Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17814 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Arloġġ tad-dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li l-arloġġ tal-ilma tad-dawl tal-inkwilini, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, jiġu ċċekkjati mill-korporazzjonijiet responsabbli peress li minkejja li diġa' sar rapport minnhom għadu ma ġara xejn?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant giet mghoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #16824 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Ambjent

B'Kara — Drenaġġ

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16150, l-Onor. Interpellant qed jispeċifika l-informazzjoni mitluba u għalhekk jerġa' jpoġġi l-istess mistoqsija. Jista' l-Ministru jikkosidraha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-programm ta' xogħlijiet ta' estensjonijiet ġodda tas-sistema tad-drenaġġ huwa kważi eżawrit. Madankollu qegħdin jittieħdu passi biex wieħed jara kif jista' jdaħħal din l-estensjoni wkoll. Jekk wieħed ma jkunx jista' jinkludiha għal din is-sena, din l-estensjoni se tiġi mdaħħla għall-programm tas-sena d-dieħla.
Leg 9 PQ #16547 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Dentistrija

Question

Rigward mistoqsija parlamentari numru 16436, jista' l-Ministru jgħid jekk minn għandu l-kartuna r-roża jistax jagħmel dental crown biha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ir-risposta hija fl-affermattiv u dawk li għandhom il-kartuna r-roża huma intitolati għall-'Plastic' (acrylic) crown.
Leg 9 PQ #16585 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Fleur de Lys - Patrols

Question

Jista' l-Ministru jara li jsiru patrols mill-mobile section tal-pulizija lejn in-naħa ta' Fleur de Lys, B'Kara viċin l-iskola ta' Santa Monica, għaliex qed jiġi rappurtat ħafna serq mill-karozzi u djar?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-lokalita` li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant qed ikun hemm patrol mis-sezzjoni tal-Mobile tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #16594 Sitting 307 2000-06-05 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jara li t-tifla, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, li għandha każ mediku partikolari tingħata l-faċilita' ta' facilitator?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ġenitur ta' din it-tifla irreġistraw lit-tifla l-iskola ta' Santa Venera 'A' nhar il-ġimgħa 2 ta' Ġunju. Immedjatament l-iskola għarrfet lill-ġenituri biex jirreferu l-każ lill-Statementing Board.
Leg 9 PQ #16327 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Facilitator

Question

Jista' l-Ministru jindaga meta t-tifel - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - li għandu bżonn ta' facilitator sejjer jingħata dan is-servizz għaliex s'issa għad m'għandux?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dan it-tifel kellu servizz ta' facilitator li waqaf meta din irriżenjat. Kif id-Diviżjoni jkollha r-riżultat ta' l-interviews ser jittieħdu l-passi meħtieġa biex dan it-tifel jingħata lura s-servizz meħtieġ.
Leg 9 PQ #16436 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Dentistrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy dwar id-dipartiment tad-dentistrija fiċ-ċentri tas-saħħa rigward crowns tas-snien għal dawk in-nies li għandhom il-kartuna s-safra?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-intitolament għal-servizzi tad-dentistrija fiċ-Ċentri tas-Saħħa huwa relatati biss mal-kartuna r-roża u jekk wieħed għandux kartuna safra (Schedule V) jew le ma għandu l-ebda konnessjoni mal-aċċess għal dawn is-servizzi. Kulhadd huwa intitolat għal servizzi b`xejn ta` check-up, qlugħ u tindif. Servizz ta` mili tas-snin (conservative treatment) u applikazzjoni għal dentatura huwa aċċessibli biss min dawk li għandhom il-karta roża.
Leg 9 PQ #16150 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Ambjent

Birkirkara — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li jingħadda d-drenaġġ fi N/s in Tower Road, B'Kara?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jista' l-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku u jgħidilna jew jindikalna liema "new street".
Leg 9 PQ #16151 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Birkirkara — Funtani

Question

Jista' l-Ministru jara li l-funtana fil-ġnien wara l-Bażilika ta' Sant'Elena u dawk fi ġnien l-istazzjon jiġu servisjati għaliex ilhom ma jaħdmu żmien twil billi difettużi?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-funtani li jinsabu fil-ġonna ta' Birkirkara jaqgħu taħt ir-responsabilta' diretta tal-Kunsill Lokali. Fil-każ ta' dik fil-ġnien ta' wara l-Bażilika ta' Sant' Elena, xi snin ilu kienet ġiet irranġata iżda wara kienet il-mira ta' vandaliżmu w tkissir. Issa ma tistax titranġa mingħajr investiment ġdid. Fil-każ taż-żewġ funtani li jinsabu fil-ġnien ta' l-istazzjon id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura pprovda l-assistenza biex titranġa waħda minnhom. Għad jonqos li jistabu xi spare parts biex tissewwa l-oħra.
Leg 9 PQ #16154 Sitting 297 2000-05-22 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Telemalta — Malicuous telephone calls

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ li, id-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, fejn għad hemm okkażjonijiet ta' malicious telephone calls u jikkonsidra l-ittra ta' l-inkwilin dwar il-kont li allura ġie għoli?

Response (BONNICI, JOSEF)

Din il-kwistjoni titratta zewg affarijiet separati, wahda ta` telefonati malizzjuzi li huma sejhiet li allegatament ircieva l-abbonat (incoming calls) u l-ohra dwar allegati kontijiet hziena li ghandhom x`jaqsmu ma` sejhiet maghmula minn fuq il-linja tal-klijent (outgoing calls). Iz-zewg kazi ma ghandhom xejn x`jaqsmu ma` xulxin. Jiena nfurmat li l-kaz dwar sejhiet malizzjuzi lil dan il-klijent kienu u ghandhom qed jigu investigati kemm mill-pulizija kif ukoll mill-Maltacom. Fil-fatt diga` jezisti rapport tal-pulizija. It-tieni kaz gie studjat sewwa minn ufficjali gholja tal-Maltacom. L-abbonat, u jekk irid l-Onorevoli Interpellant mieghu, huma mistiedna biex jekk iridu jaraw privatament il-file ta` l-istess klijent wara li jaghmlu l-arrangamenti mehtiega mal-Maltacom.

B'Kara — Crash barriers quddiem razzett

Question

Jista' l-Ministru serjament jikkonsidra li jsiru crash barriers quddiem ir-razzett, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, għaliex kull darba l-karozzi qegħdin jifqagħlu l-ħajt għaliex jinsab f'liwja ta' triq maġġura?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ser jieħu passi biex il-`crash barriers` li hemm bżonn jitwaħħlu.

Birkirkara — Triq Geneste

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li Triq F. Geneste f'Birkirkara (private road) tingħata t-tarmak għall-użu tar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq F. Geneste f`Birkirkara ser tkun inkluża f`sejħa għal offerti li ser issir għal xogħol fit-toroq tal-lokalita`.
Leg 9 PQ #15332 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tal-Finanzi

Professjoni Medika — Ħlas tal-VAT

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tad-dħul tal-VAT mill-professjoni medika ladarba t-tobba huma exempt with credit u għalhekk ma jħallsux VAT?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul tal-VAT mill-professjoni medika minn attivitajiet taxxabbil matul l-1999 kien Lm348, maqsum hekk : Taxxa proprja Lm245 Penali meta d-denunzja tintbagħat tard Lm100 Interessi Lm3
Leg 9 PQ #15333 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Attard — Triq San Anton - Ilma

Question

Jista' l-Ministru jara jekk tistax tiġi kkonsidrata li jiddaħħal il-main ta' l-ilma mill-WSC fl-arja magħrufa bħala Ta' Fġieni" new street in San Anton Street, Attard għaliex ir-residenti qegħdin bla ilma?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-suggeriment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma ghall-kunsiderazzjoni taghha.
Leg 9 PQ #15334 Sitting 276 2000-04-03 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Service Station

Question

Jista' l-Ministru jindaga l-każ li d-dettalji tiegħu qegħdin jintbagħtu separatament, peress li d-deċiżjoni dwaru qegħda iddum biex tittieħed?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-kaz huwa dwar sid ta` pompa tal-petrol li jrid jixtri minghand il-Korporazzjoni Enemalta l-art li fuqha hija mibnija l-pompa. Il-Korporazzjoni kienet ghamlet offerta izda s-sid kien sabha gholja wisq.
Leg 9 PQ #14963 Sitting 266 2000-03-20 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tal-Finanzi

B'Kara — Banka tal-Lottu

Question

Billi l-banka tal-lottu Nru. 96, fit-Triq Borg, Fleur-de-Lys, B'Kara sejra tagħlaq, jista' l-Ministru jara li tinfetaħ banka oħra fl-inħawi għall-użu tar-residenti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jekk kemm il-darba id-Dipatiment tal-Lottu jakkwista xi propjeta` pubblika fil-viċinanzi u li tkun adekwata bħala banka tal-lottu is-suġġeriment tiegħu jiġi milqugħ.
Leg 9 PQ #14097 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Malicious phone calls

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-Maltacom hijiex tinvestiga każ ta' malicious phone calls fuq il-familja li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li ilha vittma ta' din il-biċċa xogħol żmien twil?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #14175 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Manic Depression

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14026 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe: tista' tikkonsidra jekk il-marda manic depression tiżdiedx mal-mardiet ta' l-SKA?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 13969 f`seduta 246. Is-suġġerimenti ta` L-Onor. Interpellant huwa wieħed mill-ħafna li jridu jiġu kkonsiderati mit-Task Force.
Leg 9 PQ #14266 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

B'Kara — Pjazza St. Elena - Serq ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien irrapportat serq mill-karozzi fi Pjazza Sant'Elena, Birkirkara f'dawn l-aħħar xahrejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu bejn l-1 ta` Diċembru 1999 u t-23 ta` Frar 2000 ma ġewx irrapurtati lill-Pulizija serq minn karozzi ipparkjati f`Misraħ Sant`Elena, Birkirkara.
Leg 9 PQ #14330 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Istituzzjonijiet edukattivi — Studenti

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm hu t-total ta' l-istudenti f'Malta li qegħdin jistudjaw f'xi istituzzjoni edukattiva fil-livell post-sekondarju?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għadd ta' studenti f'Malta li qegħdin jistudjaw f'xi istituzzjoni edukattiva post sekondarja f'Jannar kien ta' 8334.