Jista' l-Ministru jikkonsidra jekk jistgħux isiru pelican lights faċċata ta' l-Isptar Monte Carmeli, ħalli l-pazjenti jkunu jistgħu jaqsmu t-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed iwettaq xogħol f`din iż-żona li ser jinkludu l-faċilitajiet neċessarji biex il-pubbliku jista jaqsam it-triq, inklużi `pelican lights`.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li dawk li jkunu jaħdmu u jkunu pazjenti ta' mard mentali, jingħataw il-faċilita' ta' flexitime?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M'hemm xejn kontra li bi qbil bejn l-imgħallem u l-ħaddiem, ikun hemm sistemi ta' organiżżazzjoni ta' xogħol differenti minn normal, basta ma jsirx ksur tal-liġi tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex n-nies tal-Belt Valletta ma jistgħux jirtiraw parcels mill-Posta meta mill-posta ta' bliet u rħula oħra jistgħu?
Għaliex dawn iridu jmorru l-Marsa biex jirtiraw il-parcel post?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li ghalissa, peress li l-Parcel Office jinsab il-Marsa, il-parcels iridu jigu rtirati minn hemm.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 12745 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Ambjent u li ġiet riferuta lilek, ċioe' jagħti raġuni għaliex kumpannija f'Malta li tirriċikla l-karti u li kienet tuża siti fil-RDC qabel l-1996, u li ġie terminat l-arranġament tiegħu mill-amministrazzjoni preċedenti hemmx il-ħsieb li terġa' tingħata l-istess għajnuna?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fil-prezent il-Korporazzjoni ghall-Izvilupp ta` Malta m`ghandhiex applikazzjonijiet ghal dan it-tip ta` industrija, cioe` riciklar tal-karti, u lanqas ghandha l-facilita` li tiddisponi mis-siti ta` l-RDC peress li dawn ma jiffurmawx parti mill-art industrijali amministrata mill-Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jara li l-bozza fi Triq Vittorja, Birkirkara, fuq id-dar "Concetta", tinbidel b'waħda aktar qawwija għaliex dik li hemm m'hi qed turi xejn?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex jigi mistharreg u jekk ikun il-kaz tittiehed l-azzjoni necessarja.
Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir bit-tarmak Triq il-Kan. Karmenu Pirotta, B'Kara li hi fi stat diżastruż?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jieħu passi biex din it-triq tinfetaħ għal ġol-Bypass ta` B`Kara u b`hekk tkun tista` tinfetaħ it-triq u tiġi asfaltata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-VAT fuq il-kera tat-telefon mill-Maltacom għall-konsumatur?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rata tal-VAT fuq il-kera tat-telefon mill-Maltacom għall-konsumatur hija ta` (15%). Iżda, kif imħabbar fid-diskors tal-Budget 2000, fil-każ tat-telefon minħabba l-aġġustament li għamlet il-Maltacom fil-prezzijiet tagħha biex tpatti għar-rifużjoni li se tieħu, il-prezzijiet għall-konsumatur ser jiżdiedu biss b`5%.
Jista' l-Ministru jagħti raġuni għaliex kumpannija f'Malta li tirriċikla l-karti u li kienet tuża siti fil-RDC qabel 1996, u li ġie tterminat l-arranġament tiegħu mill-amministrazzjoni preċedenti hemmx il-ħsieb li terġa' tingħata l-istess għajnuna?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Billi l-kumpaniji kummerċjali jirċievu l-għajnuna mill-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti istruzzjonijiet lill-Maltacom biex outlet point quddiem id-dar "St Anthony" ġo Naxxar Road, Birkirkara, tiġi illivellata għax qed jaqgħu n-nies fiha u wkoll hemm bżonn tiġi mkaħħla sew għaliex qed joħorġu l-ġrieden minnha?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Maltacom biex tiehu l-azzjoni necessarja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta hijiex firmatorja tal-European Patent Convention (Munich) tal-1973 u jekk hijiex firmatorja tat-TRIPs agreement (Trade Related aspects of Intellectual Property rights) tal-WTO?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ghalkemm Malta mhix firmatarja tal-European Patent Convention, hemm il-hsieb li meta jkun opportun issir it-talba biex pajjizna jibda jifforma parti minn din il-Konvenzjoni.
Dwar it-Trade Related Aspects of Intellectual Property Rights Agreement tal-World Trade Organisation, ta min jinnota li Malta hija awtomatikament firmatarja peress li hija firmatarja tal-World Trade Agreement.
Jista' l-Ministru jikkonsidra jekk jistax jinkludi l-marda Manic-Depressive Psychosis bħala waħda mill-mardiet li tiġi nkluża fi skeda V tal-mediċini b'xejn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-proposta ta' l-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata
Jista' l-Ministru jara jistax jibda jsir staggering tal-appuntamenti fil-Mental Out-Patients Department?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Huwa possibli li jibda jsir staggering tal-appuntamenti fil-Mental Out-Patients Department iżda jeżistu diversi problemi fosthom:
1. In-numri ta' pazjenti tant huwa kbir u t-tobba tant jinbidlu
minn darba għal oħra minħabba leave jew impenji oħra
fid-Dipartiment illi huwa diffiċli li żżomm m'allokazzjoni
ta' appuntamenti staggered għal kull tabib
2. Meta tabib ikun nieqes mill-clinic kif imsemmi, il-pazjenti
tiegħu jinqasmu fuq tobba oħra.
3. Ħafna mill-pazjenti jiġu kmieni ħafna u jinsistu li min jiġi
l-ewwel għandu jinqeda l-ewwel irrispettivament minn
appuntamenti
4. Diffikulta' biex tkun taf kull konsulta kemm se tieħu ħin.
Għal dawn ir-raġunijiet, għandu mnejn illi sistema ta' staggered appointments ma taħdimx daqshekk tajjeb.
Birkirkara — Mannarino Road - Ipparkjar ta' karozzi
Question
Jista' l-Ministru jara li karozzi f'Mannarino Road, Birkirkara, li ħafna minnhom jappartjenu għal auto-dealers u li m'għandhomx liċenzja, ma jitħallewx jokkupaw il-bankina għad-detriment tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Pulizija ser tieħu passi sabiex kemm jista` jkun l-abbuż li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ma jseħħx.
Jista' l-Ministru jara jekk il-Mitħna li hemm bejn Naxxar Road u Ganu Street f'Birkirkara tiġi mixgħula bi dwal apposta (reflectors)?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-mitħna li hemm bejn Triq in-Naxxar u Triq Ganu diġa għandha tlitt rifletturi. L-Enemalta tista' tipprovdi l-materjal neċessarju ladarba ssir talba formali li fiha jingħataw id-dettalji kollha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-residenti ta' Cane Street, Birkirkara humiex intitolati għall-kumpens finanzjarju tal-ħsara li jġarrbu kull darba li jagħmel l-għargħar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li f'każi bħal dak li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant m'huwiex normalment indikat li tingħata għajnuna finanzjarja lil min iġarrab il-ħsara.