Jista' il-Ministru jara li l-Enemalta tieħu ħsieb tagħmel arbli tad-dawl biex iżommu l-cables tad-dawl għaliex dawn se jistrieħu ma' dar li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u jistgħu jikkawżaw il-ħsara?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jagħti struzzjonijiet lill-WSC biex meta jaqilgħu triq jaraw li t-tarmac jerġa' isir kif suppost u mhux bl-addoċċ? Jista' jitlob lill-WSC biex fi Triq l-Akkwadott, Birkirkara t-triq tissewwa kif suppost wara li ġiet maqlugħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tieħu ħsieb li jsir il-wiċċ bil-hot asphaltfit-triq imsemmija kif suppost. Dan ma sarx mill-ewwel billi meta nqalgħet it-triq kienet għamlet ħafna xita u l-art riedet tkun nixfet sewwa qabel ma seta' jsir ix-xogħol tar-riabilitazzjoni tat-triq.
Jista' il-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li l-gvern jgħin lill-animal shelter - aktar dettalji qed jintbagħtu separatament - ġo Pembroke li għandu bżonn jiġi mċaqlaq minfejn qiegħed b'ordni tal-MEPA? Il-gvern għandu policy ġenerali lejn dawn l-istrays klieb u qtates?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li d-Diviżjoni għall-Ikel u Attività Veterinarja fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent għamlet ispezzjoni fuq il-post li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant u jikkonkludi li l-post fejn jinżammu dawn il-klieb mhux addattat għal dan l-iskop. Għaldaqstant qed jittieħdu miżuri sabiex jiġu rilokati għal sit alternattiv in-numru ta’ klieb li qed jinżammu f’dan is-sit, u fil-fatt għadd ta’ klieb diġa ġew addottati.
Il-Ministeru qiegħed jikkonsidra proposta mill-Kunsill għat-Trattament Xieraq ta’ l-Annimali sabiex titnaqqas il-problema ta’ klieb mingħajr sid.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għalfejn il-kummissarju tal-pulizija ma joħroġx ċertifikat tal-mewt fuq fetu qabel dan ikollu 24 ġimgħa, minkejja li d-dipartiment tas-saħħa ma jsibx oġġezzjoni li l-familja tagħti difna lill-fetu fil-qabar tal-familja?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ċertifikat tal-mewt isir minn tabib u mhux mill-Kummissarju tal-Pulizija. Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 17736.
Jista' il-Ministru jgħid jekk f'każ ta' miscarriage qabel l-24 ġimgħa ta' tqala, jekk tabib joħroġ ċertifikat tal-mewt, tistax issir difna normali minn undertaker f'ċimiterju?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dfin ikun permess mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika li jsir, meta l-mejjet ikollu burial permit maħruġ mill-Kummissarju tal-Pulizija.
Jista' il-Ministru jitlob lill-universita' tinvestiga għaliex l-istudent house qed titħalla miftuħa bil-lejl sas-sigħat bikrin ta' filgħodu? Tista' tindaga wkoll kif meta jsir xi serq mill-bini s-CCTV tinzerta tkun mitfija?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iStudents House titħalla miftuħa bil-lejl sas-siegħat bikrin ta' filgħodu minħabba li f'dan il-bini hemm l-uffiċċji tal-Kunsill u d-diversi għaqdiet ta' l-istudenti. Dawn jgħaddu ħafna ħin fl-uffiċċji tagħhom biex jagħmlu x-xogħol ta' l-attivitajiet li jorganizzaw minn żmien għal żmien.
Nista' ngħid li fl-aħħar serqa s-CCTV ma kienitx mitfija, iżda ngħid ukoll li s-CCTV kienet installata u mħallsa mill-KSU. Għaldaqstant taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-KSU.
Billi fl-1997 sar ftehim mas-sidien tal-pompi tal-petrol dwar bejgħ taċ-ċnus ta' l-artijiet lis-sidien, jista' il-Ministru jgħid x'sar f'dan ir-rigward?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-offerta ta' bejgħ kienet saret fil-21 t'April 1998 pero din qatt ma ġiet konkluża. Fid-dawl tal-liberalizzazzjoni tas-suq tal-Inland Fuel Market, il-Korporazzjoni Enemalta qed terġa tieħu l-inzjattiva biex tara għadx hemm interess.
Tista' il-Ministru tara meta ser jidħol id-dawl u l-ilma fil-flats il-ġodda fi Triq Mannarino, Birkirkara, ħalli jidħlu r-residenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar qed tistenna li tirċievi l-compliance certificate mill-MEPA dwar il-flats indikati mill-Onor. Interpellant biex tkun tista' tissottometti l-applikazzjonijiet għas-servizz tad-dawl u l-ilma lill-entitajiet responsabbli.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li d-donazzjonijiet li jingħataw lill-karita' u l-animal welfare societies isiru VAT u tax free?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li donazzjonijet li jingħataw għall-karita’ m’humiex suġġetti għat-taxxa tal-VAT. Għar-rigward tat-taxxa tad-dħul, għalissa ma hemm l-ebda provediment li jingħata tnaqqis mit-taxxa għal min jagħti donazzjoni lill-karita’ u l-animal welfare.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 17386 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u Kultura u li parti mit-tweġiba tagħha ġiet riferuta lilek, tista' jekk jogħġbok tgħid il-BOV kellhomx xi kondizzjoni mill-MEPA biex jibnu l-Bieb ta' Wignacourt meta applikaw għall-bini tagħhom (taċ-ċentru) fil-post fejn qiegħed? Hemm xi idea fejn qegħdin il-ġebel ta' dan il-bieb li twaqqa' fil-gwerra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-kundizzjoni relevanti ġiet imposta mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fil-permess bin-numru PA 751/00 datat 17/05/2001. Il-kundizzjoni tinqara hekk:
“The applicant shall be deemed to make a bank guarantee of LM50,000 (fifty thousand five hundred Malta liri), prior to the issue of the development permit, to cover the reconstruction of the former Wignacourt Gate or the rehabilitation of the Aquaduct at the discretion/approval of the Planning Authority, and to cover the improvement of the Mdina Road/Fleur De Lys Road roundabout. The design of this junction improvement will be agreed by the Planning Authority, and will include landscaping along the northern boundary of the development. The total amount of the bond will be returned to the applicant subject to completion of the works to the approval and satisfaction of the Planning Authority.”
Fil-fatt din il-bank guaranteesaret.
Għall-aħħar parti tal-mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għal Mistoqsija Parlamentari Numru 17386.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li ssir bicycle lane fuq il-by-pass ta' Birkirkara, ħalli r-residenti ta' Birkirkara, Balzan, Lija u l-Iklin ikunu jistgħu jmorru l-universita' bir-rota jekk iridu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita' dwar it-Trasport tikkunsidra favorevolment din il-proposta ta' bicylce lane bħala mezz alternattiv ta' trasport.
Għalhekk qiegħda tiġi mistħarrġa l-possibilita' li din il-bicyle lane tiġi implimentata tul din it-triq bi preparazzjoni tal-pjanti neċessarji u stima għal dan il-proġett.
Il-BOV kellhom xi kondizzjoni mill-MEPA biex jibnu l-Bieb ta' Wignacourt meta applikaw għall-bini tagħhom (taċ-ċentru) fil-post fejn qiegħed? Hemm xi idea fejn qegħdin il-ġebel ta' dan il-bieb li twaqqa' fil-gwerra?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura m'għandiex informazzjoni dwar fejn jistgħu jkunu miżmuma l-ġebel tal-bieb li kien hemm fl-Akwadott ta' Wignacourt, Santa Venera.
Il-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura qiegħed jagħmel stħarriġ dwar dan il-kaz. Ir-riżultat ta' dan l-istħarriġ jiġi kkomunikat iktar 'il-quddiem.
Il-mistoqsija dwar kundizjonijiet li setgħu kienu mhemuża ma' xi permess ta' żvilupp, għandhom jiġu ndirizzati lill-Awtorita' dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Billi fl-1997 sar ftehim mas-sidien tal-pompi tal-petrol dwar bejgħ taċ-ċnus ta' l-artijiet lis-sidien, jista' il-Ministru jgħid x'sar f'dan ir-rigward?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 16579 u 16734 u jara jistax jiġi re-routed il-passaġġ ta' l-ilma tax-xita minn fuq il-bejt għal ġewwa ta' Rizzo service station, f'Birkirkara?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ta' l-Iżvilupp Urban u Toroq.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara għalfejn it-titlu ta' proprjeta' f'Pembroke li ngħatat lil St Michael scout group ma jistax jiġi esegwit, fil-fatt billi hemm l-isquatters fiha?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ordni ta' żgumbrament kontra l-isquatters ħarġet fid-9 ta' Jannar 2006, u d-Dipartiment tal-Artijiet sa jesegwiha fil-futur qarib.
Jista' il-Ministru jindaga għalfejn ir-residenti ta' Triq il-Brunżar, Santa Venera qed jidħlilhom id-drenaġġ fid-dar meta tagħmel ix-xita u jara x'inhi s-soluzzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa għamlet intervent fil-mejn tad-drenaġġ fi Triq il-Brunżar. Madankollu jidher li reġgħet feġġet problema oħra wara x-xita qawwija ta' dan l-aħħar.
Il-Korporazzjoni qed tagħmel investigazzjonijiet fis-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi msemmija biex tkun tista' tittieħed l-aħjar deċiżjoni biex jinstab tarf għall-din il-problema.
Jista' il-Ministru jikkonsidra li ssir bicycle lane fuq il-by-pass ta' Birkirkara, ħalli r-residenti ta' Birkirkara, Balzan, Lija u l-Iklin ikunu jistgħu jmorru l-universita' bir-rota jekk iridu?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.
Tista' il-Ministru tgħid meta l-bini tal-housing authority li hemm f'Mannarino Road, Birkirkara se jkun lest għaliex hemm min għandu l-ħanut li kien ingħalaqlu xi ħames snin ilu u ma jistax jiftaħ biex jaħdem?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-bini tal-proġett li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant, li hu finanzjat mill-Awtorita’ tad-Djar u amministrat mill-Kunsill Lokali, issa tlesta u fadal biss li jingħata s-servizzi tad-dawl u l-ilma.
Ninsab infurmata wkoll li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant ingħatat ħanut ieħor minn fejn setgħet tkompli topera n-negozju tagħha sakemm tkun tista’ tmur fil-ħanut il-ġdid.
Jista' il-Ministru jgħid meta ngħata t-tender u lil min, biex jinbnew it-toroq Triq il-Knisja l-Qadima u Triq il-Kanonku Indri Galea, Birkirkara?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fuq dawn it-toroq huma nkluża mat-tender għal Triq Notabile Phase D. Din it-tender ingħatat u għalhekk ix-xogħlijiet mistennija jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.