Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birkirkara — Water culvert

Question

Jista' il-Ministru jindaga tistax tiġi mċaqilqa l-water culvert li minn Paris Street tgħaddi minn fuq Rizzo Service Station għal Valley Road, f'Birkirkara, għaliex qed tgħamillu l-ħsara fil-proprjeta'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li saret spezzjoni fuq is-sit imsemmi mill-Onorevoli Interpellant sabiex tkun tista' tiġi solvuta din il-problema.

Birkirkara — Notabile Road

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jsir resurfacing fit-triq tar-Rabat - Notabile Road - Birkirkara, quddiem id-Devon Biscuits, għaliex hija fi stat ħażin ħafna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fi Triq Notabile B'Kara saru f'diversi fażijiet. L-Awtorita' dwar it-Trasport bħalissa għaddejja bix-xogħol fuq Triq Notabile phase D sabiex issir il-formazzjoni u l-kisi tat-Triq u b'hekk ix-xogħol kollu fuq din it-triq jitlesta'.

Birkirkara — Skola primarja

Question

Jista' il-Ministru jara għalfejn il-kap ta' l-iskola fl-infants fil-primarja ta' Birkirkara mhux qed tħalli lit-tfal jidħlu l-iskola qabel il-ħin meta tkun ix-xita?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mhux il-każ kif qed jilmenta l-Onor. Kollega. Tajjeb infakkar li l-ġenituri jafu liema huma il-ħinijiet ta' l-iskola u f'liema ħin it-tfal għandhom iġibuhom.

Birkirkara — Rizzo Service Station

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16579 u 16734 u jara jistax jiġi re-routed il-passaġġ ta' l-ilma tax-xita minn fuq il-bejt għal ġewwa ta' Rizzo service station, f'Birkirkara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Birkirkara — Rizzo Service Station - Passaġġ ta' l-Ilma tax-Xita

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16579 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu, u jara jistax jiġi re-routed il-passaġġ ta' l-ilma tax-xita minn fuq il-bejt għal ġewwa ta' Rizzo service station, f'Birkirkara?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Monitoraġġ ta' l-arja

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li r-riżultati tal-monitoraġġ ta' l-arja jiġu ppubblikati fuq website pubblika kif isir f'pajjiżi Ewropej oħra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), permezz tal-proċess ta' dataflows (transferiment ta' data) lill-Aġenzija ta’ l-Ambjent Ewropea (EEA - European Environment Agency), ilha tpoġġi informazzjoni għall-pubbliku fil-website ta’ l-istess Aġenzija - EEA (http://http://cdr.eionet.eu.int/mt/eea), liema nformazzjoni tinkludi parametri ta' l-arja. Dawn jinkorporaw, Ozone, u Gassijiet ta' l-Effett Serra, fost oħrajn. Fix-xhur li ġejjin, ser tiġi ppubblikata website għall-konsum lokali li turi din l-informazzjoni f'forma li l-pubbliku in ġenerali jista’ jifhimha iżjed. Long-term ser ikun possibbli li naġġornaw il-website b'data realtime li tiġi mtella’ fl-internet permezz ta' apparat li maħsub jiġi nstallat f'diversi postijiet fil-gżejjer Maltin.

Marsa — Matthew Micallef St. John track

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-kuntratt mal-Malta amateur athletic association rigward it-track tal-Marsa Matthew Micallef St. John?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-proposta ta' kuntratt ta' Management bejn il-Gvern u l-MAAA qed tiġi attivament konsidrata fid-dawl ta' proposti li jirrigwardaw il-faċilitajiet sportivi diversi tal-Marsa.

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — foreman u ġardinara

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li joħorġu s-sejħiet għall-applikazzjoni għall-foreman tal-ġardinara u ħaddiema oħra fid-dipartiment ta' l-agrikoltura?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Membru li fil-futur immedjat mhux se jinħarġu sejħiet għall-applikazzjoni għall-foreman tal-ġardinara fid-dipartiment ta’ l-agrikoltura. Madankollu mhux eskluż li aktar tard din is-sena jinħarġu sejħiet għall-applikazzjoni skond l-esiġenzi tad-Dipartiment.

Birkirkara — Rizzo service station - passaġġ ta' l-ilma tax-xita

Question

Jista' il-Ministru jara jistax jiġi re-routed il-passaġġ ta' l-ilma tax-xita minn fuq il-bejt għal ġewwa ta' Rizzo service station, f'Birkirkara?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Onor. Interpellant hu ġentilment mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 10 PQ #16685 Sitting 343 2006-01-23 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Għajnuna lill-poplu Palestinjan

Question

Jista' il-Ministru jaħseb jekk nistgħux, bħala pajjiż, nagħtu l-għajnuna lill-poplu Palestinjan billi ngħinuh iwaqqaf munita tiegħu separata mix-Sheikil Lhudi? Dan jista' isir minn għaqdiet stakeholders privati finanzjarji Maltin fejn dawn igħinu biex is-set-up ta' din il-munita' issir ibbażata fuq il-euro.

Response (FRENDO, MICHAEL)

Il-Gvern Malti lest jkompli jagħti l- appoġġ tiegħu fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali lill-poplu tal- Palestina, u dan kemm bilateralment kif ukoll fi ħdan il-politika estera komuni ta` l-Unjoni Europea. Għaqdiet Stakeholders privati finanzjarji Maltin jistgħu jagħmlu proposti studjati konkreta f`dan ir -rigward.

Trattament ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi t-target date li hu maħsub li d-drenaġġ kollu ta' Malta jiġi ttrattat qabel ma jintefa' fil-baħar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għadha kemm lestiet rapport dwar il-pjan ta' implimentazzjoni tat-trattament tad-drenaġġ u dan se jkun ippreżentat lill-Kummissjoni Ewropeja. Peress li dan id-dokument għadu ma ġiex diskuss u maqbul mal-Kummissjoni, mhux il-ħin opportun li jingħataw target dates fissi kif talab l-Onor. Interpellant.

Bicycle Lanes

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 16139 u jagħti informazzjoni fiex waslu l-pjani għal bicycle lanes fit-toroq Maltin? Din il-mistoqsija hija ta' natura u interess nazzjonali u li diġa' saret erba' darbiet u baqgħet ma ġietx imwieġba.

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Awtorita’ dwar it-Trasport ser tibda l-kostruzzjoni tat-tielet fażi tal-proġett ta’ Ħal Far li fih jinkorpora bicycle lane ta’ 3.1 kilometri u dan ser jkompli mall-bicycle lane eżistenti li għandu tul ta’ 3.3 kilometri. B'hekk meta l-proġett jitlesta ser ikun hemm total ta’ 6.4 kilometri ta’ bicycle lanes f’ dawk l-inħawi. L-Awtorita’ qed thejji l-pjanti meħtieġa fuq rotta ta’ bicycle lanes mibnija bħala parti mit-toroq iffinanzjati mill-5 Protokoll finanzjat bejn Malta u l-Italja li jibdew miż-Żebbiegħ jingħaqdu ma' Ta' Qali. L-Awtorita' qiegħda taħdem fuq eżerċizzju sabiex jiġu identifikati postijiet għall-Cycle Parking f'żoni urbani. Qiegħdin ikunu studjati xi provvedimenti oħra partikolarment avviżi legali li huma meħtieġa sabiex ikun hawn il-qafas legali addattat sabiex jirregola kif suppost dan il-mezz ta' trasport.

Ministeri Governattivi — Infiq ta' flus

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'ospitalita', telefonati u safar (total) mill-ministeri tal-gvern fis-sena finanzjarja 1996, 1997 u 1998?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella ‘A’ u Tabella ‘B’ li juru l-informazzjoni mitluba għar-rigward ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi rispettivament. Fil-każ tal-Ministeri l-oħra nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministri konċernati.

Raħal Ġdid — Vjal Sta. Luċija

Question

Jista' il-Ministru jara li tiġi rranġata Vjal Sta. Luċija ġewwa Raħal Ġdid, f'dik li hija t-tħawwil ta' siġar li hemm neqsin li huma ħafna u jagħtu fl-għajn fit-triq ta' l-ajruport?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li t-tħawwil ta' siġar fi Vjal Santa Luċija ġewwa Raħal Ġdid fit-triq ta' l-Airport qiegħda issir issa u sejjer jitkompla sakemm jitlesta.

Sptar San Luqa — Tindif ta' toilets

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba jitnaddfu t-toilets fis-swali ta' l-isptar San Luqa matul il-ġurnata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Toilets fis-swali ta' l-Isptar San Luqa jitnadfu regolarment fis-seba' ta' fil-għodu, fis-siegħa u l-erbgħa ta' wara nofs in-nhar. Pero jiġu iċċekjati regolarment u jerġaw jitnadfu kull meta jkun hemm bżonn. Postijiet li huma frekwentati minn aktar nies jiġu mnadfa aktar ta' spiss.

Animal Welfare Act

Question

Billi l-"Animal Welfare Council" qiegħed fit-tieni sena ta' l-operazzjoni tiegħu, jista' il-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu mill-kunsill biex iżid l-infurzar ta' l-"Animal Welfare Act"? X'miżuri ttieħdu rigward annimali domestiċi u jekk hemmx xi emendi fil-liġi li ġew proposti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Animal Welfare Council approva dawn l-Avviżi Legali li ġew ippubblikati taħt l-Animal Welfare Act: Regolamenti ta’ l-2003 dwar il-Ħarsien ta’ l-Għoġġiela. Regolamenti ta’ l-2003 dwar il-Ħarsien tal-Majjali. Regolamenti ta’l-2003 dwar il-Protezzjoni ta’ Annimali waqt it-Tbiċċir jew il-Qatla. Regolamenti ta’ l-2003 dwar Kriterji għal Staging Points. Regolamenti ta’l-2003 dwar Standards ta’ Vetturi fil-Ġarr ta’ Annimal fi Vjaġġi ta’ Aktar minn Tmien Sigħat. Regolamenti ta’l-2003 dwar Esperimenti li jsiru fuq Annimali. Regolamenti ta’ l-2003 dwar Standards minimi għall-protezzjoni ta’ Tiġieġ tal-Bajd. Regolamenti ta’2003 dwar iż-Żamma ta’ Annimali Selvaġġi f’Stabilimenti Żooloġiċi. Regolamenti ta’l-2003 dwar il-protezzjoni ta’ l-Annimali miżmuma għal raġunijiet tal-Agrikoltura. Regolamenti ta’2003 dwar il-protezzjoni ta’ l-Annimali matul il-Ġarr. Regolamenti ta’l-2003 dwar l-Ispezzjoni ta’ Fondi fejn jinżammu Annimali għall-Produzzjoni. Għandu jingħad ukoll li l-abbozz ta' l-Avviż Legali dwar it-trobbija tal-flieles tas-simna li kien approvat fis-sena 2004 mill-istess Kunsill daħal fis-seħħ bħala liġi taħt l-Avviż Legali Numru 119/2005. Il-Kunsill approva l-abbozz ta' l-Avviż Legali dwar il-kompetizzjonijiet taż-żwiemel; Twaqqfet sub-committee dwar l-isperimentazzjoni fuq l-annimali. Dwar l- annimali domestiċi tħejja u gie diskuss dokument dwar Stray Animal Control, li jinkludi żewġ dokumenti li jirrigwardjaw qtates u klieb meqjusa bħala stray; Saret investigazzjoni dwar it-trasferiment tal-qtates li kienu jinstabu fil-ġonna tal-Palazz ta' San Anton. L-Animal Welfare Council ippropona liġijiet li jikkonċernaw Standards Minimi għall-Protezzjoni ta' l-annimali fil-Pet Shops u "Standards" Minimi dwar l-Boarding Establishments tal-qtates u klieb. Twaqqfet sub-committee dwar il-klieb li għandhom jitqiesu perikolużi.

Sptar Mater Dei — Fawran ta' drenaġġ

Question

Jista' il-Ministru jara għalfejn qiegħed ifur id-drenaġġ mit-toilets ta' l-isptar il-ġdid Mater Dei għal ġo dar privata li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant fuq il-Mejda tal-Kamra.