Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #10716 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Ħaddiema awżiljarji

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar il-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema awżiljarji li għadhom jaħdmu bħala casuals fis-Servizz Pubbliku?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

F'dan l-istadju m'għandix aktar x'inżid ma dak li għidt bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2699
Leg 9 PQ #10767 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Tneħħija ta' wires

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10642 ir-rapport tal-Perit privat li kien mehmuż ma' l-interpellanza fejn juri teknikament il-ħsara fir-residenza privata ġie vverifikat minn persuna mhux kwalifikata sabiex tagħmel l-istħarriġ tekniku fil-bini? Ġaladarba l-Perit tal-korporazzjoni għandu jagħmel l-investigazzjoni aktar profonda dan il-perit għamel spezzjoni fuq ir-residenza konċernata? Xi tfisser "aktar profonda" mill-perit?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-każ imsemmi mill-Onorevoli Interpellant diġa ġie investigat minn uffiċjali tal-Korporazzjoni Enemalta fejn 'prima facie' ma jirriżultax li l-apparat stallat mill-Enemalta qiegħed jikkawża xi ħsara. Il-konsulent ta' l-Enemalta nnota wkoll li s-sid tad-dar mhux qiegħed jitlob xi kumpens, lanqas mhu qed jitlob li jitneħħa l-wall bracket, iżda qed jitlob biss li jitneħħa s-supply cable lill-proprjeta fuq in-naħa l-oħra tat-triq. Il-Korporazzjoni qed tinvestiga jekk din it-talba tistax tiġi milqugħa.
Leg 9 PQ #10768 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Portes des Bombes

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 10599 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista'l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li kien sar fuq l-istat tal-bini tal-Portes des Bombes? Hemm xi ħsieb li r-rapport jekk qiegħed jirrakkmanda li dan il-bini jiġi restawrat meta sejjer jitwettaq ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li għalkemm ir-restawr ta' Portes des Bombes huwa mniżżel bħala wieħed mill-proġetti li għad iridu jsiru s'issa għadu ma sar l-ebda rapport dwar dan.
Leg 9 PQ #10599 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Portes des Bombes

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li kien sar fuq l-istat tal-bini tal-Portes des Bombes? Hemm xi ħsieb li r-rapport jekk qiegħed jirrakkomanda li dan il-bini jiġi restawrat meta sejjer jitwettaq ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministeru għall-Ambjent.
Leg 9 PQ #10642 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Tneħħija ta' wires

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li għall-ittra li qiegħda tintbagħat separatament il-persuna għadha ma kellhiex r-rispons rikjest fl-ittra? Għaliex wara dikjarazzjoni mill-perit li qiegħda ssir ħsara fil-binja, il-Enemalta injorat għal kollox din it-talba u l-wires baqgħu ma tneħħewx? Meta sejjer jitwettaq ix-xogħol?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn investigazzjonijiet preliminari li għamlet il-Korporazzjoni Enemalta ma jirriżultax li hemm xogħol li mhux skond is-sengħa u li qiegħed jikkawża xi ħsara. Madankollu l-perit tal-Korporazzjoni għandu jagħmel investigazzjoni aktar profonda.
Leg 9 PQ #10464 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-Isptar San Luqa hux qegħdin jinżammu statistiċi dwar mard speċifiku? Liema huma dawk l-illness li qiegħed jinżamm record tagħhom u jistax il-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif dettaljat dwar dawn l-istatistiċi? Il-food poisoning qiegħed ikun monitored u x'riżultati kien hemm dwar dan partikolarment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis jinżammu rekords kompjuteriżżati fuq l-mard kollu li jiġi dijanjostikat fil-pazjenti ammessi fl-isptar San Luqa u rappurtat lid-Dipartiment tal-Health Information. L-istatistika dettaljata mhiex fid-dominju pubbliku imma tagħrif anonimiżżat jinħareġ mid-database u jingħata skond in-natura tat-talba. Fil-fatt diversi Interpellanzi Parlamentari, fosthom in-numru 9643, ġew imwieġba permezz ta` din is-sistema. Dwar it-tlielet parti tal-mistoqsija kull notifikazzjoni ta li fil-maġġoranza tal-każijiet l-inċidenti tal-avvelenament fl-ikel kien dovut għall-`cross contamination`. Huwa evidenti li dan huwa dovut għall nuqqas ta` tal-ikel.

Servizz Pubbliku — Ħaddiema Awżiljarji

Question

Jista'l-Viċi Prim Ministru jagħti informazzjoni dwar il-pożizzjoni ta' dawk il-ħaddiema awżiljarji li għadhom jaħdmu bħala casuals fis-Servizz Pubbliku? Mir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 7780 mogħtija fis-17 ta' Ġunju 1999, xi żvilupp kien hemm sal-ġurnata tal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li l-każ ta' dawn il-ħaddiema qed jiġi ttrattat mill-"Management and Personnel Office" ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, nitlob lill-Onor. Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #10474 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kuriduri tal-Palazz — Manutenzjoni tal-kurrazzi

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 6942?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li nbdew xogħlijiet bażiċi ta' kura u konservazzjoni fuq il-korazzi fil-kurituri tal-Palazz. Madanakollu programm komplet ta' restawr ma jistax jiġi attwat peress li l-Workshop li qed jintuża preżentament fl-Armerija mhux addatat għal numru ta' raġunijiet. Għaldaqstant, sakemm jinstab spazju u ambjent aktar addatat għal dan it-tip ta' xogħol, preżentament jistgħu jsiru biss xogħlijiet ta' natura aktar ħafifa. Ser nitlob liċ-Ċentru Malti għar-Restawr biex jikkonsidra s-sitwazzjoni.
Leg 9 PQ #10180 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Gynaecology ward

Question

Jista' l-Ministru jara li fil-Gynaecology Ward/SLH "Sala Ġuże' Ellul" ma jkunx hemm aktar pollution miċ-ċumnija li teżisti f'dan il-ward? X'inhi r-raġuni li l-air conditioner ta' l-istess ward qiegħed jiġi programmat li jaħdem sal-5.00 p.m. u kull aġġustament ma jistax isir kemm-il darba tkun hekk tinħass il-ħtieġa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma jeżistux ċmieni fil-Gynae Ward (Sala Ġuże Ellul), fl-Isptar San Luqa. Iż-żewġ Air Conditioning Units li jinsabu f'żewġt ikmamar fl-istess sala ma jiġu qatt ipprogrammati biex jaħdmu minn ħin sa ħin. Dawn jiġu aġġustati skond ix-xewqat u l-bżonnijiet tal-pazjenti.
Leg 9 PQ #10182 Sitting 152 1999-10-11 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Dipartiment tal-Farmaċija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex fid-Dipartiment tal-Farmaċija ta' l-Universita' ta' Malta hemm impjegat tekniku li ismu qed jintbagħat separatament li għadu sal-lum ma ngħatax post ta' lecturer wara li dan intbagħat barra minn Malta mill-istess Universita' biex jistudja għall-PH.D., fejn hemm iggradwa? Ġaladarba dan il-ħaddiem diġa' qiegħed fulltime lecturer, x'inhi r-raġuni li ma ngħatax il-ħatra li tixraqlu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li preżentement dan l-impjegat tekniku ma jistax jingħata l-grad ta' lecturer għar raġuni li ma hemmx post vakanti ta' lecturer. Informat ukoll li hemm persuna oħra f'pożizzjoni simili għal dik ta' l-impjegat imsemmi. Ta' min ifakkar ukoll li vakanzi akkademiċi jintlew wara sejħa pubblika.
Leg 9 PQ #9923 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Teżor — Kumitat tal-kuntratti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tender maħruġa mill-kumitat tal-kuntratti fit-Teżor għal steel wine mash li wara li ġiet aġġudikata sejra terġa' toħroġ mill-ġdid għall-offerti? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-award sheet? Minn meta ħarġet l-ewwel darba din il-kwalita' ta' offerta?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti iddeċieda, fuq parir tad-Diviżjoni tax-Xogħolijiet tal-Ministeru ta` l-Ambjent, li din is-sejħa għall-offerti għandha terġa toħroġ minħabba li l-iskeda tal-prezzijiet kif pubblikata kienet tirreferi għal xibka tat-tip C503 meta fil-fatt kellha tkun B503. Sa` dan il-każ ix-xibka mitluba dejjem kienet C503 iżda minn din is-sena id-Diviżjoni msemmija talbet il-bidla indikata li, pero`, bi żvista ma saritx. Għaldaqstant ma kienx hemm triq oħra ħlief li toħroġ sejħa oħra għall-offerti minħabba li l-kwalita` tax-xibka għandha effett dirett fuq il-prezz. Din it-tender ilha toħroġ ħafna snin, sa minn meta twaqqfet is-Central Supplies Section fil-bidu tas-sebgħajnijiet, minħabba li x-xibka kienet u għadha meqjusa bħala `common user item`. Għar-rigward ta` l-award sheet nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispjega għal xhiex qed jirreferi sewwa.
Leg 9 PQ #9932 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Retail outlets

Question

Jista' l-Ministru jagħtini lista tar-Retail Outlets kollha li huma hekk liċenzjati mill-pulizija fil-lokalita' ta' Ħaż-Żebbuġ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. 04.10.99
Leg 9 PQ #9992 Sitting 148 1999-10-04 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Dawl f'Ħ'Attard

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma li ntnefqet mill-Enemalta/Gvern sabiex isir id-dawl elettriku fit-triq bejn Ħaż-Żebbuġ u Ħ'Attard minn fejn l-Allwoods sa l-għelieqi fil-viċin? Kemm twaħħlu arbli u kemm kien it-tul ta' wires li ntużaw? Kemm kien il-ħlas dovut mill-individwu/i li twassal lilhom id-dawl għal irziezet tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija numru W133.
Leg 9 PQ #8945 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Welfare Committee — Għaqda tal-Pensjonanti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 8673 li orġinarjament saret lill-Ministru tas-Sigurta' Soċjali u li ġiet riferuta lilek, ċioe'peress li waqt li l-Ministru fetaħ l-uffiċċju ta' l-Għaqda tal-Pensjonant fi ħdan il-Welfare Committee tal-Korporazzjoni Enemalta, hu kien wiegħed l-għajnuna tiegħu lil din l-għaqda, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-għaqda talbitx xi għajnuna diretta jew indiretta lill-Ministru? Jista' l-Ministru jgħid din l-għaqda kemm-il laqgħa żammet minn meta ġiet imwaqqfa, kemm attendew membri speċjalment fit-twaqqif tagħha, u jekk din il-laqgħa nżammitx skond l-istatut (jekk jeżistu)?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Għaqda Pensjonanti għadha qatt ma talbitni għajnuna b'mod dirett. Dan minħabba li l-Għaqda taħdem id f'id mal-Kumitat tal-Welfare li huwa accountable lejn iċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni Enemalta. Għaldaqstant l-għajnuna tiegħi tingħata b'mod indirett permezz taċ-Chairman li japprova skond il-bżonn ta' din l-Għaqda. Jiena nfurmat li l-Għaqda Pensjonanti żżomm laqgħa fix-xahar għall-kumitat tagħha u s'issa saru ħames laqgħat oħra għall-membri kollha imseħbin fiha. Fit-twaqqif tagħha attendew 75 membru minn fost 94 li kienu msieħba. Issa n-numru ta' l-imseħbin żdied għal aktar minn 200 bejn irġiel u nisa. Għal kull laqgħa jattendu mal-ħamsin membru. Din l-Għaqda tħaddan statut għaliha li ġie approvat mill-istess membri tagħha.
Leg 9 PQ #8959 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterji — Xiri ta' oqbra

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8626, jista' l-Ministru jindika mil-liema lokalita' ġejjin il-111 (mija u ħdax applikant) imsemmija fir-risposta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8626, ninforma lill-Onor. Interpellant li 111 (mija u ħdax applikant) imsemmija fir-risposta ġew mill-lokalitajiet hekk kif murija: Lokalita' Applikant _______________________________ Attard 4 B'Bugia 2 B'Kara 13 Gżira 7 Marsa 2 Mosta 4 Qormi 8 Rabat 5 San Gwann 3 Siggiewi 2 Sta Lucia 2 Sta Venera 3 Valletta 5 Zebbug 39 _____________________________ Ġiet irreġistrata applikazzjoni waħda minn kull waħda minn dawn il-lokalitajiet: Fgura, Għaxaq, Hamrun, Imsida, M'Scala, Paola, Qawra, Senglea, Sliema, Swieqi, Ta'Xbiex, Żejtun.
Leg 9 PQ #9074 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Dipartiment ta' l-Ambjent — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħaddiema fid-Dipartiment ta' l-Ambjent li qegħdin jieħdu xi allowances minħabba li huma assenjati fuq xogħol fuq ħitan tas-sejjieħ? F'liema dipartimenti qegħdin jaħdmu? Kemm tlaħħaq din l-allowance?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema fid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent assenjati fuq il-ħitan tas-sejjiegħ mhux qegħdin jieħdu allowances.
Leg 9 PQ #8626 Sitting 133 1999-07-12 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterji — Xiri ta' oqbra

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 8262, jista' l-Ministru jinformani kemm hemm oqbra available preżentement u kemm huwa l-għadd ta' oqbra li għad iridu jinbnew biex iċ-Ċimiterju ta' Sant'Andrija ta' Ħaż-Żebbuġ ikun magħluq għal oqbra privati? Kemm hu n-numru ta' applikanti li ntbagħtilhom avviż biex jersqu għal kuntratt ta' oqbra u ma weġbux għal din is-sejħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiċ-ċimiterju ta` Sant` Andrija ta` Ħaż-Żebbuġ hemm 19 il-qabar fi stat avvanzat ta` kostruzzjoni. Hu ppjanat li tibda l-kostruzzjoni fuq sittax (16) il-qabar ieħor li meta jitlestew ikun eżawrit in-numru ta` oqbra f`dan iċ-ċimiterju li jkunu jistgħu jinbiegħu lill-pubbliku. Min meta bdew jiġu milqugħa applikazzjonijiet għal xiri ta` oqbra f`dan iċ-ċimiterju sal-lum, kien hemm 111 applikant li ntbagħtilhom avviz sabiex jixtru qabar u baqgħu ma wieġbux.

Welfare Committee — Għaqda tal-Pensjonanti

Question

Peress li waqt li l-Ministru fetaħ l-uffiċċju ta' l-Għaqda tal-Pensjonant fi ħdan il-Welfare Committee tal-Korporazzjoni Enemalta, hu kien wiegħed l-għajnuna tiegħu lil din l-għaqda, jista' l-Ministru jgħid jekk din l-għaqda talbitx xi għajnuna diretta jew indiretta lill-Ministru? Jista' l-Ministru jgħid din l-għaqda kemm-il laqgħa żammet minn meta ġiet imwaqqfa, kemm attendew membri speċjalment fit-twaqqif tagħha, u jekk din il-laqgħa nżammitx skond l-istatut (jekk jeżisti)?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Membru jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta. 12.7.99
Leg 9 PQ #8506 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Monument Great Siege

Question

Jista' l-Ministru jassigura li madwar il-Monument tal-Great Siege ta' Antonio Sciortino quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja jiġi pavimentat qabel il-festa ta' 8 ta' Settembru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li se jsir kisi temporanju. Għar-rigward tal-paviment il-perit inkarigat iffinalizza l-pjanti u se ssir l-applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Leg 9 PQ #8262 Sitting 129 1999-06-30 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Ċimiterji — Xiri ta'oqbra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru pendenti ta' dawk l-applikanti li huma fil-lista biex jixtru qabar? Jista'l-Ministru jagħti breakdown figures ta' kull talba għal liema ċimiterji qegħdin japplikaw?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta` applikazzjonijiet pendenti għal xiri ta` qabar f'ċimiterji tal-Gvern huwa 2772 f'Malta u 208 f'Għawdex. Dawn l-applikazzjonijiet huma mqassmin hekk:- TA` L-ADDOLORATA - 1443 RABAT (MALTA) - 572 MOSTA - 263 ŻEBBUĠ - 98 BURMARRAD - 163 TA` BRAXIA, PIETA` - 46 MĠARR (MALTA) - 4 MELLIEĦA - 6 QORMI (SAN BASTJAN) - 177 SANTA MARIJA (GOZO) - 208