Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14024 Sitting 245 2000-02-21 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Żebbuġ — Wied Qirda - Ilma kkontaminat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi kienu ttieħdu mill-Health Inspector ta' Ħaż-Żebbuġ wara l-ittra tiegħi data 4/12/99 (qed nibgħat separatament kopja ta' din l-ittra) dwar ilma kontaminat f'Wied Qirda, Ħaż-Żebbuġ? Min kienu d-dipartimenti l-oħra li ġew kkonsultati dwar din il-materja?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ġejt infurmat li l-ilment qiegħed jiġi investigat minn Spettur tas-Saħħa. Min spezzjonijiet li saru fil-lokalita` ma nsabu l-ebda provi dwar l-ilment in kwistjoni u għalhekk ma setgħet tittieħed l`ebda azzjoni. Iżda, l`investigazzjoni qiegħda titkompla, mil-istess Spettur tas-Saħħa, biex ikollna nformazzjoni kompleta dwar l-irziezet kollha ta` din il-lokalita`. Meta din l-investigazzjoni tiġi ffinaliżżata, huwa maħsub li l-Awtorita` ta` l-Ippjannar, id-Dipartiment ta` Agrikoltura, d-Dipartiment ta` l-Ambjent, id-Dipartiment tad-Drenaġġ, il-Water Services Corporation, il-Kunsill Lokali kif ukoll, il-Kummissarju tal-Pulizjia jiġu ikkonsultati, dwar din il-materja.
Leg 9 PQ #13870 Sitting 241 2000-02-15 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Żebbuġ — Farms

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sid ta' farm fl-area ta' Ħaż-Żebbuġ ġie mtella' l-qorti fis-snin 1998 u 1999? Għal-liema raġunijiet ġie mħarrek kull wieħed (individwalment)? Kemm ħarġu sidien liberati mill-akkużi u kemm kien in-numru ta' dawk li nstabu ħatja u fuq liema akkuża kienet il-piena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Dwar mistoqsija parlamentari Nru. 13870 nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-1998 u l-1999 ma ttieħdet l-ebda azzjoni legali kontra sidien bl-irziezet fl-area ta' Ħaż-Żebbuġ.
Leg 9 PQ #13699 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Monument ta' Dun Karm Xerri

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 4962, jista'l-Ministru jinformana jekk kienx hemm xi żviluppi dwar it-trasferiment tal-monument ta' Dun Mikiel Xerri għal Misraħ il-Palazz, il-Belt?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju m'għandix żviluppi ġodda x'nirrelata.
Leg 9 PQ #13744 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Zebbuġ — Tiswija ta' lampa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11928, jista' l-Ministru jara li din il-lampa li ilha ma tixgħel għax aktar minn sena tiġi rranġata?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-lampa li ghaliha qed issir riferenza tinsab fil-vicinanzi ta` kamra tan-nar f`Wied Qirda Haz-Zebbug. Kemm din il-lampa kif ukoll il-linja ta` l-elettriku li tissuplixxiha kienu sofrew hsara meta kienet splodiet l-imsemmija kamra tan-nar. Ghaldaqstant il-Korporazzjoni Enemalta, ghal ragunijiet ovvji, kienet kostretta li ssib post differenti fejn tehel din il-lampa. Naturalment meta dan il-post jigi identifikat, isir ix-xoghol mehtieg.

Traffic Control Board — Vibes

Question

Jikkonsidra l-Ministru li jpoġġi talba lit-traffic control board sabiex fil-viċinanza tal-Vibes isiru xi forma ta' prekawzjonijiet, kemm għat-traffiku kif ukoll għall-pubbliku, sabiex jiġi assigurat safe crossing min-naħa għal oħra ta' din it-triq traffikuża?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.

Persuni b'invalidita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta persuna tgħaddi bord mediku fuq bażi ta' invalidita' permanenti, x'miżuri jieħu d-dipartiment sabiex kull liċenzja li jista' jkollha dik il-persuna ma tibqax aktar valida? Kemm inqabdu persuni mill-ispettorat tad-dipartiment fis-snin 1998 u 1999 li kienu qed jaħdmu waqt li kienu ġew boarded out indefinittivament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onor. Membru li l-pussess ta' xi liċenzja maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija biex tmexxi kummerċ jew negozju ma ttellifx id-dritt ta' persuna għal Pensjoni ta' l-Invalidita', sakemm dik il-persuna li tkun intitolata għal-Pensjoni għal-Invalidita' ma tkunx qed tagħmel xogħol bi qliegħ permezz ta' din il-liċenzja. Biex ma jiġix duplikat xogħol, fejn ikun jinħtieġ investigazzjoni dwar xogħol li jkunu qed jagħmlu persuni waqt li jkunu jirċievu Pensjoni ta' l-Invalidita', din issir mill-ispettorat tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fuq talba tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Kemm il-darba persuna tinstab li qegħda taħdem waqt li tirċievi l-Pensjoni ta' l-Invalidita', il-pensjoni titwaqqaf minnufih u l-ħlas li jkun sar żejjed jintalab mill-persuna kkonċernata. Id-Dipartiment ma jżommx statistika ta' kemm twaqqfu pensjonijiet minħabba r-raġuni msemmija.
Leg 9 PQ #13868 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Żebbuġ — Farms - Inspections

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fil-farms fl-area ta' Ħaż-Żebbuġ mill-health inspectors tal-lokal? F'liema dati saru matul is-snin 1998 u 1999 u Jannar 2000? X'inhuma l-irregolaritajiet li nstabu f'kull spezzjoni ta' dawn il-farms?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ġejt infurmat li matul iż-żmien indikat saru b'kollox 26 spezzjoni f'diversi rziezet wara xi lment. Minn dawn 11 saru fl-1998, 12 saru fl-1999 u 3 saru f'Jannar 2000. Il-parti l-kbira ta' dawn l-ilmenti kienu jirrigwardjaw problemi tad-drenaġġ. Ħafna minn dawn l-ilmenti ma kienux ġustifikati waqt li f'każi oħra sar ix-xogħol biex jitneħħa l-inkonvenjent. L-areas ta' Wied Qirda, Wied il-Baqqiegħa u Wied il-Kandlora, fejn jinstabu l-akbar numru ta' rziezet jiġu spezzjonati regolarment bħala rutina u partikolarment minħabba xi żbroff ta' drenaġġ mill-fosos ta' dawn l-irziezet. Spetturi tas-Saħħa jagħmlu spezzjonijiet ta' rutina fl-irziezet tal-bhejjem tal-ħalib billi dawn jiġu liċenzjati mid-Dipartiment tas-Saħħa. Rigward l-irziezet tal-majjali dawn huma liċenzjati mid-Dipartiment tal-Agrikoltura, u għaldaqstant spezzjonijiet isiru minn Uffiċjali ta' dan id-Dipartiment.
Leg 9 PQ #13869 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Żebbuġ — Farms

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' farms li huma stabbiliti f'Ħaż-Żebbuġ li huma reġistrati mad-dipartiment ta' l-agrikoltura? Għal liema operat dawn il-farms huma liċenzjati? F'liema areas jinsabu u x'inhu l-indirizz uffiċjali (jew isem) ta'kull farm?

Response (ZAMMIT, NINU)

Tlabt lil uffiċjali tad-dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi biex jiġbru l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant. Kif tinġabar ngħaddihilu.

Swatar — Triq tas-Swatar

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13083 għandi nifhem li s-sitwazzjoni tal-magħqad ta' l-ilma fi Triq is-Swatar lejn l-iskola ta' St Martin sejra tibqa' f'dan l-istat sakemm jitlesta l-pjan imħejji għal dawn it-toroq? Jidhirlux il-Ministru li sitwazzjoni bħal din għanha tiġi rimedjata anke b'mod temporanju?

Response (GALEA, ĊENSU)

M`hemm xejn x`inżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 13083.
Leg 9 PQ #13504 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żebbuġ — Triq l-Anġlu - Dawl

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13087 imwieġba fil-31 ta' Jannar 2000 jista' l-Ministru jgħidli għaliex din il-lampa fi Triq l-Anġlu damet tiġi rrappurtata aktar minn xahar u ħadet xahar sħiħ biex tissewwa? Jikkonferma l-Ministru li għal dan id-dewmien huwa l-foreman tad-distrett il-bniedem responsabbli?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nahseb li l-Onorevoli Interpellant japprezza li l-Korporazzjoni Enemalta ta` kuljum jaslulha numru konsiderevoli ta` talbiet ghal bdil ta` bozoz fost talbiet ohra. Zgur li jifhem ukoll li mhuwiex umanament possibbli li kull talba tigi ezawrita appena din tkun saret. Min-naha l-ohra mhuwiex accettabbli li talba ddum pendenti zmien twil esagerat. Dwar l-ahhar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onorevoli Membru ghall-ahhar parti tat-twegiba ghall-mistoqsija 13087.
Leg 9 PQ #13586 Sitting 235 2000-02-07 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Infermiera barranin

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13302, jista' l-Ministru jagħtini informazzjoni dwar kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn nurses barranin li qegħdin jistennew ir-rikonoxximent tal-kwalifiki tagħhom minn Nurses & Midwifery Board? Mil-liema nazzjon huma ġejjin? Meta hemm il-ħsieb li jiġu rikonoxxuti l-kwalifiki tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qeda tinġabar u tingħata risposta f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #13270 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żebbuġ — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li tliet familji fi Triq it-12 ta' Mejju, Ħaż-Żebbuġ, (fil-bidu tagħha tal-parti li tagħmel ma' Triq il-Kbira) qegħdin ħafna drabi jkunu mingħajr dawl elettriku fid-djar tagħhom? X'inhi l-kawża? Meta, jekk hemm ħsara, din se tissewwa b'mod permanenti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #13271 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Żebbuġ — Triq San Ġużepp - Ilma

Question

Peress li Sqaq Nru. 1, Triq San Ġużepp, Ħaż-Żebbuġ qiegħed jilqa' ġewwa fih kwantita' kbira ta' ilma li prinċipalment ikun ġej mill-pjazza prinċipali ta' Ħaż-Żebbuġ wara kull ħalba xita, jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lid-dipartiment billi jsewwwi l-ħsara li hemm fl-istess Misraħ ta' sprall li huwa ikkonnettjat mal-ġibjun ta' taħt iz-zuntier tal-Knisja? Jikkonsidra wkoll li l-ilma li jkun ġej għall-isqaq imsemmi jintefa' f'shelter li hemm quddiem Nru. 23, Triq San Ġużepp?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Membru hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġerilu li jindirizza l-Mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali interessat.
Leg 9 PQ #13308 Sitting 231 2000-02-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żebbuġ — Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li diversi partijiet ta' toroq f'Ħaż-Żebbuġ qegħdin ikunu mingħajr dawl elettriku partikolarment filgħaxija? X'inhu jsir mill-Enemalta dwar dawn ir-rapporti? Għaliex fi Triq 12 ta' Mejju, Triq Paris, Triq ġdida fi Triq G.B.Debono qegħdin ikunu mingħajr dawl? Jikkonsidra l-Ministru li ssir investigazzjoni dwar il-kawża ta' dan il-qtugħ ta' dawl kollu f'Ħaż-Żebbuġ? Min hu responsabbli li jsewwi din il-ħsara?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.

Triq tas-Swatar — Toroq

Question

Jidhirlu l-Ministru li fid-daħla għal Triq tas-Swatar, lejn l-iskola St Martin u l-Price Club, għandu jinstab rimedju għal għadajjar li hemm min-naħa għal oħra tat-triq? Huwa konxju l-Ministru li jkun diffiċli ħafna li wieħed jidħol bil-vettura, u aktar u aktar bir-riġel, minn dan il-post?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li qed jiġi ppjanat titjib fit-toroq tal-lokalita' li qed jinkludu bini ta' toroq ġodda li jagħtu għall-isptar il-ġdid, u għalhekk it-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant iridu jinqalgħu u jsiru mill-ġdid la jitlesta dan il-pjan.

Dipartiment tat-Toroq — Pwales - toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lid-Dipartiment tat-Toroq milli jsolvi l-problema ta' l-għadira mdaqqsa li hemm fil-Pwales fit-triq bejn ix-Xemxija u Għajn Tuffieħa? Il-Ministru huwa konxju mill-inkonvenjent, partikolarment għas-sewwieqa li jkollhom jgħaddu minn dak l-ilma kollu wara kull ħalba xita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta mogħtija għal domanda Nru. 12854.

Attard — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-twessigħ tat-triq mil-Isptar Monte Carmeli għat-triq prinċipali jinsab wieqaf? Min wettaq ix-xogħol fuq il-ħajt tas-sejjieħ li nbena, il-gvern jew il-kuntrattur? Meta se jitkompla dan ix-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għad-domanda Parlamentari Nru. 12718.
Leg 9 PQ #13086 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Revenue Security Corps

Question

Ġaladarba l-membri tar-Revenue Security Corp kull ma jmur qiegħda tonqos l-attivita' operattiva tagħhom, jista' l-Prim Ministru jinfurmana x'inhuma d-doveri futuri tagħhom?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li ma kien hemm ebda tibdil fl-attivita' operattiva tal-membri tar-Revenue Security Corps (RSC). Ma hemmx ħsieb li d-doveri ta' l-RSC jinbidlu fil-futur, għalkemm dejjem jibqa lok ta' tibdil skond il-ħtieġa tas-Servizz minn żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #13087 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żebbuġ — Triq l-Anġlu - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jagħtina, b'mod dettaljat, x'inhi r-raġuni li street lamp fuq ir-residenza Numru 1/2 fi Triq l-Anġlu, Ħaż-Żebbuġ ilha aktar minn xahar biex tissewwa, jinbidel il-wire, eċċ.? Għaliex hemm dan id-dewmien kollu? Min hija l-persuna responsabbli sabiex twettaq dan ix-xogħol? Kemm-il darba ġiet irrapportata lill-customer care ta' l-Enemalta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-bozza li ghaliha qed issir riferenza inbidlet mis-Sezzjoni tad-Distrett minhabba li l-Hydraulic Platform ma jidholx f`din it-triq. Dan ix-xoghol sar flimkien ma` xogholijiet ohra fid-distrett fis-26 ta` Jannar ta` din is-sena. Ix-xogholijiet li jsiru f`dan id-distrett jaghmlu parti mill-responsabbilta` tal-foreman.
Leg 9 PQ #13176 Sitting 230 2000-01-31 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Żebbuġ — Kalkara tal-Ġir

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta dettaljata tal-bini eżistenti tal-Kalkara tal-Ġir f'Ħaż-Żebbuġ li hija proprjeta' tal-Gvern?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanta mitluba.