Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #22026 Sitting 453 2000-12-07 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrial Area ta' l-Imrieħel — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 21734 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' l-Ministru jara li tiġi mnaddfa l-Industrial Area ta' l-Imrieħel? Jikkonsidra li kwantita kbira ta' materjal għal għonq it-toroq ta' l-inħawi, kif wkoll il-vetturi abbandunati jistgħu jkunu ta' aktar periklu f'każ ta' xi ħruq?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta sabiex jiettieħdu l-passi meħtieġa.

Dipartiment tat-Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hija s-somma globali li għandu jagħti d-dipartiment tat-toroq għal dawk l-artijiet li jkun akkwista għal diversi proġetti, per eżempju ftuħ ta' toroq, etċ. bi ftehim mal-proprjetarji ta' l-art? X'inhi l-proċedura sabiex wieħed jitħallas wara li jkun aċċetta s-somma ta' flus rakkmandata lilu? Mingħand min jitħallas s-sid?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment stabbilixxa l-ammont ta' Lm476,433 li għandu jitħallas lis-sidien ta' l-art li qegħeda tiġi meħuda għal xogħolijiet kurrenti fit-toroq u li fuqha hemm ftehim mas-sidien. S'issa il-proċedura hi li d-Dipartiment jiżgura li jsiru riċerki fuq il-propjeta msemmija u jgħaddi l-informazzjoni lill-Kummissjoni ta' l-Art biex dan jara li jsir il-kuntratt. Meta l-kuntratt jasal biex isir id-Dipartiment jgħaddi l-flus miftehma lill-Kummissjoni ta' l-Art biex il-pagament dovut jitħallas mal-kuntratt.
Leg 9 PQ #21732 Sitting 443 2000-12-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li fil-lotterija li titla' kull xahar minn dawk il-fiscal receipts li jirċievi id-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku mingħand il-pubbliku, ikun hemm xi forma ta' inċentiv fl-istess lotterija għar-Retail Outlets li jkun ħareġ l-istess irċevuta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma nħossx li tkun ħaġa xierqa li jingħata xi forma ta’ inċentiv lill-operaturi tan-negozju li huma stess huma obbligati skond l-Att ta’ l-1998 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud li joħorġu irċevuta fiskali.

Bini ta' Toroq — Tenders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu kuntratturi fis-sejħa għal tenders dwar il-bini mill-ġdid ta' dawn it-toroq:- (a) Mdina Road to Saqqajja; (b) Triq ta' Burmarrad; u (ċ) Triq bejn taħt l-Imtarfa sa San Ġużepp tat-Tarġa li kienu ippubblikati fl-ewwel nofs ta' din is-sena (2000)? Meta sejrin jiġu awarded?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li kien hemm tliet kuntratturi li tefgħu offerti għal dawn it-tenders. It-tender għax-xogħol li mit-triq ta' Burmarrad tasal sa tal-Qlejja waslet biex tiġi aġġudikata fil-waqt li ż-żewġ tenders l-oħra għadhom għaddejien bil-proċess ta' l-aġġudikazzjoni.
Leg 9 PQ #21734 Sitting 443 2000-12-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Ambjent

Industrial Area ta' l-Imrieħel — Tindif

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi mnaddfa l-Industrial Area ta' l-Imrieħel? Jikkonsidra li -kwantita kbira ta' materjal għal għonq it-toroq ta' l-inħawi, kif wkoll il-vetturi abbandunati jistgħu jkunu ta' aktar periklu f'każ ta' xi ħruq?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #21528 Sitting 436 2000-11-27 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Djar — Joint Office

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21347 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Politika Soċjali u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’: jista' jgħid jekk hemmx xi ħsieb li fi żmien qasir terġa' toħroġ skema oħra sabiex dawk li għandhom djar taħt il-kontroll tal-Joint Office b'ċens temporanju dan jiġi mifdi permezz ta' kuntratt mal-Joint Office?

Response (BORG, TONIO)

Jien infurmat li l-Uffiċċju Konġunt qiegħed jaħdem fuq skema ġdida sabiex dawk li jħallsu ċens temporanju fl-istess Uffiċċju jkunu jistgħu jifduh.
Leg 9 PQ #21346 Sitting 434 2000-11-22 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Emergency Section

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li mill-bidu nett tas-sena d-dieħla fl-Emergency Section ta' l-Isptar San Luqa u fil-Health Centres jibdew jiġu rekordjati l-casualties minn korrimenti fuq il-post tax-xogħol? Jikkonsidrax li dawn jiġu ċertifikati f'records speċjali mqassma b'dettalji dwar: f'liema ażjenda, minor accident, medium accident etc inkluż s-sess ta' l-individu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent, is-sistema ta' reġistrazzjoni ta' pazjenti fl-Emerġenza ma tisseparax r-records ta' pazjenti li sofrew injuries fuq il-post tax-xogħol. Ninsab infurmat illi matul l-2001 ser tiġi installata sistema diġitali ta' records fl-Emerġenza. B'din is-sistema d-Dipartiment ikun jista` jimmarka dawk r-records ta' pazjenti li sofrew injuries fuq ix-xogħol biex ikun jista` jsir auditing u statistika.

Djar — Joint Office

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li fi żmien qasir terġa' toħroġ skema oħra sabiex dawk li għandhom djar taħt il-kontroll tal-Joint Office b'ċens temporanju dan jiġi mifdi permezz ta' kuntratt mal-Joint Office?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Din il-mistoqsija l-aħjar issir lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #21155 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Scholarship

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni lil din il-Kamra dwar kemm hemm għalliema fl-iskejjel primarji, sekondarji u dawk tekniċi li qegħdin jattendu xi scholarship jew korsijiet f'Malta jew barra sabiex ikomplu jiżviluppaw l-istudju tagħhom Minn liema skejjel ġejjin? Għal liema korsijiet qegħdin jispeċjalizzaw? F'liema pajjiż qegħdin dawk l-għalliema li qegħdin jieħdu dan il-kors barra min Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li jirrikjedi ċertu żmien biex it-tagħrif mitlub jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #20894 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Domestic Supply

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 19590?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li sal-31 ta' Lulju 2000, il-bilanċ dovut lill-Korporazzjoni Enemalta għall-ħlas ta' l-elettriku kien jammonta għal Lm26,121,993. Minn dan l-ammont, is-settur domestiku u klijenti kummerċjali żgħar kellhom jagħtu Lm13,231,803, li minnhom Lm5,599,114 huma marbuta ma' kontijiet kurrenti. Is-settur kummerċjali għandu jagħti s-somma ta' Lm3,054,721 li minnhom Lm557,790 huma relatati mal-kontijiet kurrenti. Fil-preżent l-Enemalta ma għandhiex fis-sistema tar-rekords tagħha n-numru ta' residenti u stabbilimenti kummerċjali li huma lura fil-ħlas. Meta wieħed jiftakar li llum in-numru ta' klijenti jlaħħaq madwar 227,000 żgur li fil-futur irid jinstab mezz ta' ġbir aħjar minn dak preżenti. Is-sistema magħrufa bħala 'pre-payment metering' illum titħaddem f'diversi pajjiżi u hi aċċettata anke bħala mezz ta' kif wieħed jirregolarizza l-konsum peress li jkun qiegħed iħallas waqt li jkun qed juża l-elettriku.

Kunsilli Lokali — Ilmenti

Question

Id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali jirċievi ilmenti mill-pubbliku dwar xi irregolaritajiet partikolarment mil-lat ta' sinjali tat-traffiku, eċċ? F'eventwalita' bħal din, x'passi jieħu d-dipartiment? Il-kunsilli jirrispondu u jpoġġu fil-prattika r-rakkmandazzjonijiet tad-dipartiment?

Response (GATT, AUSTIN)

Ghalkemm l-ilmenti fuq il-funzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ghandhom jigu ndirizzati lill-Kunsill tal-lokalita' koncernata, jkun hemm kazijiet fejn l-ilment jintbaghat id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali. F'dan il-kaz id-Dipartiment jigbed l-attenzjoni tal-Kunsilli Lokali biex l-ilment jigi pprocessat u kkunsidrat skond ir-Regolamenti tal-Kunsilli Lokali dwar l-ilmenti. Ma jirrizultax li hemm xi ilmenti li ma gewx ikkunsidrati mill-Kunsilli Lokali.
Leg 9 PQ #19590 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Domestic supply

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus li għandha tieħu l-Enemalta Corporation mid-domestic supply ta' l-elettriku u mill-commercial supply? Kemm hemm residenzi li huma lura fil-ħlas u kemm huma l-istabbilimenti kummerċjali li huma lura fil-ħlas? Jikkonsidrax il-Ministru li l-Enemalta tintroduċi l-użu ta' meters li jistgħu jintużaw biss bis-sistema ta' cards għal dawk li ripetutament iżommu lura fil-ħlas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19526 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Qormi — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jordna b'urġenza li l-istreet lighting li hemm fis-central strip fi Triq l-Imdina, Qormi ċioe' bejn il-fabbrika tal-Coca-Cola u l-KIA showroom jiġi rranġat u jinxtegħel biex ma jkomplix iżid mal-periklu eżistenti li hemm diġa' f'din it-triq minħabba l-kostruzzjoni tagħha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-ħsara li għaliha qed issir riferenza issewwiet.
Leg 9 PQ #19538 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Każ ta' mara mejta

Question

Jista' l-Ministru jagħtini tagħrif dwar l-inkjesta maġisterjali li saret mal-pulizija wara l-mewt ta' mara (li isimha qed jintbagħat separatament) fi Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbeġ fid-29 ta' Novembru, 1999? L-inkjesta ingħalqet? Ir-riżultat ta' l-awtopsja ġie konkluż u ffirmat? Meta l-lok li kienet toqgħod fih din il-mara sejjer jingħata lill-qraba tal-mejta?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-każ li rrefera għalih l-Onorevoli Interpellant huwa suġġett għall-Inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa li għadha mhix konkluża. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat illi r-rilaxx tal-post irid jiġi awtorizzat mill-Qorti.
Leg 9 PQ #19336 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Kunsill ta' l-Ewropa — Rakkomandazzjoni Nru 76

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk Malta rratifikatx ir-rakkomandazzjoni nru 76 (2000) tal-Kunsill ta' l-Ewropa mill-branch CLRAE? Jekk le meta hemm il-ħsieb li Malta tirratifika din ir-rakkomandazzjoni?

Response (BORG, JOE)

Ir-rakkomandazzjoni numru 76 ġiet diskussa fis-seduta tad-Deputati tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa fis-6 ta' Settembru 2000. Ir-rakkomandazzjoni titkellem dwar il-parteċipazzjoni tar-residenti barranin fil-ħajja pubblika lokali. Malta flimkien mal-pajjiżi membri tal-Kunsill qablet mad-deċiżżjonijiet li ttieħdu fuq din ir-Rakkomandazzjoni. Il-Gvern Malti jiddeċiedi jekk għandux jissieħeb fl'adozzjoni ta' din ir-rakkomandazzjoni meta din eventwalment titressaq għall-adozzjoni mill-pajjiżi membri tal-Kunsill. Ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ma jiġux ratifikati imma adottati mill-pajjiżi membri. Huma il-Konvenzjonijiet u l-Protokolli tal-Kunsill ta' l-Ewropa li jiġu ffirmati w ratifikati.
Leg 9 PQ #19057 Sitting 367 2000-09-22 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Siġar — Żbir

Question

Jista' l-Ministru jordna li jinżabru siġar li kibru għal għonq it-triq li minn fuq il-pont ta' l-Imsida tagħti għat-Triq ta' Valley Rd, Msida/B'Kara?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-siġar tal-Ficus li jinsabu Valley Road, B'Kara kollha nżabru, kif ukoll dawk li jagħtu għan-naħa ta' l-Imsida. L-unika erbgħa siġar li ma nżabrux huma dawk tal-Quercus robur li jinsabu taħt il-pont u viċin il-ġibjun ta' l-ilma. Dawn is-siġar ma jinżabrux issa imma wara li jwaqqgħu il-weraq għal ħabta ta' Diċembru. Għalhekk iż-żabra ta' dawn is-siġar ser issir fil-bidu tas-sena d-dieħla.
Leg 9 PQ #189 Sitting 363 2000-09-18 Written · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Twaqqigħ ta' bini maġemb il-Caraffa Stores

Question

Qatt kien hemm xi talba/applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar dwar twaqqigħ ta' xi bini għal skop ta' żvilupp fil-Vittoriosa Waterfront maġemb il-Caraffa Stores? Meta saret din l-applikazzjoni? Minn min saret? Jekk kienx ħareġ il-permess u jekk fl-affermattiv tista' titqiegħed kopja tal-permess mar-risposta? 04/08/2000

Response (BORG, TONIO)

Ninsab informat li kien hemm applikazzjoni lill-awtorita' ta' l-Ippjanar għal twaqqiegħ ta' bini li kien imiss ma' Caraffa Stores. Din l-applikazzjoni saret fid-19 ta' Settembru 1997 mit-Taqsima tax-Xogħlijiet. Il-permess għat-twaqqiegħ inħareġ fid-9 ta' Jannar 1998 wara li kien ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Wirt u l-kumitat tekniku tal-Cottonera Rehabilitation Project. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-permess relatat ma' l-applikazzjoni msemmija.
Leg 9 PQ #18828 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Kors għal veterinarji

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17247?

Response (GALEA, LOUIS)

M'hemmx dubju li l-professjoni ta' veterinarju hi importanti ħafna għal pajjiżna li għandu jkollu provvista adegwata u regolari ta' dawn il-professjonisti. B'danakollu n-numru meħtieġ huwa limitat u jirrendi l-għoti tal-kors mill-Universita` spendjuż ħafna. Ser nibqa' nżomm din il-kwestjoni taħt konsiderazzjoni għal kwalunkwe ammeljorament possibbli.
Leg 9 PQ #18882 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru ta' l-Intern

Liġi dwar il-Proprjeta' ta' l-Għadu

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn meta għaddiet il-liġi dwar il-proprjeta' ta' l-għadu kemm-il claim kien hemm għal lista li kienet ippubblikata mal-liġi? Min kienu dawk li talbu xi wieħed mil-listi ndikati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma saret l-ebda talba dwar proprjeta` li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #18893 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħadid — Riċiklar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' ħadid li qiegħed jiġi esportat għar-recycling fis-snin 1996, 1997, 1998 u 1999? F'liema pajjiżi qiegħed jiġi esportat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li bit-terminu 'għar-recycling" l-Onorevoli Interpellant irid ifisser "scrap". Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.