Legislature:
Category:
Reset
Active:

Impjiegi — Mwiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm imwiet fuq il-postijiet tax-xogħol fis-snin 1996, 1997, 1998 u 1999? Kemm kienu rrapportati korrimenti fuq il-postijiet tax-xogħol fl-istess perijodu? Kemm tħallsu benefiċċji soċjali sena b'sena ta' l-istess perijodu mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali? Meta d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali jagħti benefiċċji, x'ikun l-obbligu ta' l-employer f'dawk li huma benefiċċji?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' talbiet għall-Benefiċċju tal-Korriment u l-ammont imħallas hu kif jidher hawn taħt: 1996 1997 1998 1999 Mwiet fuq 12 5 12 8 ix-xogħol Numru ta' 6,134 5,723 5,430 5,151 talbiet għall- korrimenti fuq il-post tax- xogħol Ammont Lm380,847 Lm464,556 Lm420,419 Lm428,642 imħallas (proviżorja) f'Benefiċċju Meta persuna tkun koperta taħt l-Att li Jirregola l-Kundizzjonijiet ta' l-Impieg, hija jkollha dritt għal paga sħiħa għal perjodu massimu ta' sena mid-data ta' l-inċident. Il-prinċipal jkollu dritt jitlob lura l-flus li tkun irċeviet f'benefiċċju l-persuna li jkollha l-inċident.
Leg 9 PQ #12720 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żebbuġ — Ilma kontaminat

Question

B'riferenza għal prekawzjonijiet lill-pubbliku dwar ilma kontaminat f'Ħaż-Żebbuġ, jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet għal din il-kontaminazzjoni? X'kienu r-riżultati ta' l-investigazzjonijiet? Liema huma r-reservoirs li qegħdin jiġu flushed? Jikkunsidra l-Ministru li l-Water Services Corporation tagħmel studju dwar l-effett tal-farms li hemm f'Ħaż-Żebbuġ bħala s-sors ta' kontaminazzjoni ta' l-ilma? Meta huwa stmat li l-pożizzjoni tiġi għan-normal?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma identifikat is-sors ta` kontaminazzjoni fi zmien qasir. Din kienet il-borehole ta` Wied Qirda li minnufih kienet izolata mis-sistema tad-distribuzzjoni ta` l-ilma u twaqqfet il-produzzjoni minnha. Gew identifikati wkoll iz-zona u t-toroq milquta. Il-Korporazzjoni bdiet ezercizzju ta` hasil u disinfettar tal-mejnijiet ta` l-ilma fit-toroq milquta u bdew jittiehdu sensiela ta` kampjuni ta` l-ilma tal-vit mir-residenzi taz-zona ta` Hal Mula u Wied Qirda sabiex isiru testijiet ghal tracci kimici u batterjologici. Dawn il-kampjuni u testijiet bdew jittiehdu wkoll mid-Dipartiment tas-Sahha. F`dan l-incident l-ebda gibjun fis-sistema tad-distribuzzjoni ma gie effettwat. Ghaldaqstant ma kienx hemm bzonn ta` `wash-outs` fil-gibjuni li huma kollegati fis-sistema tad-distribuzzjoni ta` l-ilma. Dawn il-`wash-outs` saru biss fis-sistema tad-distribuzzjoni fit-toroq milquta. Hemm il-possibilita` li b`effett tal-maltemp id-drenagg spicca fil-wied u dan seta` kkontamina din il-borehole. Madanakollu din il-possibilita` ghadha ma gietx ikkonfermata mill-investigazzjonijiet li saru. F`dan ir-rigward il-Korporazzjoni qed tigbor informazzjoni dwar l-irziezet fil-vicinanzi, kemm dawk registrati maghha kif ukoll dawk li mhumiex. Dan ser isir sabiex bl-ghajnuna ta` dipartimenti u entitajiet pubblici ohra, bhal dawk tas-Sahha, Drenagg, AMbjent u Agrikoltura, jigu regolarizzati l-kundizzjonijiet sanitarji taghhom. Id-Dipartiment tas-Sahha avza biex l-ilma mill-vit ma jinxtorobx u jintuza biss ghal htigijiet igenici. Fil-prezent ir-residenti qed jistennew li dan id-Dipartiment johrog avviz iehor li jaggornhom dwar is-sitwazzjoni.
Leg 9 PQ #12815 Sitting 225 2000-01-24 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

WSC — Zebbuġ - Ilma kkontaminat

Question

B'riferenza għal joint press release maħruġa mill-Water Services Corporation u d-dipartiment tas-saħħa "The Times" 15 ta' Jannar, jista' l-Ministru jgħid x'passi qiegħed jieħu d-dipartiment tas-saħħa dwar il-kontaminazzjoni ta' l-ilma f'Ħaż-Żebbuġ? Għaliex din il-press release dehret biss f'din il-gazzetta? Ma jidhirlux il-Ministru li każ bħal dan kellu jixxandar fuq il-mezzi kollha tal-media, partikolarment dak televiżiv għal awareness tal-pubbliku Żebbuġi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12815, ninforma lill-Onor. Interpellant li mmedjatament kif id-Dipartiment tas-Saħħa kien infurmat bil-problema mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, beda għaddej b'sensiela ta' investigazzjonijiet mill-lokalitajiet indikati mill-istess Korporazzjoni anke matul il-ġranet tas-Sibt u l-Ħadd. Il-kampjuni ta'l-ilma qegħdin jiġu analizzati fil-laboratorju tad-Dipartiment u qabel ma dawn jindikaw li l-kwalita' ta' l-ilma huwa tajjeb għall-konsum, uffiċjali minn dan id-Dipartiment se jkomplu bl-investigazzjonijiet tagħhom. Nixtieq ninforma li l-`press release' ġiet maħruġa mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, liema `press release' aħna nfurmati, ġiet irreferuta lil diversi entitajiet u mezzi oħra tax-xandir fosthom: Ministry for Economic Services, DOI, Radju Malta 2, RTK, Radio 101, Super 1, Bay Radio, Calypso, Smash Radio, Island Sound, The Times, In-Nazzjon/Il-Mument, l-Orizzont/It-Torċa, The Malta Independent u Il-Kulħadd.
Leg 9 PQ #12336 Sitting 220 2000-01-17 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Manonel Island — Kanuni antiki

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12154 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent u ċioe' b'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11998, jista' l-Ministru jagħtina informazzjoni dwar is-sit fejn jinsabu kanuni antiki li kienu f'Manoel Island xi żmien ilu? Kemm huwa n-numru ta' dawn il-kanuni? X'hemm ħsieb fejn sejrin jiġu priżervati u konservati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kanuni li kien hemm f'Manoel Island kienu ttieħdu fid-Depot ta' l-AFM f'Pembroke. F'Pembroke, dawn il-kanuni kienu tqassmu bl-ordni fuq bażijiet ta' l-injam u kienu ġew imnaddfa mis-sadid laxk b'assistenza mis-suldati ta' l-AFM. Ta' min iżid li xi sentejn ilu dawn il-kanuni flimkien ma' diversi kanuni oħra li kienu jinstabu mxerrdin f'lokalitajiet oħra kienu ġew miġburin u depositati Fort Mosta. L-iskop ta' dan kien li b'hekk jiġi kkreat 'Artillery Park' Nazzjonali. Dan sar ukoll għaliex billi Fort Mosta f'ċerti ġranet kien qed jinfetaħ għall-pubbliku, issa dawn il-kanuni kienu jistgħu jiġu apprezzati aħjar. Kien sar ukoll inventarju komplet ta' dawn il-kanuni mill-Military History Unit tad-Dipartiment tal-Mużewijiet. Informat li fejn jirrigwarda x'inhu maħsub bħala konservazzjoni u preservazzjoni ta' dawn il-kanuni, qegħdin isiru kuntatti ma' esperti barra minn Malta f'dan il-qasam sabiex ikun jista' jiġi ppjanat programm prattiku u adattat ta' konservazzjoni sabiex ikun jista' jiġi assigurat il-preservazzjoni tal-kanuni fuq bażi permanenti. Fort Mosta bħalissa hemm sitta u ħamsin kanun b'kollox, li tmienja u għoxrin minnhom huma kanuni ingliżi.
Leg 9 PQ #12154 Sitting 215 2000-01-10 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island — Kanuni antiki

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11998, jista' l-Ministru jagħtina informazzjoni dwar is-sit fejn jinsabu kanuni antiki li kienu f'Manoel Island xi żmien ilu? Kemm huwa n-numru ta' dawn il-kanuni? X'hemm ħsieb fejn sejrin jiġu priżervati u konservati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Bħal ma diġa' nfurmajt lill-Onorevoli Interpellant, il-preservazzjoni u l-konservazzjoni ta' dawn il-kanuni, taqa' taħt ir-responsabbilita' tad-Dipartiment tal-Mużewijiet. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #11947 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Żurrieq — Ta' Fulija - Dump area

Question

Jista' l-Ministru jagħtina tagħrif dwar x'attivita' qiegħda ssir fl-ex dump magħrufa bħala Ta' Fulija fiż-Żurrieq? Jekk qiegħed isir ħruq ta' materjal organiku, min qiegħed jordna li dan isir f'dan il-post?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-attivita' li qiegħda ssir fl-'ex-dump' magħrufa bħala tal-Fulija fiż-Żurrieq hija biex jinħażen il-kompost li qed jiġi prodott fl-Impjant ta' Sant'Antnin. Dan huwa meħtieġ għax it-tqassim ta' dan il-materjal lill-bdiewa jsir matul l-istaġun tas-sajf. Rigward il-ħruq ta' materjal organiku nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li qatt ma ġie ordnat li jsir xi ħruq f'dan il-post.
Leg 9 PQ #11998 Sitting 207 1999-12-14 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Manoel Island — Kanuni antiki

Question

Jista'l-Ministru jagħtina informazzjoni dwar x'sar minn diversi kanuni antiki li kienu depożitati fuq Manoel Island? Jekk teżisti xi ħażna ta' kanuni, fejn qegħdin jiġu priżervati u x'inhu l-ħsieb li jsir bihom bħala konservazzjoni u priżervazzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li l-kanuni li kien hemm f'Manoel Island kienu snin ilu ttieħdu minn hemmhekk u tqiegħdu fid-Depot ta' l-AFM f'Pembroke. Il-preservazzjoni u l-konservazzjoni ta' dawn il-kanuni, bħala armi storiċi, taqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Mużewijiet u nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #11928 Sitting 203 1999-12-07 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żebbuġ — Tiswija ta' lampa

Question

Jista' l-Ministru jagħti ordni sabiex l-istreet lamp li hemm viċin il-kamra tan-nar tal-Każin San Ġużepp li tinsab ftit 'il bogħod mill-kappella ta' Wied Qirda f'Ħaż-Żebbuġ tiġi imsewwija? X'inhi r-raġuni li minkejja t-talbiet diversi dwar din il-lampa din baqgħet ma ġietx mibdula?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jiġi mistħarreġ u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #11887 Sitting 201 1999-12-06 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Qormi - Devjazzjoni ta' triq

Question

B'riferenza għal Press Release Nru.1889 (li qed tintbagħat separatament), jista' l-Ministru jara li fit-toroq li hemm devjazzjoni l-pulziija tkun preżenti għal kull superviżjoni li jkun jenħtieġ li tikkontrolla l-PARKING li ma jkunx addattat għal dak iż-żmien li ddum id-devjazzjoni bħal fil-każ ta' Ħal Qormi? X'passi ttieħdu f'dan il-każ partikolariment fi Triq Edward, Triq il-Vittorja u Triq San Bastjan, Qormi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija qed tkun preżenti f`Imdina Road fejn qed isir ix-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmat ukoll li ma tinħassx in-neċessita` li fit-Triq San Dwardu, Triq il-Vittoria u Triq San Bastjan ma jitħalliex isir parking għax it-traffiku f`dawn it-toroq miexi normali. Il-Pulizija tad-Distrett tagħmel is-sorveljanza meħtieġa biex tevita li jkun hemm xi ostakolu tat-traffiku f`dawn it-toroq u l-inħawi.
Leg 9 PQ #11839 Sitting 200 1999-12-06 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Żebbuġ — Kalkara tal-ġir

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11657, jista'l-Ministru jgħidli x'użu qiegħed isir preżentement mill-kalkara tal-ġir f'Ħaż-Żebbuġ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fil-preżent mhux qed isir ebda użu partikolari mill-Kalkara tal-Ġir ta' Ħaż-Żebbuġ. Iżda għad fadal fil-post xi affarijiet bħal għodda u faħam in konnessjoni mal-produzzjoni tal-ġir.
Leg 9 PQ #11827 Sitting 199 1999-12-03 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Senior Operative (Rubble Wall Builders)

Question

Jista' l-Ministru jinformana fiex kien jikkonsisti t-trade test u l-interview għal postijiet ta' senior operative (rubble wall builders)? Meta sejjer isir test ieħor bħal dan? Kemm applikaw persuni għal dan it-test u kemm għaddew mit-test u mill-interview?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-Trade Test u l-Interview għall-postijiet ta' Senior Operative (Rubble Wall Builders) kien jikkonsisti: L-ewwel parti kienet trade test, eżami prattiku fejn kull kandidat kellu jibni biċċa ħajt tas-sejjieħ; It-tieni parti kien l-interview li kien jikkonsisti f'numru ta' mistoqsijiet fuq is-sengħa tal-bini tal-ħitan tas-sejjieħ. Kien hemm ukoll xi mistoqsijiet fuq is-sikurezza u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol; Għal dan il-post kien hemm mija u wieħed (101) applikazzjoni. Għaddew mill-parti prattika tmienja u erbgħin (48) u għaddew mill-interview wieħed u erbgħin (41). Huwa maħsub li applikazzjoni oħra għall-postijiet ta' Senior Operative (Rubble Wall Builder) terġa' toħroġ għal Mejju/Ġunju tas-sena 2000.

Toroq — Tiswija

Question

Jista' l-Ministru jagħtini il-lista tat-toroq li l-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żebbuġ għadda lid-Dipartiment tat-Toroq sabiex dawn jiġu asfaltati mill-Gvern Ċentrali? Meta waslet din il-lista (data)? Kif hija l-ordni ta' prijorita' ta' dawn it-toroq kif rakkomandat mill-istess kunsill?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment qed jistenna l-informazzjoni mill-Kunsill Lokali ta` Ħaż-Żebbuġ peress li fi żmien li l-Kunsilli Lokali kienu qed jgħaddu l-informazzjoni meħtieġa dwar l-asfaltar ta` toroq lid-Dipartiment, il-Kunsill Lokali ta` Ħaż-Żebbuġ ma kienx għadu kkostitwit. Sa llum din l-informazzjoni għadha ma ngħatatx.
Leg 9 PQ #11830 Sitting 199 1999-12-03 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Azzjoni industrijali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-azzjoni industrijali sabiex ħaddiema ma jirrispondux it-telephone ordnat mill-GWU fil-Korporazzjoni Enemalta kienet għada effettiva nhar is-Sibt 27 ta' Novembru, il-Ħadd 28 ta' Novembru, it-Tnejn 29 ta' Novembru u t-Tlieta 30 ta' Novembru? Jaf il-Ministru li f'dawn il-ġranet il-maltemp qawwi diversi residenti sfaw mingħajr dawl elettriku b'detriment qawwi fuq kull min kien jenħtieġ is-servizz tad-dawl? Il-GWU kienet aware ta' din is-sitwazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-azzjonijiet industrijali ordnati mill-General Workers` Union lill-membri taghha gewwa l-Enemalta bdew fit-18 ta` Novembru li ghadda u gew sospizi b`sehh mill-1 ta` Dicembru, u ghaldaqstant fil-granet li ghalihom qed issir riferenza kienu ghadhom fis-sehh. Nahseb mhux biss jien, izda kull persuna li tghix f`dawn il-gzejjer, kienet konxja li l-maltemp li hakem lill-pajjizna f`dawk il-granet ikkawza hsara fis-sistema elettrika li kienet ta` detriment qawwi ghal dawk kollha milquta.
Leg 9 PQ #11657 Sitting 190 1999-11-29 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Ħaż-Żebbuġ — Kalkara tal-ġir

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ġir mill-kalkara tal-ġir f'Ħaż-Żebbuġ f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm kienet l-ispiża ta' din il-kalkara tal-ġir f'dak li huwa produzzjoni, manteniment, materjal, pagi eċċ. f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li: fl-1995: Il-produzzjoni kienet 327 metri kubi. L-ispejjeż kollha kienu Lm12,293. fl-1996: Il-produzzjoni kienet 350.25 metri kubi. L-ispejjeż kollha kienu Lm13,670. fl-1997: L-operat tal-Kalkara tal-Ġir waqaf fit-23 ta' April. Il-produzzjoni kienet 95 metri kubi. L-ispejjeż kollha kienu madwar Lm4,000. fl-1998: L-operat tal-Kalkara tal-Ġir kien waqaf. fl-1999: L-operat tal-Kalkara tal-Ġir kien waqaf.

Valletta — Griet Seige Road - Ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħa d-Dipartiment tat-Toroq dwar il-magħaqad ta' l-ilma wara ħalba xita fi Great Seige Road, 'l isfel mill-Excelsior Hotel?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ser jieħu passi neċessarji biex isir `survey` ta` l-`area` u tittieħed azzjoni skond il-bżonn.
Leg 9 PQ #11200 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Bust ta' Dun Karm

Question

Jista' l-Ministru jinformani jekk kienx hemm xi żviluppi pożittivi dwar il-Bust ta' Dun Karm li ġie nieqes mill-Universita' f'Ottubru 1999?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fir-rigward tal-bust ta' Dun Karm, sar kuntratt mal-persuna li kienet ikreat il-bust biex din toħloq bust ġdid mill-forma eżistenti. Għaldaqstant il-bust il-ġdid se jitqiegħed f'postu fi żmien qasir.

PTA — Marsa - Triq Diċembru 13 - Bus bays

Question

Jikkonsidra l-Ministru li fi Triq Diċembru 13, Marsa, għandhom isiru bus bays fejn teżisti l-possibbilta' li dawn isiru fuq iż-żewġ naħat tat-triq? Peress li minħabba dan in-nuqqas ta' bays, il-buses qegħdin ifixklu l-flow normali tat-traffiku f'din it-triq prinċipali u toroq oħra simili, jistgħu jittieħdu passi biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tat-Toroq biex dan jara x`jista jsir.
Leg 9 PQ #11228 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Hamrun - Triq San Ġużepp

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pulizija tal-Ħamrun qiegħda tagħlaq għajnejja għal double parking fi Triq San Ġużepp, il-Ħamrun, minn numru kbir ta' mini-buses għal ħin twil viċin il-pjazza Fra Diegu? Jafu l-pulizija li f'dawk il-ħinijiet partikolari qed ikun hemm konġestjoni tat-traffiku minħabba dan id-double parking fi triq hekk traffikuża?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-pulizija tad-Distrett qed tieħu ħsieb sabiex kemm jista` jkun dawk il-kontravenzjonijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ma jseħħux. Fil-fatt matul ix-xhur Awissu/Ottubru 1999, ingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet mill-Pulziija kawża ta` kontravenzjonijiet fl-imsemmija lokalita` : - Awissu 130 Settembru 77 Ottubru 87

Dipartiment tal-Liċenzji — Vetturi

Question

Jikkonsidra l-Ministru li qabel il-ħruġ ta' liċenzji fuq heavy vehicles (trucks, trailers, kabini għal trailers, gafef, eċċ.) mid-Dipartiment tal-Liċenzji jrid jiġi ndikat fejn dawn il-vetturi sejrin jiġu ggaraxxjati minħabba li mijiet ta' dawn il-vetturi qegħdin jiġu pparkjati għal għonq it-triq b'detriment għat-traffiku u għal pedestrians?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-parking ta` vetturi fit-toroq huwa kkontrollat permezz tar-Regolamenti Nu. 74,77,78 u 79 tar-Regolamenti ta` l-1994 dwar il-Vetturi bil-Mutur. Dawn jispeċifikaw fejn vetturi jistgħu jew ma jistgħux jiġu pparkjati. L-infurzar tal-liġi mhux kompitu tad-Dipariment tal-Liċenzji u Testijiet. Il-funzjoni tad-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet hija li jilliċenzja vetturi biex jużaw it-triq.

Millennium — Bolli ġodda

Question

Jista' l-Ministru jinformani jekk għas-sena d-dieħla hemmx il-ħsieb li joħroġ sett ta' bolli li jikkommemoraw il-millennium l-ġdid? Jekk fl-affermattiv, meta hemm il-ħsieb li jitnieda l-konkors għal dan is-sett ta' bolli?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ewwel sett ta` bolli għas-sena 2000 li se jinħareġ f`Jannar tas-sena 2000, se juri bolli ta` xewqat tajba, u se jinkludi wkoll bolla li tfakkar il-millenju. Dan is-sett qed jiġi ddisinjat minn artist magħruf fil-qasam tad-disinn tal-bolli, u mhux permezz ta` konkors pubbliku.