Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12583 u jindaga jekk tistax tiġi rranġata l-bankina madwar iċ-ċimiterju ta' Ħal-Lija?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li saru l-ispezzjonijiet meħtieġa fuq il-bankina msemmija mill-Onorevoli Interpellant u b’hekk din il-bankina ġiet inkluża f’lista ta’ xogħlijiet simili ta’ manutenzjoni. Dawn ix-xogħlijiet isiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Billi fi Triq Giovan Mamo, Birkirkara hemm problema bid-dħul tas-sistema tad-drenaġġ, jista' il-Ministru jindaga x'jista' isir biex din il-problema tingħeleb?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jġħid jekk id-direttiva ta' l-Unjoni Ewropea 2001/20/EC ġietx imdaħħla fil-liġi Maltija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li d-direttiva tal-Unjoni Ewropeja bin-numru 2001/20/EC ġiet implimentata fis-26 ta' Novembru tas-sena 2004 permezz tar-Regolamenti tal-2004 dwar Provi Kliniċi skond l-avviż legali numru 490 tas-sena 2004.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14457 u cioe': billi qiegħed jiġi restawrat l-akkwadott f'Santa Venera u Birkirkara, Balzan, Attard, jista' il-Ministru jikkonsidra li terġa' tinbena replika tal-bieb ta' Fleur-de-lys li kien distrutt fil-gwerra? Dan jista' isir flimkien mal-kunsill lokali ta' Birkirkara.
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent m’hemm l-ebda pjanijiet sabiex terga’ tinbena replika tal-bieb ta’ Fleur-de-lys.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 15377 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura u jara jistax jinxtegħel il-monument ta' Dun Karm fil-Furjana?
Response (ZAMMIT, NINU)
Diġa' nkarigajt lid-Dipartiment konċernat biex iwettaq ix-xogħol imsemmi.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14894 u cioe': Fl-aħħar snin kienu tqabbdu katusi ġodda ta' l-ilma tax-xita mal-ġibjun li hemm fi Pjazza Santa Liena, Birkirkara wara li kienet ħarġet sejħa għall-offerti, biex jarmu l-ilma tax-xita li jinġabar mit-toroq tal-madwar għal ġewwa fih. Jista' jgħid f'liema sena kien beda dan ix-xogħol? Dan ix-xogħol kien ħareġ b'offerta mill-ADT?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14894.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14691 u jgħid fiex wasal il-proġett tal-bicycle lanes fit-toroq tagħna? Jista' ukoll jagħmel pubbliku x'inhu l-ispeed limit fit-toroq Maltin għaliex hemm ħafna informazzjoni konfliġġenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14892 billi jikkonsidra li tiġi kkurata biċċa art imħarbta f'nofs Triq is-Salib Imqaddes, kantuniera ma' Triq Bwieraq, Birkirkara? Jista' jikkonsidra li jsiru water culverts għal ġol-ġibjun taħt din l-art għaliex qed jgħerqu dawn it-toroq, inkluż Triq F.S. Caruana?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14892.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li tiġi kkurata biċċa art imħarbta f'nofs Triq is-Salib Imqaddes, kantuniera ma' Triq Bwieraq, Birkirkara? Jista' jikkonsidra li jsiru water culverts għal ġol-ġibjun taħt din l-art għaliex qed jgħerqu dawn it-toroq, inkluż Triq F.S. Caruana?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-proposta ta' l-Onorevoli Interpellant se tiġi studjata. Id-Direttorat qed ihejji program ta' xogħlijiet li se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Tista' il-Ministru tara x'jista' isir biex ikunu jistgħu jsiru adozzjonijiet ta' tfal mill-Ukrajna fejn jidher li hemm ħafna opportunitajiet għal dan?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fil-fatt, il-Ministeru tiegħi, permezz tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, ilu minn Marzu 2002, f'kuntatt ma' l-Awtoritajiet Ukrajni biex isir ftehim bilaterali ta' ko-operazzjoni li jiffacilita' adozzjonijiet ta' tfal minn dak il-pajjiż. Aktar tard ġejna nfurmati li l-Ukrajna kienet qed tieħu passi biex issir parti mill-'Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni ta' l-Ulied u l-Ko-operazzjoni dwar l-Adozzjoni fost il-Pajjiżi', magħmula f'l-Aja fid-29 ta' Mejju 1993, u li sadattant kienet issospendiet in-negozjati dwar ftehim bilaterali ta' ko-operazzjoni dwar l-adozzjoni ta' tfal Ukrajni f'pajjiżi oħra.
Ninsab infurmata li, minkejja li t-talba biex jiġi negozjat il-ftehim imsemmi baqgħet tiġi segwita b'mod regolari s'issa, ma jirriżultax li kien hemm żviluppi minn naħa ta' l-Ukrajna.
Jista' il-Ministru jara jistax jinxtegħel il-monument ta' Dun Karm fil-Furjana?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ngħarraf l-Onorevoli interpellant li xogħol ta’ landscaping fil-Belt u l-Furjana jaqa' taħt il-kompetenza tal-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta. Għaldaqstant din il-mistoqsija għandha tiġi indirizzata lill-Ministru konċernat.
Familja li jkollha bejjiegħa tal-monti jarmaw quddiem il-garage tad-dar tagħha b'mod inkonvenjenti, kif jistgħu jappellaw biex dan l-ispazju jitħalla vojt?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-swieq fil-beraħ huma regolati b'Avviż Legali 119 tat-2002, li jaqa' taħt il-Liġi tal-Kunsilli Lokali għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 14864, jista' il-Ministru jgħid x'inhi t-tender number ta' dan il-proġett u meta ħareġ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
B’referenza għat-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija parlamentari 14864, it- tender number ta’ dan il-proġett huwa no.57 u din ġiet ippublikata fl-1ta’ Novembru 2005.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'ospitalita', telefonati u safar (total) mill-ministeri tal-gvern fis-sena finanzjarja 1996, 1997 u 1998?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Fil-konfront tax-xogħlijiet li qed isiru fuq l-Akkwadott fi Triq Notabile, Fleur-de-Lys, Birkirkara, peress li hemm kanal ta' l-ilma mikxuf quddiem id-dar "Edrose", jista' dan il-kanal jingħalaq kollu bil-kaptelli għaliex huwa perikoluż għar-residenti u għall-pedestrians?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li ħafna nies li joqgħodu f’din iż-żona infurmaw lit-tekniċi tal-Ministeru biex dan il-kanal ma jintmesx peress li meta tagħmel ħafna xita, dan jilqa’ l-ilma ta’ ħafna toroq tal-viċinat. Jekk sempliċiment jiġi mgħotti bil-kaptelli mtaqqba jista' jkun li l-ammont ta’ ilma jkun wisq u jispiċċaw biex jegħrqu l-basements kif ġieli ġara qabel.
Fl-aħħar snin kienu tqabbdu katusi ġodda ta' l-ilma tax-xita mal-ġibjun li hemm fi Pjazza Santa Liena, Birkirkara wara li kienet ħarġet sejħa għal-offerti, biex jarmu l-ilma tax-xita li jinġabar mit-toroq tal-madwar għal ġewwa fih. Jista' il-Ministru jgħid f'liema sena kien beda dan ix-xogħol? Dan ix-xogħol kien ħareġ b'offerta mill-ADT?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jirriżulta li dan ix-xogħol kien sar mill-Kunsill Lokali permezz tal-kuntrattur imqabbad mill-istess Kunsill.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li jiġi mnaddaf Wied is-Sewda u Sqaq il-Ħofor limiti ta' Ħal Qormi miż-żibel li hemm mitfugħ?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li Wied is-Sewda ġie mnaddaf matul is-sajf li għadda u ser jittieħdu passi fil-futur qarib sabiex jerġa’ jsir tindif jekk ikun neċessarju.
Dwar il-parti tal-mistoqsija li tirrigwarda tindif ta’ Sqaq il-Ħofor li jinsab fil-limiti ta’ H’Attard, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali.
Jista' il-Ministru jaħseb biex isir programm ta' avviżi, anke bi stickers sponsorjati, biex wieħed iżomm l-ambjent nadif?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li minn-naħa ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), f'kull attività pubblika li tkun organizzata kif ukoll f'kull attività li ssir fl-iskejjel jitqassmu stickers favur ambjent nadif. Dawn jinkludu attivitajiet nazzjonali bħal fieri, bħal ma huma t-Trade Fair u l-Fiera ta' l-Ambjent, kif ukoll il-Jum Dinji għall-Ambjent. Nixtieq nieħu din l-opportunità biex ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-jiem li ġejjin l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) se tibda tqassam coasters (għal taħt it-tazzi). Dawn huma magħmulin minn materjal irriċiklat u se jkunu qed jippromwovu kampanja kontra r-rimi ta' skart imqabbla ma’ ħarsien ta' speċi ta' flora u fawna li jistgħu jinqerdu bir-rimi bl-addoċċ ta' skart.
Dan minbarra li wieħed jista' jsemmi wkoll il-pubbliċità li tingħata lil diversi inizjattivi li jittieħdu matul is-sena, li jippromwovu l-ambjent bħal ma huma l-Clean Up the World Campaign, il-ħelsien ta' fkieren maqbuda fil-konzijiet u x-xbiek, biex insemmi biss ftit eżempji.