Jista' l-Ministru jgħid hemm xi ċans li jibda jsir diabetic clinic fil-Health Centre ta' B'Kara minflok dak tal-Mosta biss?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fil-preżent klinika tad-dijabete fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' B'Kara ma tistax tinfetaħ minħabba li jeżisti nuqqas ta' tobba li jaħdmu fiċ-Ċentri tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jara jekk is-siġar fi Triq is-Santwarju B'Kara jistgħux jiġu miżbura għaliex qegħdin iwaqqgħu l-weraq fuq il-bjut tan-nies u jsoddu l-katusi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li s-siġar fi Triq is-Santwarju, Birkirkara, jiġu miżburin regolarment skond il-programm u l-ħtieġa taż-żbir. Jidher li bħalissa dawn m’għandhomx bżonn żbir.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 26264 fir-rigward ta' l-ikel li jaqa' taħt sostenn mill-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jekk l-Onorevoli Membru qiegħed jirreferi ghall-provvista ta' l-ikel mill-Unjoni Ewropea għal dawk l-aktar fil-bżonn (mhux għall-anzjani biss) nixtieq ninfurmah li l-Gvern Malti għadu jipparteċipa minn din il-miżura anki fil-programm tas-sena kurrenti 2007.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jsemmi liema huma l-parametri biometriċi li sejrin jitniżżlu fil-passaporti ġodda? Xi protezzjoni se jkollu ċ-ċittadin li dawn il-parametri biometriċi ma jiġux abbużati minn xi awtorita' u tintilef il-protezzjoni mogħija mid-Data Protection Act
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tħejjijiet għad-dħul tal-parametri biometriċi fil-passaport għadhom għaddejjin u qed jittieħdu l-miżuri neċessarji biex ma tintilef xejn mill-protezzjoni mogħtija taħt id-Data Protection Act.
Billi hemm naqra taħwid f'moħħ ċerti nies fuq il-kundizzjonijiet tal-kaċċa, jista' l-Ministru jelenka x'inhuma l-kundizzjonijiet għall-kaċċa u l-insib għal żmien il-ħarifa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li fi żmien il-ħarifa il-kaċċa se tkun tista’ ssir fuq l-ispeċi mniżżlin fl-iskeda II ta’ l-Avviż Legali 79 ta’ l-2006 kif emendat bl-Avviż Legali 39 ta’ l-2007. Id-dati ta’ dan l-istaġun għandhom jiġu rrakkomandati mill-Kumitat Ornis lill-Ministru u d-deċiżjoni aħħarija tkun tal-Ministru.
Rigward l-insib, fil-ħarifa li jmiss se jinfetaħ l-istaġun ta’ l-insib fuq is-seba’ speċi ta’ għasafar ta’ l-għana skond it-Trattat ta’ Adeżjoni ta’ Malta. Bħal kull sena, se jinfetaħ ukoll l-insib fuq dawn l-erba’ speċi ta’ għasafar: il-gamiema, s-summiena, il-malvizz u l-pluviera. Il-Kumitat Ornis għandu jirrakkomanda lill-Ministru d-dati ta’ meta l-istaġun ta’ l-insib fil-ħarifa għandu jinfetaħ kemm għall-għasafar ta’ l-għana kif ukoll għall-erba’ speċi l-oħra.
Dwar l-infurzar tal-liġijiet, il-Gvern se jkompli jiżgura ruħu li kemm il-kaċċaturi kif ukoll in-nassaba jkomplu jsegwu ir-regolamenti u l-Gvern m’hu se jittollera l-ebda abbużi jew ksur tal-liġijiet tal-kaċċa.
Jista' l-Ministru jara li l-ħajt li hemm f'St Joseph Street, B'Kara wara l-għassa tal-pulizija jitneħħa għaliex qed jagħmel inkonvenjent lill-ġara? Jista' jiġi msewwi l-ħajt ta' wara ta' l-għassa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-preparamenti meħtieġa sabiex jissewwa dan il-ħajt jinsabu fi stat avvanzat u dalwaqt toħroġ il-call for quotations.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li l-pulizija jieħdu azzjoni fuq il-mistoqsija parlamentari 25343 għaliex s'issa ma sar xejn? Is-sidien ikunu hemm bejn l-10.30 - 11.00 a.m.
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li saru diversi spezzjonijiet fl-inħawi msemmija bħala tal-Ħotob, u anke fl-akwati magħrufa bħala it-Tumbata, pero' ma ġew osservati l-ebda klieb jiġru barra.
F'dawk l-inħawi hemm ħafna rziezet u għelieqi, pero' s'issa ħadd għadu ma ta informazzjoni dwar xi individwu jew post partikolari fejn jinstabu dawn il-klieb.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax issir pelican light f'Birkirkara bypass ħdejn ir-roundabout li tagħti għal Triq Tumas Fenech, għaliex qed jaqsmu ħafna nies u sejjer iweġġa' xi ħadd?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli iNterpellant li l-Awtorita' dwar it-Trasport qiegħda tipprepara l-proposti għal din il-pelican crossing.
Billi Villa Francija f'Ħal-Lija tħalliet lill-gvern ta' Malta biex isservi ta' residenza uffiċjali tal-Prim Ministru, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji hijiex se tintuża għal dan l-iskop? Jekk le, x'se jiġri mill-villa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Villa Francija f’Ħal Lija tħalliet lill-Gvern ta’ Malta biex jagħmel l-aħjar użu li tixraq lil din il-proprjetà storika u distinta. Bħalissa għaddej programm estensiv ta’ restawr ta’ din id-dar bl-iskop li:
- Tiġi restawrata u preservata bħala parti mill-patrimonju Malti;
- Tkun tista’ tiġi wżata għall-funzjonijiet uffiċjali u attivitajiet oħra li jixirqu lil dan il-post.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25401 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Familja u Solidarjeta' Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu, jista' l-Ministru jara jekk l-annimali li hemm fuq il-bejt f'appartament tal-gvern, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, humiex miżmuma skond il-liġi? Tista' tikkonsidra wkoll l-istat tal-kumplament ta' dan l-appartament minn ġewwa, ċioe' fit-taraġ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-Artijiet ser jinvestiga l-ilment imqajjem mill-Onor. Interpellant.
Tista' l-Ministru tara jekk l-annimali li hemm fuq il-bejt f'appartament tal-gvern, li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, humiex miżmuma skond il-liġi? Tista' tikkonsidra wkoll l-istat tal-kumplament ta' dan l-appartament minn ġewwa, ċioe' fit-taraġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Ewwel Parti tal-Mistoqsija lill-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Gustizzja u Intern bħala l-Ministru responsabbli mid-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Proprjeta’ tal-Gvern.
Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija, għaddejt it-talba ta’ l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar biex jinvestiga u jieħu l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara jekk il-proċedura li ntużat fil-promozzjonijiet li ngħataw għas-"Seniors" fil-generation roomta' l-Enemalta fil-Marsa hijiex il-proċedura korretta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għalliema li jgħallmu l-Ingliż lil studenti barranin fuq bażi part-timefl-iskejjel liċenzjati apposta, jaqgħux taħt ir-regolamenti ta' għalliema part-timeli jekk jgħallmu aktar minn 15 fil-ġimgħa jkollhom id-drittijiet ta' full-timepro-rata? Jekk fl-affermattiv x'inhuma d-drittijiet tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Avviz Legali 60 ta’ l-1977 li jirregola l-kundizzjonijiet ta’ l-impjieg ta’ min ikun fl-impieg fi skejjel privati jikklassifika l-ħaddiema f’zewġ kategoriji:- Għalliema (Teachers); u Ħaddiema Oħrajn (Other Employees).
Dan l-avviz legali ma jiddistingwix bejn skola u oħra, dan ifisser li japplika kemm għall-iskejjel akkademiċi kif ukoll tal-lingwi, fejn l-għalliem ikun meħtieġ li jkollu l-warrant ta’ għalliem.
Sigħat tax-xogħol ta’ Għalliem huma; part-time sa 15-il siegħa fil-ġimgħa, u whole-time sa 27 siegħa fil-ġimgħa.
Sigħat tax-xogħol ta’ Ħaddiema Oħrajn huma; part-time sa 24 siegħa fil-ġimgħa, whole-time sa 44 siegħa fil-ġimgħa.
Biex part-timer ikun intitolat għall-benefiċċji kollha ta’ full-timer pro rata, ikun irid jissodisfa zewġ kundizzjonijiet kif elenkati fl-Avviz Legali 427 ta’ l-2002:-
a) ikun l-impjieg prinċipali (li minnu titħallas il-kuntribuzzjoni tas-sigurta' soċjali); u
b) jaħdem mhux inqas minn medja ta’ 20 siegħa fil-ġimgħa, u f’kaz fejn il-liġi tipprovdi l-massimu tal-ħin tax-xogħol tal-ħaddiem
part-time
inqas minn 20, il-medja tkun ta’ 14-il siegha. (l-iskop ta’ din ta' l-aħħar kien biex igawdu wkoll l-għalliema fl-iskejjel u l-ħaddiema fil-manifattura ta’ gojjellerija).
Billi Villa Francija f'Ħal-Lija tħalliet lill-gvern ta' Malta biex isservi ta' residenza uffiċjali tal-Prim Ministru, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk wara li jsiru x-xogħlijiet neċessarji hijiex se tintuża għal dan l-iskop? Jekk le, x'se jiġri mill-villa?
Jistgħu l-Pulizija jaraw għalfejn l-Imrieħel, in-naħa ta' Hal Qormi (ħdejn il-ħotba) hemm ħafna klieb jiġru li qed ikunu ta' periklu għan-nies li jkun hemm għaddejjin biex imorru jaħdmu fl-għelieqi tagħhom? Jistgħu jaraw ukoll li s-sid jorbot dawn il-klieb ħalli ma jdejqu lill-ħadd?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-ilment imressaq mill-Onorevoli Interpellant qiegħed jiġi investigat.