Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #11226 Sitting 180 1999-11-15 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Dollies elettriċi

Question

Jista'l-Ministru jara għalfejn, minkejja x-xiri ta' "dollies" elettriċi, fl-MIA xorta qegħdin jidħlu dawk tad-diesel fil-mina fejn jinġarru l-bagalji?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li filwaqt li sa ftit ilu f'din il-mina kienu jintużaw tractors li jaħdmu bid-diesel biss, l-MIA insistiet ma' l-Air Malta biex dawn it-tip ta' tractors jinbidlu ma' oħrajn li jaħdmu bl-elettriku. L-Air Malta bdiet taħdem fuq programm biex isir it-titjib mitlub. Illum il-biċċa l-kbira tax-xogħol isir bi tractors li jaħdmu bl-elettriku. Madankollu minħabba l-fatt li dawn it-tip ta' tractors għadhom ma waslux kollha, ikun hemm okkażjonijiet fejn it-tractors li jaħdmu bid-diesel ikollhom jintużaw biex l-Air Malta tlaħħaq mad-domanda tax-xogħol u biex l-ajruplani ma jitilqux tard. Jiena nfurmat ukoll li bħalissa qed jintużaw erba' tractors li jaħdmu bl-elettriku, tnejn oħra waslu l-ġimgħa l-oħra u tlieta oħra mistennija jaslu dalwaqt.
Leg 9 PQ #11085 Sitting 175 1999-11-08 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tad-Dwana — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti ħjiel meta dawk il-ħaddiema li ġew fid-Dipartiment tad-Dwana mill-Posta sejrin jiġu maqluba tal-post uffiċjalment billi diġa' ilhom hemm tliet snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ħaddiema li ġew fid-Dipartiment tad-Dwana mill-Posta huma diġa impjegati mal-Gvern b`mod regolari.
Leg 9 PQ #10952 Sitting 174 1999-11-04 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Supervisor

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bniedem li jkun għamel 8 snin jaħdem ta' acting supervisor imbagħad ma jintgħażilx għall-post ta' supervisor fid-dipartiment ta' l-Edukazzjoni, għandu dritt ta' ħlas għaż-żmien li għamel acting?

Response (GALEA, LOUIS)

Jista' l-Onor. Membru jagħtini aktar dettalji dwar il-każ, sabiex inkun f'pożizzjoni aħjar biex nagħti tweġiba?
Leg 9 PQ #10891 Sitting 168 1999-11-01 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonanti — Arretrati tat-taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi skema biex l-arretrati tat-taxxa li jridu iħallsu l-pensjonanti, jiġu mħallsa bin-nifs mingħajr ma jeħlu l-interessi ta' 1% kull xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Ir-risposta hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #10612 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Birkirkara - towing ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-karozzi msemmija f'mistoqsija parlamentari numru 10472, tneħħew minn Triq il-Vlontin u tpoġġew waħda fi Triq il-Passju w l-oħra f'Triq Notabile?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li s-sid tal-vetturi li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant, kien ġie ordnat ineħħi dawn il-vetturi u huwa kien obda l-ordnijiet tal-Pulizija u neħħihom minn fejn kienu. Pero` irriżulta li dawn tpoġġew fi triq oħra u l-Pulizija reġgħet ordnat li dawn jitneħħew. Infurmat ukoll illi ser jittieħdu proċeduri fil-Qorti kontra s-sid ta` dawn il-vetturi. 25.10.99
Leg 9 PQ #10631 Sitting 163 1999-10-25 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Fond f'B'Kara

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex qatt ma ttieħdu passi kontra s-sid ta' fond f'Birkirkara li, id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għall-inbiħ kontinwu ta' klieb li jiġi minn din id-dar għad-detriment tar-residenti?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija sarilha rapport anonimu permezz ta` ittra dwar l-ilment li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Dan ir-rapport ġie nvestigat mill-Pulizija iżda sid il-fond innega li l-klieb, li huma liċenzjata mill-Pulizija, qed joħolqu xi nkonvenjent lill-ġirien. Sabiex jittieħdu passi fil-Qorti f`ċirkostanzi bħal dawn, fejn ikun hemm allegat inkonvenjent għall-ġirien ikun neċessarju li jitilgħu jixdhu l-kwerelanti, li f`dan il-każ mhux magħrufa għax għażlu li jibqgħu anonimi. Madankollu, is-sid ġie mwissi sabiex jieħu dawk il-miżuri possibli sabiex ma jħallix il-klieb tiegħu jdejqu lill-ġirien. 25.10.99
Leg 9 PQ #10472 Sitting 158 1999-10-18 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Birkirkara - Towing ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jara li l-karozzi HAH-989 Transit u TAC-295 Cortina jiġu ttowjati minn Triq Vlontin, Birkirkara peress li huma bla liċenzja u ilhom li ġew irrapportati xahrejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-vetturi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant tneħħew. 18.10.99
Leg 9 PQ #10075 Sitting 151 1999-10-07 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pulizija tieħu l-passi meħtieġa biex karozza f'Wignacourt Street, Birkirkara li mhux suppost ikunu pparkjati hemm, jinġabru?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija tinforza r-regolamenti tat-traffiku, inkluż dak dwar l-ipparkjar ta' karozzi fejn mhux permess u dan jgħodd ukoll għal post speċifikat fil-Mistoqsija mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmat ukoll li matul Settembru ngħataw 14-il Traffic Offence Ticket u vettura ġiet ittowjata mill-post indikat. 07.10.99
Leg 9 PQ #8907 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tal-Prosthesis — Kalzetti speċjali

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex fid-Dipartiment tal-Prosthesis mhumiex qed jagħtu l-kalzetti speċjali għall-parti tas-sieq fejn teħel il-prosthesis?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta` kalzetti speċjali (starep socks) li jingħataw lill-pazjenti li jużaw 'prosthesis', huwa skond il-bżonn ta` l-individwu kkonċernat sakemm dan ikun ġustifikat.

Kunsilli lokali — Segretarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jibdew xi kors għad-dħul tas-segretarji mal-kunsilli lokali u jekk iva, meta se jibdew?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed isiru diskussjonijiet ma` l-Assoċjazzjoni tas-Segretarji tal-Kunsill Lokali sabiex il-kors li kien isir għad-dhul tas-Segretarji tal-Kunsilli Lokali, issa jibda jsir b`mod aktar professjonali. Għad m`hemm l-ebda data fissa meta se jibda dan il-kors.
Leg 9 PQ #8909 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tal-Finanzi

Awdituri interni — Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-allowance ta' Lm600 lill-Awdituri interni wara erba' xhur għadha ma bdietx titħallas? Jekk il-Ministeru, issa li l-kondizzjonijiet s'issa ġew imwettqa minn naħa ta' l-impjegati, għandux il-fehma li jonora dan il-kuntratt ma' l-Awdituri interni?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-`appointment` u l-ewwel pagament ta` l-`allowance` dovuti lill-awdituri l-ġodda huma kundizzjunati b`perijodu ta` sitt xhur `probation`. Malli jiskadu s-sitt xhur dawn jingħataw l-`appointment` u jitħallsu nofs is-somma annwali ta` l-`allowance`. Wara dan, jibdew jitħallsu ħamsin lira kull xahar.
Leg 9 PQ #8910 Sitting 136 1999-07-19 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Persuna bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti raġuni għaliex id-dipartiment ma jipprovdix facilitator għall-persuna bi bżonnijiet speċjali meta din il-persuna tkun qed tattendi skola privata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Gvern iħallas għas-servizz ta' facilitator jew Kindergartenn Assistant għal persuni b'diżabilita` meta dawn ikunu jattendu skejjel privati tal-Knisja. Informat ukoll li għad m'hemmx ftehim simili ma' skejjel privati indipendenti.
Leg 9 PQ #8504 Sitting 130 1999-07-05 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Early Retirement Scheme

Question

Jista' l-Ministru jagħti risposta għall-mistoqsijiet parlamentari numru 7197 u 7000 li saru f'Mejju?

Response (BONNICI, JOSEF)

Rigward il-Mistoqsija Parlamentari numru 7000, jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma investigat il-provvista ta' l-ilma fil-garaxxijiet imsemmija. Minn din l-invetigazzjoni irriżulta li m'hemm l-ebda garaxx fi Sqaq Rajżi li għandu l-provvista ta' l-ilma iżda m'għandux meter. F'din l-akkwata hemm pressjoni adegwata ta' ilma u l-Korporazzjoni ma' taf bl-ebda problema ta' nuqqas ta' ilma fil-viċinanzi. Dwar l-Early Retirement Scheme li għaliha sarer referenza fil-mistoqsija numru 7197, jiena nfurmat li l-Maltacom kienet ħarġet ittra ċirkulari datata 5 ta' Mejju 1999 u li kienet intbagħtet lill-ħaddiema tagħha.

Mellieħa — Dawret it-Tunnara

Question

Jista' l-Ministru jara li l-kuntrattur li ħadem fuq (WSC) Dawret it-Tunnara, fil-Mellieħa jerġa' jġib it-triq fl-istat li kienet qabel?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq spezzjona x-xogħolijiet li qed isiru biex il-bankini li nqalgħu waqt dan ix-xogħol jerġgħu jitranġaw u ġie kkonfermat illi x-xogħol quddiem il-postijiet li qed jintużaw mill-pubbliku tlesta`.
Leg 9 PQ #8027 Sitting 126 1999-06-21 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Ambjent

Tniġġis ta' l-arja

Question

Billi waqt seminar riċenti kien imsemmi li ċertu tniġġis (SO2) ta' l-arja kien qiegħed jasal Malta mir-raffinerija fi Sqallija, jista' l-Ministru jgħid huwiex vera u jekk saritx xi rappreżentazzjoni mal-Gvern Taljan fuq il-każ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi l-awtur ta' l-istudju ntalab biex jissottometti kopja ta' l-istudju lid-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent għall-kummenti ta' l-istess Dipartiment.
Leg 9 PQ #7223 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Facilitators

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tfal f'Malta u f'Għawdex li għandhom facilitator fl-iskola? Hemm xi pjan biex jerġa' jinfetaħ il-kors ta' diploma għal facilitators sabiex ilaħħqu mad-domanda li hawn issa u li għad ikun hemm? X'inhi s-sitwazzjoni bħalissa dwar tfal li qegħdin fi skejjel indipendenti u li għandhom bżonn facilitator? Hemm previst li l-policy dwar il-facilitators tinbidel għal dawn it-tfal, speċjalment issa li l-Eden Foundation se tieqaf tgħin lill-ġenituri tagħhom billi kienet tħallas nofs il-paga tal-facilitator? Dan meta tqis li f'xi każi, l-unika option li dawn il-ġenituri ikollhom ikun li jibagħtu lit-tfal fl-iskejjel tal-gvern, li jfisser li l-gvern irid iħallas ukoll għall-edukazzjoni, trasport u kotba minbarra l-paga tal-facilitator.

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx inġabar, inwieġeb f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #7224 Sitting 110 1999-05-31 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

B'kara — Cane Street - Qasab

Question

Jista' l-Ministru jara li jinqatgħu l-qasab li hemm f'Cane Street, Birkirkara quddiem il-każin tal-banda ta' Sant'Antnin, għaliex qiegħed jinħoloq inkonvenjent lir-residenti li l-btieħi tagħhom jagħtu għal fuq il-wied?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li Cane Street taqa' taħt ir-responsabbilita' tal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #6999 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Birkirkara — Triq is-Santwarju - Siġar

Question

Jista' l-Ministru jara li s-siġar fi Triq is-Santwarju, f'Birkirkara jiġu miżbura għaliex qed joħolqu inkonvenjent lir-residenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli nterpellant li r-responsabbilita tas-siġar li hemm fi Triq is-Santwarju f'Birkirkara hija tal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #7000 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birkirkara — Sqaq Rajzi - Vitien ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jitlob lill-WSC tinvestiga jekk hux vera li hemm xi garaxxijiet fi Sqaq Rajzi, f'Birkirkara li għandhom vit bla arloġġ tad-dawl u li tali garaxxijiet ta' spiss iħallu l-kerrejja fil-viċin bla ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #7197 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Naltacom — Early Retirement Scheme

Question

Jista' l-Ministru jinformani jekk il-Maltacom plc hijiex se żżomm l-early retirement scheme li għandha bħalissa jew jekk huwiex il-ħsieb li din tiġi riveduta?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta tingħata f`xi seduta oħra.