guard ta` l-Awtorita`.
Leg 9 PQ #7014 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Saħħa — National Laboratory

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6943 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u cioe': Jista' jgħid meta hemm il-ħsieb li jinfetaħ Natioanl Laboratory f'Malta? Jidhirlu l-Ministru li dan il-laboratorju huwa ta' ħtieġa nazzjonali minħabba l-istandards tal-prodotti?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-amministrazzjoni preżenti temmen bi sħiħ li biex pajjiżna jkun jista` jimxi `l quddiem fil-qasam ta` l-industrijalizazzjoni, huwa meħtieġ li jkollna laboratorju nazzjonali li jkun attrezzat b`tali mod li jkun jista` jaqdi l-ħtiġijiet mhux biss tas-settur governattiv iżda ukoll dak privat. Għal dan il-għan bħalissa għaddej il-proċess biex jitwaqqaf dan il-laboratorju li ser ikun f` pozizzjoni li jipprovdi r-riżultati meħtieġa biex jogħla l-istandard tal-prodotti lokali fis-suq u fl-istess ħin l-industrija ta` pajjiżna jkollha l-faċilita` fejn tagħmel it-testijiet meħtieġa biex il-prodotti jkunu jistgħu jinbiegħu barra pajjiżna. Dan il-laboratorju, li ser jitwaqqaf bl-għajnuna ta` l-Unjoni Ewropea, mistenni jibda jiffunzjona fix-xhur li ġejjien.
Leg 9 PQ #6941 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Bankini — Ġarr ta' ramel

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qiegħed jinġarr ramel mill-bajjiet f'Malta biex jitqiegħdu s-slabs fuq il-bankini? Minn fejn qiegħed jittieħed dan ir-ramel (liema bajja)? Hemm kontroll fuq il-kwantita' li tinġarr? Jidhirlu l-Ministru li ġarr ta' ramel huwa kkonsidrat ħsara ekoloġika?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li waqt li qiegħed isir xogħol ta' 'embellishment' fi Pretty Bay, B'Buġia, kien hemm xi ftit ramel żejjed, u dan tneħħa u ntuża trakk ramel għall-paviment tal-bankini fiż-Żonqor Area, Marsascala u tliet trakkijiet ramel oħra ntużaw mid-Dipartiment tad-Distretti.