Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa stmat li tħallsu benefiċċji soċjali għar-rigward ta' mard lis-self-employed li rrapportaw sick matul dawn l-aħħar ħames snin 1994-1999?
Kemm kien l-average ta' ġranet li ġew claimed minn din il-kategorija u kemm mill-kategorija ta' self occupied?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Persuni li jaqilgħu anqas minn Lm390 fis-sena u jaħdmu għar-rashom (self-employed) ma jkunux intitolati għall-benefiċċju tal-mard.
Persuni li jaqilgħu aktar minn Lm390 fis-sena huma kkunsidrati bħala 'self-occupied' u huma ntitolati għall-benefiċċju tal-mard. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba sal-1998. L-informazzjoni għal-1999 għadha qed tinġabar u tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk statistikament il-Land Registry Department għandux l-informazzjoni dwar x'area ta' art jew area ta' bini qiegħda fil-pussess tal-barranin? Jekk fl-affermattiv, kemm hija din l-area fil-każ ta' Malta u kemm f'Għawdex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13744, jista' l-Ministru jagħtini informazzjoni dettaljata dwar il-pożizzjoni tal-Korporazzjoni Enemalta vis-a-vis il-post differenti li kellha tiddentifika sabiex terġa' titwaħħal il-lampa fit-trejqa li tagħti għal kamra tan-nar f'Wied Qirda, Ħaż-Żebbuġ?
Hemm xi raġuni għal dan id-dewmien kollu meta wieħed jikkonsidra l-ħtieġa urġenti f'każ ta' inċident li jista' jinqala' f'dan il-lok?
Meta hemm il-ħsieb li tittieħed id-deċiżjoni u din tiġi mplimentata?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-lampa li ghaliha qed issir riferenza ser titwahhal ma` kamra li ghadha kif inbniet biswit it-triq f`Wied Qirda f`Haz-Zebbug. Ix-xoghol mistenni jibda dalwaqt.
B'riferenza għall-emendi li saru mill-Awtorita' tad-Djar għal Skema Z kif ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern tat-28 ta' Marzu 2000, jikkonsidra l-Viċi Prim Ministru li għal dawk il-persuni li jaqgħu taħt kategorija E li allura dħul massimu tagħhom ma jistax jaqbeż Lm5,000 u li l-membri fil-familja jkunu ta' bejn tlieta u erbgħa, "jingħatalhom perċentaġġ relatat ma' dawk li huma ħames membri fil-familja", meta wieħed jikkonsidra li llum il-ġurnata bħala average familja Maltija hija komposta minn erba' persuni? Jikkonsidra wkoll li din il-kategorija f'dan il-bracket jaqgħu biss dawk li huma ħames membri jew aktar fil-familja?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-'Policy' preżenti ta' l-Awtorita' tad-Djar hi li biex wieħed japplika taħt din l-Iskema u Skemi simili d-dħul annwali tiegħu ma jridx ikun ta' aktar minn Lm4,300 wara li titnaqqas il-Bolla (National Insurance Contribution). Barra minnhekk, id-dħul miċ-'Children Allowances", fejn applikabbli ma jittieħdux in kunsiderazzjoni.
Pero' biex tgħin aktar lil dawk il-familji ta' ħames persuni jew aktar l-Awtorita' tad-Djar estendiet ic-'ceiling' minn Lm4,300 fis-sena għall-Lm5,000. Dan sar biex tiġi implimentata l-wegħda elettorali tal-Gvern fil-qasam tad-djar.
Id-dħul annwali għas-sena bażi jkun rivedut kull sena bl-ammont a bażi ta' kull sena tal-paga minima nazzjonali.
Jista' l-Ministru jordna sabiex pole tad-dawl li kien twaħħal proviżorjament f'kantuniera fi Triq San Ġużepp, Ħaż-Żebbuġ, jitneħħa ġaladarba ma baqgħalux użu u l-cables li hemm imwaħħlin miegħu jerġgħu jiġu re-instated mal-bini ġdid li issa tlesta minn kollox?
Response (BONNICI, JOSEF)
Is-suggeriment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta ghall-kunsiderazzjoni taghha.
Jista' l-Ministru jordna li l-estensjoni tad-dawl f'Wied Qirda Ħaż-Żebbuġ lejn il-Kamra tan-nar ta' San Ġużepp, titwettaq minħabba ż-żmien twil li dan il-proċess ilu għaddej?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li skond ir-rekords mizmuma mill-Korprazzjoni Enemalta ma jirrizultax li hemm xi applikazzjoni bix isir xoghol ta` elettriku f`Wied Qirda f`Haz-Zebbug.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fi Triq Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ (viċin St Lawrence Flats) hemm ħafna dawl baxx partikolarment filgħaxija? Tista' tiġi rimedjata mill-aktar fis possibbli?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi mistharreg u jekk ikun hemm htiega jittiehdu l-passi necessarji.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid meta persuna tiġi boarded out bħala invalid jew għal xi raġuni oħra, jiġi nformat id-Dipartiment tal-VAT li din il-persuna ma tkunx tista' tiġġestixxi xogħol bi qliegħ?
Kemm kien in-numru ta' persuni li nqabdu jaħdmu meta ġew dikjarati bħala invalid matul is-sena 1998/1999?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-fatt li persuna tkun reġistrata mad-Dipartiment tal-Vat ma tipprekludihiex milli tikkwalifika għal Pensjoni ta' l-Invalidita' sakemm ma tkunx hi stess qed tagħmel xi xogħol bi qliegħ. Għaldaqstant id-Dipartiment qatt ma jinforma lid-Dipartiment tal-Vat meta persuna tikkwalifika għall-Pensjoni ta' l-Invalidita'. B'dana kollu id-Dipartiment minn żmien għal żmien jivverifika każi ta' persuni li jkunu ġew "boarded-out" bl-għajnuna tal-Korporazzjoni ta' l-Impiegi u t-Taħriġ u/jew istituzzjonijiet oħra.
Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija jiena nfurmat li d-Dipartiment ma jżommx l-istatistika mitluba minnu.
Jista' l-Ministru jgħid meta persuna tiġi awarded kuntratt għal xogħol mitlub mill-gvern, jiġi ċċertifikat li din il-persuna hija: (a) reġistrati mal-VAT; (b) ma ġietx boarded out bħala invalid; u (ċ) ma tkunx qegħda tirreġistra għax-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li safejn għandhom x`jaqsmu sejħiet għall-offerti maħruġa mid-Direttur tal-Kuntratti, jiġifieri dawk ta` valur stmat li jaqbeż l-Lm20,000 min jitfa` offerta irid jagħti dejjem in-numru tal-VAT tiegħu personali jew tal-kumpanija, irid jissuplixxi ċertifikat maħruġ mill-ETC dwar registrazzjoni tal-ħaddiema li jkunu ser jaħdmu waqt il-kuntratt u jintrabat ukoll li josserva l-liġijiet tax-xogħol (Employment Regulations).
Pero sakemm ma jkunx hemm xi suspett għaliex dan għandu jsir, l-offerent ma jiġix mitlub uffiċjalment biex jagħmel dikjarazzjoni dwar il-punti (b) u (ċ) tal-mistoqsija.
Minħabba l-fatt li t-Turkija qegħda fil-proċess għad-dħul fl-UE, jikkonsidra l-Ministru li tinfetaħ ambaxxata Maltija fit-Turkija?
Response (BORG, JOE)
Il-Ministeru qiegħed jikkonsidra ftuħ ta' iżjed Ambaxxati, kemm f'pajjiżi Ewropej kif ukoll f'pajjiżi barra mill-Ewropa. Priorita tingħata lill-pajjiżi li huma diġa membri ta' l-Unjoni Ewropeja, pajjiżi applikanti u pajjiżi oħra Mediterranji.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 7367 imwieġba fil-31 ta' Mejju 1999, jista' l-Ministru jindika l-postijiet fejn jista' jsir rimi ta' liquid manure mill-irziezet u postijiet oħra? Kemm twaħħlu tabelli sabiex jindikaw dawn is-siti u meta kien ippublikat il-ktieb li għalih irriferiet fit-tweġiba?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li wara li sar studju minn uffiċjali ta' dan id-Dipartiment, ġew stabbiliti għaxar siti madwar Malta fejn għandu jsir rimi ta' dan l-iskart likwidu mill-irziezet.
S'issa ma twaħħlu ebda tabelli peress li l-awtorizzazzjoni mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar għadha ma waslitx.
Għadu ma ġiex ippubblikat il-ktieb imsemmi fil-mistoqsija, pero' dan qiegħed jiġi ffinalizzat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fl-irziezet tal-majjali minn spetturi tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura f'Ħaż-Żebbuġ matul is-snin 1998 u 1999? X'kienu l-irregolaritajiet li nstabu f'kull spezzjoni ta' dawn l-irziezet? Kemm ġew imħarrka sidien ta' irziezet matul dan il-perijodu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Tlabt lill-uffiċjali responsabbli minn dan ix-xogħol sabiex jiġbru din l-informazzjoni li qed jitlob l-Onor. Interpellant. Kif ikolli risposta ngħaddihilu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset VAT matul is-sena 1999 minn dawn il-professjonisti: Tobba, avukati, nutara, spiżjara u physiotherapists? F'kull każ kemm huwa n-numru ta' dawk reġistrati mal-VAT Department?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpelant li t-tagħrif mitlub minnu qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-prezz uffiċjali meta wieħed jieħu radam biex jiġi depożitat fil-Magħtab dump? Hemm xi regoli fissi għal dawk li għandhom proprjeta' disponibbli għar-radam? X'inhuma r-regolamenti u l-ħlas bit-tunnellata?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-prezz uffiċjali għad-depożitu ta' radam fil-miżbla tal-Magħtab huwa ta' 38 ċenteżmu kull tunellata, VAT inkluża.
Ir-regoli huma li l-iskart irid jinġarr f'vetturi li huma reġistrati mad-Dipartiment u li l-ġarr isir waqt il-ħinijiet uffiċjali ta' l-operat ta' l-istess miżbla.
Ir-regolamenti huma dawk stipulati fl-Avviż Legali 128 ta' l-1997.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13868, liema kienu l-farms (irziezet) li ġew spezzjonati: 11 fis-sena 1998; 12 fis-sena 1999 u tlieta f'Jannar 2000?
X'kien jisimhom il-farms? Min huma s-sidien li ntalbu biex issirilhom l-ispezzjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Membru hi ta` natura kunfidenzjali lest li ngħaddiehlu b`mod personali.
Jista' l-Ministru jgħid taħt liema liġi jaqa' l-infurzar li ma jistgħux jintużaw mobile phones waqt li drivers ikunu qegħdin isuqu l-vettura?
Kemm inqabdu persuni f'dan ir-reat?
Kemm ġew imtella' l-qorti?
Response (BORG, TONIO)
L-użu ta` mobile phones minn persuna li tkun qed issuq vettura bil-mutur, huwa projbit bir-regolamenti 68 u 69 tar-Regolamenti ta` l-1994 dwar il-Vetturi bil-Mutur. Ninsab infurmat li matul l-1999 tressqu l-Qorti 538 bi ksur ta` dawn ir-regolamenti.
B'riferenza għall-appointments li ngħataw riċentement minn Health Assistants għal Nursing Aides, kemm kien in-numru ta' dawk li għamlu l-kors ta' nursing aides u ġew appuntati?
Kemm kien in-numru li allavolja għaddew ma ġewx appuntati?
Meta hemm il-ħsieb li dawn l-Health Assistants jingħatalhom l-appointment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
B'riferenza għall-appointments li ngħataw riċentement minn Health Assistants għal-Nursing Aides, fid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani, ħmistax għamlu l-kors ta' Nursing Aide u ħamsa ġew appuntati. Dawn kienu żewġ Health Assistants u tlieta Casual Nursing Aides. Health Assistant wieħed ingħatalu l-appointment minn dan id-Dipartiment waqt li l-Health Assistant l-ieħor u l-Casual Nursing Aides ingħatalhom l-appointment mid-Dipartiment tas-Saħħa. Għaxra mill-ħmistax hawn fuq imsemmija għaddew u għadhom ma ġewx appuntati. Biss qed jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex dawn jingħatalhom l-appointment mill-aktar fis possibbli.
Fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule, in-numru ta' Health Assistants li ġew appuntati għall-Nursing Aides kien ta' mija ħamsa u ħamsin. Tlieta ma ġewx appuntati. Biss, qed jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex dawn jingħatalhom l-appointment mill-aktar fis possibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba l-pulizija ta' Ħaż-Żebbuġ ġiet rrapportat lilhom sabiex jispezzjonaw trucks li kienu qegħdin iwaddbu liquid manure f'manholes tad-drenaġġ mhux awtorizzati għal dan l-iskop fl-area ta' Ħaż-Żebbuġ u Siġġiewi?
Kemm ġew irrapportati każi quddiem il-Qorti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li din is-sena l-Pulizija kellha tlett rapporti li kien qiegħed jiġi mbattal materjal fit-tappiera tad-drenaġġ li hemm fi Triq is-Siġġiewi, Ħaż Żebbuġ. Dawn kienu rapporti anonimi u ma ngħatawx dettalji li jistgħu b`xi mod jidentifikaw min kien qed jikkommetti dan l-allegat reat. F`kull każ il-Pulizija dejjem aċċediet immedjatament fuq il-post, iżda l-investigazzjonijiet irriżultaw fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jagħtini informazzjoni dwar meta ġew spezzjonati is-sumps ta' l-irziezet fl-areas ta' Wied Qirda, Wied il-Baqqiegħa u Wied il-Kandlora f'Ħaż-Żebbuġ f'dawn l-aħħar sitt xhur (Awissu sa Jannar 2000)?
Kemm instabu li mhux qegħdin jiffunzjonaw?
X'passi ttieħdu meta dawn is-sumps ma kenux qegħdin joperaw?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ġejt infurmat li mhux fil-kompitu tad-Dipartiment tas-Saħħa li jispezzjona s-sumps (fossos) ta` l-irziezet indikati.
Il-fossos jiġu ttestjati min dan id-dipartiment meta jkun ikkonstatat li hemm xi difett strutturali, jew meta l-individwu jagħmel l-applikazzjoni oriġinali, sabiex iżomm fossa. Azzjoni tista tittieħed mid-Dipartiment tas-Saħħa meta dawn il-fossos jithallew ifuru.
Billi t-tbattil tal-fossa jista jsir mid-Dipartiment tad-Drenaġġ nitlob l-Onor. Interpellant li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ikkonċċernat meta jkun mitlub, jkun aktar opportun li tali mistoqsijiet dwar il-funzjonament ta` dawn il-fossos, jiġu rreferuti lil Ministru kkonċernat.