Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #6850 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Birkirkara - Plot mitluqa

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6827 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe' tista' jekk jogħġbok tgħid x'se jsir minn plot li tinsab f'Ganu Street wara l-Mitħna ta' Birkirkara għaliex qegħda toħloq inkonvenjent ta' ħmieġ u periklu lir-residenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-iżvilupp tal-plot li għalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant huwa suġġett għall-permess PA 5569/95, liema permess skada, u li presentament qiegħed fil-proċess ta' tiġdid skond applikazzjoni PA 3265/98. Jirriżulta wkoll illi x-xogħol fuq dan is-sit kien ġie ordnat jieqaf mill-Awtorita` ta' l-Ippjanar u dan għaliex l-iżvilupp kien qed isir mingħajr ma ġiet mogħtija l-linja uffiċjali skond il-kundizzjonijiet tal-permess. Issa li din il-kwistjoni ġiet regolarizzata, l-iżvilupp fuq dan is-sit jista` jitkompla appena l-permess jiġi mġedded. Fil-frattemp, il-plot in kwistjoni ġie mdawwar b'ħajt u 'fence' sabiex jitnaqqas kemm jista` jkun l-inkonvenjent. L-uffiċjal ta' l-Awtorita` inkarigat ser jibqa` jsegwi l-każ sabiex jiġi assigurat li l-kundizzjonijiet qed jiġu rispettati. 17.05.99 (a.m.)
Leg 9 PQ #6653 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

Birkirkara — Triq Psaila

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6384 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u ċioe' jista' jara li fil-proġett ta' Psaila Street, Birkirkara z-zona quddiem il-flats tal-gvern (1920's) tiġi landscaped? Tista' t-talba mir-residenti biex din l-area tiġi mogħtija bħala front garden tal-flats tiġi kkonsidrata?

Response (BORG, TONIO)

Il-Landscaping tat-toroq mhix responsabbilita` tal-Ministeru tiegħi u għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-parti tal-Mistoqsija lill-Ministru konċernat. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li d-Dipartiment ta` l-Estates Management lest li jikkunsidra kull talba li ssirlu għal-front gardens fiż-żona speċifikata fil-Mistoqsija, wara li l-applikant ikun ġab il-permess meħtieġ mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. 10.05.99 (a.m.)

Djar — Msida - Triq il-Balliju Guttenberg

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex blokk fil-housing estate tal-gvern Blokk B, Triq il-Balliju Guttenberg, Entratura I, Swatar, Msida ir-residenti għadhom bla liftijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li dawn ir-residenti għadhom bla 'lift' għax il-kuntrattur għadu ma lestiex ix-xogħol. Billi l-proċeduri biex twaqqa' kuntratt u toħroġ l-offerta mill-ġdid huma pjuttost twal u billi x-xogħol issa jinsab relattivament avvanzat, ġie deċiż li għalissa ma jitwaqqax il-kuntratt iżda l-kuntrattur jeħel il-penali tad-dewmien. Hu ttamat li permezz t'hekk, ix-xogħol jitlesta fil-futur qarib. 10.5.99

Power Station Marsa

Question

Rigward il-mistoqsija parlamentari numru 6383, jista' l-Ministru jinformani fuq dak li jirrigwarda l-overhaul ta' boiler Nru.7 (Marsa Power Station), kemm hemm ħaddiema electrical u electronics jaħdmu overtime?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li ma hemm ebda ħaddiem, la 'electrical ' u lanqas 'electronic', li qed jaħdem bis-sahra b'mod regolari fuq il-boiler numru 7. Mhux eskluż li jsir xogħol ta' sahra sporadiku fuq xogħolijiet speċifiċi.
Leg 9 PQ #6827 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Ambjent

Birkirkara — Ganu Street - Plot

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir minn plot li tinsab f'Ganu Street wara l-Mitħna ta' Birkirkara għaliex qegħda toħloq inkonvenjent ta' ħmieġ u periklu lir-residenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #6275 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm nefaq flus fuq mediċini relatati ma' l-asthma id-Dipartiment tas-Saħħa fl-1998?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-valur ta' mediċini relatati ma l-asthma li d-Dipartiment tas-Saħħa xtara matul 1998 kien ta' Lm299,051.00

Power Station — Marsa

Question

Jista' l-Ministru jindaga għalfejn fil-Power Station tal-Marsa, il-ħaddiema tal-mechanical section qed jagħmlu overhaul tal-boiler Nru.7 fuq l-overtime waqt li dawk ta' l-electrical section iridu jagħmlu l-istess xogħol fil-ħin regolari bilfors?

Response (BONNICI, JOSEF)

Xogħol ta' overhauls fuq l-impjant isir parti fil-ħin normali tax-xogħol u parti waqt is-sahra. Fis-sezzjoni tal-mechanicals twaqqaf grupp ta' impjegati biex jagħmel xogħol fuq l-overhaul tal-boiler. Dan il-grupp ġie ffirmat mit-tlett gruppi tax-xift u jaħdmu ħinijiet stabbiliti limjinkludu numru ta' siegħat ta' sahra, madwar 24 siegħa, fil-ġimgħa. Fil-każ ta' l-electricians ix-xogħol tqassam bejn it-tlett gruppi tax-xift li jaħdmu s-sahra skond il-bżonn. L-overhaul jikkonsisti f'numru ta' xogħolijiet minn snajja differenti u l-ħtieġa ta' sahra tvarja skond in-natura tax-xogħolijiet.

Birkirkara — Psaila Street

Question

Jista' l-Ministru jara li fil-proġett ta' Psaila Street, B'Kara z-zona quddiem il-flats tal-gvern (1920's) tiġi landscaped? Tista' t-talba mir-residenti biex din l-area tiġi mogħtija bħala front garden tal-flats tiġi kkonsidrata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #6385 Sitting 86 1999-05-03 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċivil — Impjegati nisa

Question

Jista' l-Prim Ministru jindika jekk hemmx il-ħsieb li dawk l-impjegati tal-gvern li jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom, ikunu jistgħu jibdew jaħdmu "reduced working hours"? Jekk ir-risposta hija iva, meta hemm il-ħsieb li dan isir?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Kif tħabbar fil-Collective Agreement milħuq mal-Unions kollha, il-Gvern sejjer iniedi dalwaqt skema ta' Reduced Hours li permezz tagħha l-impjegati tal-Gvern ikollhom il-faċilita illi jaħdmu siegħat imnaqqsa. Fost diversi raġunijiet għaliex sejra titwettaq din is-sistema, wieħed minnhom huwa biex il-ġenituri jkunu jistgħu jieħdu ħsieb ta' uliedhom. Ninsab infurmat illi n-negozjati ma l-Unions dwar il-parametri dettaljati ta kif ser titwettaq din is-sistema waslu biex jiġu finalizzati.

Maltacom — Tneħħija ta' arblu

Question

Jista' l-Ministru jagħti risposta ta' meta l-Maltacom beħsiebha tneħħi l-arblu (Ref. Telemalta 49/109) li jinsab f'nofs il-bankina fi Triq Wiġi Muscat, Ħal Lija li qed ikun ta' inkonvenjent lill-pubbliku minkejja li l-Kunsill Lokali ta' Ħal Lija ilu jirsisti mal-Maltacom għal dawn l-aħħar sentejn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xogħol ta' trinek u parti mix-xogħol tal-cable biex jitneħħa l-arblu huma lesti. Ix-xogħol li baqa' u t-tneħħija ta' l-arblu mistennija jkunu lesti fi żmien mhux il-bogħod.
Leg 9 PQ #6155 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bażilika ta' B'Kara — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti spjega għaliex twaqqaf ix-xogħol fuq il-Bażilika ta' Birkirkara mill-ħaddiema tiegħu u jekk din hijiex waqfa temporanja? Jista' l-Ministru jagħti wkoll żmien meta bejn wieħed u ieħor ix-xogħol se jerġa' jkompli?

Response (GALEA, LOUIS)

Ix-xogħol stabbilit qed jiġi komplut.
Leg 9 PQ #6171 Sitting 83 1999-04-26 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — Knisja ta' San Ġakbu

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Knisja ta' San Ġakbu fi Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta u l-bini anness magħha huma amministrati mid-Dipartiment ta' l-Artijiet? Kemm ħadet żmien biex ġiet restawrata din il-Knisja mill-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta u x'kienet l-ispiża? Min hu l-kuratur preżenti ta' din il-Knisja? Qatt sar inventarju ta' l-opri li kienu jinsabu f'dan il-bini? Jidhirlu l-Ministru li wara l-ispejjeż kbar li saru għandu jinstab mezz biex il-Knisja u l-opri tagħha jitgawdew mill-Maltin kif ukoll mill-barranin, peress li din illum tinsab magħluqa, għajr għal ftit minuti għall-quddiesa ta' nofs inhar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Knisja ta' San Ġakbu fil-Belt Valletta hi propjeta' tal-Gvern. Dwar id-dar annessa magħha, u dwar il-kuratur tal-Knisja, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsijiet tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-artijiet. Jien infurmat li inventarji qodma jeżistu iżda dawn ilhom ma jiġu aġġornati. Hemm l-intenzjoni tal-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta jaġġorna l-inventarji. Għar-rigward ta' l-ispiża tal-proġett ta' restawr jien infurmat li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta nefaq Lm75,183.10 u li dan il-proġett dam sejjer tmien snin. Għad hemm xi materji li għad iridu jsiru. Naqbel ma' l-Onorevoli Interpellant li huwa ħasra li Knisja hekk importanti u sabiħa ma hix miftuħa għal ħinijiet twal. Se nitlob lill-Kumitat għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta biex jistudja din il-problema.
Leg 9 PQ #5758 Sitting 78 1999-03-22 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

Birkirkara — Post tal-kunsill lokali

Question

Jista' l-Ministru jindika x'se jsir mill-post li kien okkupat mill-Kunsill Lokali ta' Birkirkara u jekk huwiex se jiddiskuti mal-kunsill dwar l-użu tiegħu? Kien hemm xi applikazzjonijiet għalih għall-użu ulterjuri?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-bini li kien okkupat mill-Kunsill Lokali ta' Birkirkara qed jiġi propost mill-istess Kunsill sabiex jibda jintuża bħala mużew u l-Kunsill Lokali qed jagħmel talba formali sabiex dan il-bini jibqa' f'idejh. Ninsab infurmat ukoll li kien hemm applikazzjoni minn fondazzjoni privata sabiex jutilizzaw dan il-post bħala mużew li ma ġietx milqugħa sakemm tittieħed deċiżjoni fuq it-talba tal-Kunsill Lokali ta' Birkirkara. 22.03.99
Leg 9 PQ #5679 Sitting 76 1999-03-16 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santa Venera — Istitut San Ġużepp - Ground

Question

Billi f'mistoqsija parlamentari numru 12824, l-Onor. Evarist Bartolo dak iż-żmien Ministru ta' l-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali qallu li "qed tiġi kkonsidrata talba biex jiġi rranġat il-wiċċ tal-ground ta' l-Istitut San Ġużepp f'Santa Venera liema talba issa ilha s-snin pendenti quddiem il-gvern, jista' l-Ministru jgħid fiex waslet din il-konsiderazzjoni u jikkonsidra li għandu jirranġa dan il-ground peress li issa aktar minn qabel jinsab ta' periklu għal mijiet ta' tfal u żgħażagħ li kuljum jagħmlu użu minnu għat-taħriġ u logħob?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Club ġie mitlub jagħti aktar dettalji qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar ix-xogħlijiet li hemm bżonn isiru.

Birkirkara — Triq il-Vaguni

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-kisi bit-tarmac ta' Triq il-Vaguni, Birkirkara tiġi nkluża bħala parti mill-proġett ta' Psaila Street, Birkirkara?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tat-Toroq biex jiġi ikkunsidrat.

Ħamrun — Triq San Ġużepp - Lampi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fi Triq San Ġużepp, il-Ħamrun saru lampi ġodda fuq iż-żewġ naħat tat-triq minflok dawk li hemm imdendla f'nofs it-triq? Kien ikkonsultat il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun qabel ma nbeda x-xogħol? Għaliex it-tqegħid ta' dawn il-lampi waqaf mal-konfini tal-Ħamrun u ma baqax tiela' fil-konfini ta' Santa Venera meta t-triq hi waħda u meta l-istess kunsilli lokali f'dak li hu riabilitazzjoni ta' Triq San Ġużepp qed jipprovaw jgħaqqdu flimkien ir-riżorsi tagħhom? Jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol jitkompla minnufih għal parti ta' Triq San Ġużepp li tagħmel ma' Santa Venera?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Naxxar — Triq il-Kappella ta' San Mikiel

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex Triq il-Kappella ta' San Mikiel, fin-Naxxar qegħda bla servizz ta' ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ġlment ta' l-Onorevolġ ġnterpellant qed jġġġ mġstħarreġ
Leg 9 PQ #5665 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Ġbir ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' vetturi li l-pulizija ġabret kull sena, mill-1994 sa l-1998, mit-toroq ta' Santa Venera?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li n-numru ta' vetturi li l-Pulizija neħħiet mit-toroq ta' Santa Venera fis-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998, kien ta' 9, 20, 40, 3 u 8 rispettivament. 15.03.99
Leg 9 PQ #5666 Sitting 75 1999-03-15 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Reati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il reat li sar f'Santa Venera kien irrapportat lill-pulizija, sena b'sena, matul is-snin 1994, 1995, 1996, 1997 u 1998?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-istatistika kompjuterizzata li bdiet tinżamm minn Lulju 1997, in-numru ta' reati rrapurtati f'Santa Venera bejn Lulju u Diċembru 1997 kien ta' 106 filwaqt li bejn Jannar u Diċembru 1998 kien ta' 193. 15.03.99

Santa Venera — Lampi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il lampa ġdida tqegħdet f'Santa Venera, sena b'sena mill-1994 sa l-aħħar tas-sena li għaddiet? F'liema toroq tqiegħdu? Liema lampi saru fuq talbiet tal-kunsill lokali?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduata oħra.