Legislature:
Category:
Reset
Active:

Traffic Control Board — Vibes

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nurmu 13801, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-rakkmandazzjoni tal-bord għall-kontroll tat-traffiku?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku għadu qed jinvestiga x'forma ta' prekawzjonijiet għandu jieħu fil-post indikat mill-Onor. Interpellant.

Impiegi — Nursing Aides

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16350, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar it-tliet health assistants biex jiġu appuntati bħala nursing aides?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm iktar żviluppi mill-aħħar Tweġiba li ngħatat fir-risposta fis-Seduta 302.
Leg 9 PQ #17860 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' multa li ġabar id-Dipartiment tal-VAT matul is-sena 1999 sa Ġunju 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta` multi li ġabar id-Dipartiment f`każ ta` kompromess skond l-Artikolu 84 ta` l-Att ta` l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miġjud mill-1 ta` Lulju 1999 meta bdiet titħaddem l-iskema sa` t-30 ta` Ġunju 2000 kien ta` Lm44,200.
Leg 9 PQ #17861 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Sidien ta' Ħwienet — Irċevuti tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sidien ta' ħwienet li ġew imħarrka minħabba li ma ħarġux irċevuti tal-VAT matul is-sena 1999 sa Ġunju 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-OnorevoliInterpellant li n-numru ta` sidien ta` ħwienet li bejn l-1 ta` Jannar 1999 u t-30 ta` Ġunju 2000 ġew imħarrka għax ma ħarġux irċevuta tal-VAT kien 117.
Leg 9 PQ #17862 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Sidien ta' restaurants — Riċevuti tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' sidien tar-restaurants li ġew imħarrka minħabba li ma ħarġux irċevuti tal-VAT matul is-sena 1999 u sa Ġunju 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta` sidien ta` `restaurants` li bejn l-1 ta` Jannar 1999 u t-30 ta` Ġunju 2000 ġew imħarrka għax ma ħarġux irċevuta tal-VAT kien 13.
Leg 9 PQ #17863 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Street Hawkers — Riċevuti tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' street hawkers (inkluż dawk li jbiegħu fl-open markets) li ġew imħarrka minħabbba li ma ħarġux irċevuti tal-VAT matul is-sena 1999 u sa Ġunju 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta` `street hawkers`, inkluż dawk li jbiegħu fl-`open markets`, li bejn l-1 ta` Jannar 1999 u t-30 ta` Ġunju 2000 ġew imħarrka għax ma ħarġux irċevuta tal-VAT kien 78.

Djar — Imġarr

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinformani meta r-residenti tal-HOS 990/83 ta' l-Imġarr, Malta jkunu jistgħu jixtru d-dar tagħhom skond l-iskemi preżenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li l-Awtorita' tad-Djar ma ghandiex it-titolu legali fuq l-art ma tistax taghmel il-kuntratt finali mal-beneficjarji. Pero, il-beneficjarji kellhom l-opportunita' li japplikaw taht Skema ta' l-Awtorita' tad-Djar biex jifdu c-cens (kumpens ghall-okkupazzjoni) b'rata sussidjata u b'hekk ma jhallsux aktar cens (kumpens ghall-okkupazzjoni). Dawn il-beneficjarji ma applikawx taht din l-Iskema. Illum il-beneficjarji jistghu japplikaw biex jifdu c-cens (kumpens ghall-okkupazzjoni) bir-rata legali.
Leg 9 PQ #17761 Sitting 340 2000-07-07 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Furjana — Monument ta' Dante

Question

Jikkonsidra l-Ministru li jiġi mnaddaf il-monument ta' Dante fil-Furjana miż-żebgħa li hemm fuqu? Il-Professur Guido Santi ġie kkummissjonat aktar xogħol ta' restawr fil-bronż? Liema huma dawn ix-xogħlijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li x-xogħol ta' tindif u preżentazzjoni aħjar tal-monument imsemmi qed jiġi konsidrat.
Leg 9 PQ #17772 Sitting 340 2000-07-07 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Psychotropic drugs — Control cards

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura wżata mill-control card section sabiex tiġbor lura l-control cards (for psychotropic drugs) ta' dawk il-persuni li jiġu nieqsa? Jikkonsidra l-Ministru li kemm-il darba l-control card ma jibqgħaliex użu tagħha mill-pazjent li jkun miet din tiġi ritornata lura b'xi mod lid-dipartiment biex tnaqqas xi abbużi li jistgħu jissuċċidu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-proċeduri wżati mill-``Control Card Section'' dwar psychotropic drugs huma rregolati bid-``Drug Control Regulations'' A.L. 22 tal-1985 kif emendata b'A.L. 65 tal-1986, kif ukoll bid-``Dispensary Licensing Regulations'' A.L. 31 tal-1984. Tali kartuna hija speċifika għal kull individwu kif inhu rreġistrat fuq il-karta ta' l-identita'. L-ispiżjar obbligat li qabel jiddispensa, jiċċekkja li l-I.D. No. fuq il-kartuna jaqbel ma' dak tal-pazjent li dejjem obbligat jippreżenta l-karta ta' l-identita' lill-ispiżjar. Għalhekk, peress li meta pazjent jiġi nieqes, il-pulizija minnufih jiġbru l-karta ta' l-identita' ta' dik il-persuna, ma jidhirx li jista' jsir abbuż f'dan ir-rigward. Barra minn hekk, il-kartuna għandha ``expiry date'' u ma tistax tiġi wżata wara li tiskadi din id-data. Din hija forma oħra ta' kontroll kontra l-abbuż. Għaldaqstant, ma nħossux il-bżonn li l-``Control Card'' għandha tiġi rtirata wara li l-pazjent jiġi nieqes.
Leg 9 PQ #17553 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Collisions

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu reġistrati collisions mill-pulizija fit-turn li hemm quddiem il-KIA showrooms fit-triq bejn Ħaż-Żebbuġ u Ħal Qormi f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li statistika kompjuterizzata ta` kolliżżjonijiet ta` vetturi tinżamm mill-Pulizija skond it-triq. F`dan il-każ, fil-perijodu mitlub mill-Onorevoli Interpellant kienu 25 fl-1998, 66 fl-1999, filwaqt li matul din is-sena, sas-27 ta` Ġunju, kienu rrapurtati 45.

Qormi/Żebbuġ — Traffic collisions

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li fit-turn li hemm quddiem ix-showroom tal-KIA fit-triq bejn Ħal Qormi u Ħaż-Żebbuġ, issir "bay" għal dawk il-vetturi li jkunu jridu jduru ma' din it-turn? Jikkonsidra li din hija materja urġenti minħabba d-diversi każijiet ta' traffic collisions f'dan il-lok partikolari?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tlabt lil Bord għall-Kontroll tat-Traffiku jikkunsidra t-talba ta' l-Onor. Interpellant.

Għajnuna finanzjarja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonsidra regolamenti jew direttivi għal diversi appelli minn individwu partikolarment għal għajnuna finanzjarja għal xi ħadd mill-familjarji tagħhom? Jikkonsidra li kull appell għandu jiġi vvettjat mill-ministeru tiegħek partikolarment?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nassumi li l-Onor. Interpellant qieghed jirreferi ghal decizjonijiet tad-Dipartiment tas-Sigurta' Socjali dwar talbiet ghal beneficcji socjali. L-Artiklu 108 tal-Att dwar is-Sigurta' Socjali (Kap 318) jipprovdi li jista' jsir Appell lill-Arbitru mahtur bis-sahha tal-Artiklu 107, dwar kull decizjoni tad-Direttur fuq xi punt tal-Ligi jew principju ta' mportanza. Il-Ligi tipprovdi wkoll ghal Appell mid-decizjoni ta' l-Arbitru quddiem il-Qorti ta' l-Appell. Minn dan li ghedt johrog car li l-Ligi tipprovdi l-makkinarju mehtieg fil-kaz ta' Appelli. Fir-rigward tad-decizjonijiet li jinghataw mill-Bord ghall-Ghajnuna Socjali, liema decizjonijiet ma humiex appellabbli, ma tinhassx il-htiega li provedimenti ezistenti jinbidlu galadarba talba mressqa quddiem dan il-Bord tinghata konsiderazzjoni bir-reqqa kollha minn diversi esperti li huma mahtura fuq dan il-Bord apposta.
Leg 9 PQ #17306 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Protokol Taljan — Scholarships

Question

Jista' l-Ministru fit-trattattivi li qed isiru bħalissa mal-Gvern Taljan dwar protokol ġdid jara li issir enfasi fuq scholarships għal korsijiet akkademiċi fl-universitajiet Taljani għal studenti Maltin fejn l-Universita' ta' Malta ma tipprovdix dawn it-tip ta' korsijiet? Partikolarment tista' ssir enfasi fuq il-kors ta' veterinarji?

Response (BORG, JOE)

L-ischolarships li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għalihom jaqaw iktar milli taħt il-Protocol ġdid Taljan, taħt il-ftehim kulturali li diġa jezisti bejn Malta u l-Italja. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni bħalissa qed ifassal l-abbozz tal- proposti l-ġodda li ser jiġu diskussi mill-Kummissjoni mħallta bejn iż-żewġ pajjiżi iktar tard din is-sena. Barra minn hekk, ta' min isemmi li proġett dwar scholarships ġie sottomess lill-awtoritajiet Taljani għal finanzjament taħt il-Ħames Protocol finanzjarju. Wieħed irid jgħid ukoll illi dawn il-korsijiet mhumiex ristretti għall-qasam specifiku, iżda huma miftuħa għall-dawk l-oqsma ta' studju, li mhumiex offruti mill-Universita ta' Malta, u li huma identifikati mill-istudenti nnifishom,bħal per ezempju,korsijiet fil-medicina veterinarja.
Leg 9 PQ #17247 Sitting 324 2000-06-23 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Kors għal Veterinarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilita' hemm li fl-Universita' ta' Malta jibda kors akkademiku għal Veterinarji? Jikkonsidra l-Ministru li professjoni ta' veterinarji hija neċessarja ħafna għal pajjiżna?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra

ETC — Self-employed

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' self-employed li waqfu mix-xogħol għal xi perijodu ta' żmien matul dawn l-aħħar tliet snin (1996-1999) u rreġistraw għax-xogħol? X'kien l-average tal-perijodu ta' dan iż-żmien matul dawn it-tliet snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' self-employed li waqfu mix-xogħol u marru jirreġistraw bejn l-1 ta' Jannar 1996 u l-31 ta' Diċembru 1999 kien ta' 2550. Il-perjodu medju li damu jirreġistraw kien ta' 38 ġimgħa.
Leg 9 PQ #16685 Sitting 310 2000-06-12 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Ħamiem

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li d-dipartiment tas-saħħa jelimina l-ħamiem mill-bini ta' l-Isptar San Luqa? Huwa konxju mill-ġeneru ta' droppings ta' dawn it-tjur, li barra li qegħdin iħammġu l-bini qegħdin ukoll joħolqu ta' imblokk ta' ventilation u twieqi? Jikkonsidra l-Ministru li ċerti ventilaturi u twieqi effetwati minn din il-problema jiġu screened permezz ta' metal mesh?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa diġa' ħa miżuri sabiex titnaqqas il-problema tal-ħamien, infatti diġa' ingħalqu ventilaturi ta' l-aħħar sular. Din il-problema qiegħda tiġi studjata mid-Dipartiment u hemm ħsieb li jitqabbdu xi esperti għal dan il-għan.
Leg 9 PQ #16583 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żebbuġ — Triq San Ġużepp - Arblu tad-dawl

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15215, jista' l-Ministru jindikali meta se jitneħħa l-arblu tad-dawl in kwestjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-arblu li ghalih qed issir riferenza kien gie nstallat b`mod permanenti. Peress li l-bini l-gdid ma jippermettix li jergghu jitwahhlu brackets li fuqhom iserrhu l-linji ta` l-elettriku, dan l-arblu jkollu jibqa` fil-post fejn jinsab illum.
Leg 9 PQ #16584 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Mosta — Triq il-Wied

Question

Jista' l-Ministru jindaga x'infringements qegħdin isiru fil-wied tal-Mosta, partikolarment Triq il-Wied? X'possibbilta' teżisti li dan il-wied jiġi scheduled, kemm minħabba l-karatteristika tiegħu kif ukoll minħabba l-preservazzjoni ta' ammont ta' siġar tal-ħarrub?

Response (BORG, TONIO)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li jidher li minn ilmenti oħra, inklużi ritratti li waslu l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, 'l-infringements li qegħdin isiru fil-wied tal-Mosta, partikolarment Triq il-Wied', jirreferu għal parti minn din it-triq li bħalissa qegħdha tiġi żviluppata. Ninsab infurmat ukoll li wara spezzjoni li saret f`din it-triq irriżulta li fadal plot vojta (kantuniera) u fiha ntefa` fdal ta` materjal tal-bini b`riżultat li qiegħed ikerrah l-ambjent. Minn naħa ta` l-Enforcement Unit ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qegħdin isiru nvestigazzjonijiet biex jiġi identifikat is-sid ta` din il-plot, ħalli jkun avżat ineħħi huwa stess dan il-materjal. Fin-nuqqas ta` dan jittieħdu passi skond kif tipprovdi il-liġi. Il-Wied tal-Mosta huwa wieħed mill-iktar importanti fil-Gżejjer Maltin għal raġunijiet ambjentali, ekoloġiċi, agrikoli, kulturali, kif ukoll minħabba r-riżorsi ta` l-ilma. L-Awtorita` ta` l-Ippjanar beħsieba tipproteġi il-kumpless ta` widien li minnu jagħmel parti il-Wied tal-Mosta billi tiskedah hekk kif jiġu ffinalizzati l-istudji kollha. S`issa, parti sostanzjali ta` dan il-kumpless ta` widien ġiet mistħarrġa. L-eżerċizzju ta` l-iskedar jieħu ħsieb li jipprovdi protezzjoni lill-elementi kollha ta` importanza, mhux l-inqas lil ħafna siġar tal-ħarrub u ta` tipi oħra li jikbru fil-wied.

Impjiegi — Nursing aides

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 14020 kif imwieġba fil-21 ta' Frar, 2000, jista' l-Viċi Prim Mnistru jinfurmana meta dawn it-tliet health assistants se jiġu appuntati bħala nursing aides?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taħditiet mal-Management and Personnel Office biex dawn it-tliet Health Assistants jiġu appuntati bħala Nursing Aides għadhom sejrin.

ETC — Self-employed

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' self-employed li waqfu mix-xogħol għal xi perijodu ta' żmien matul dawn l-aħħar tliet snin (1996-1999) u rreġistraw għax-xogħol? X'kien l-average tal-perijodu ta' dan iż-żmien matul dawn it-tliet snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Din il-Mistoqsija ser tiġi mwieġba aktar tard minħabba li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.