Legislature:
Category:
Reset
Active:

Attard — Toroq

Question

Billi ħafna bdiewa għandhom bżonn jużaw triq li minn fejn il-Flower Power, H'Attard, tagħti għal ġo Ta' Qali, u billi din iz-zona tinsab fil-konfini tar-responsabbilta' tal-gvern, billi t-tali triq hija imħarbta sew, jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jispezzjona t-triq u jara x'hemm bżonn li jsir.

Birkirkara — Victory Street

Question

Jista' l-Ministru jindika jekk u meta huwa pprogrammat li titkompla l-parti ta' fuq ta' Victory Street, Birkirkara, liema triq hija mħarbta fejn tmiss mat-triq tal-bypass (Triq Dun Karm)?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asflatar ta' toroq simili ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.

PTA — Birkirkara

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex fil-11 ta' Jannar 2001 fit-3.30 p.m. xarabank li kienet qed taħdem ir-rotta 42, telqet in-nies kolha fil-venda fi Pjazza Santa Liena, Birkirkara?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dwar il-każ li rrifera għalih l-Onor. Interpellant jidher li ma sar l-ebda rapport uffiċjali. Għaldaqstant, nitlob li jekk l-Onor. Membru għandu aktar informazzjoni dettaljata dwar dan il-każ jgħaddiha lili u b'hekk tkun tista' ssir investigazzjoni dwar x'ġara eżatt.

Fleur-de-Lys — Traffic Lights

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra jekk it-traffiku madwar ir-roundabout ta' Fleur-de-Lys/Santa Venera jistax jiġi regolat bit-traffic lights għaliex qed ikun hemm konġestjoni kbira filgħodu u filgħaxija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt is-suġġeriment ta` l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tat-Toroq biex jiġi kkunsidrat x` l-aħjar li jsir.

Birkirkara — Triq Notabile

Question

Jista' l-Ministru jara jekk tistax issir Triq Notabile, Birkirkara, bit-tarmac (new road) għaliex kemm ilhom li ngħalqu l-mini taħt l-akkwadott fl-istess triq, din isservi ta' żblokk importanti fiz-zona?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Kunsill Lokali u d-Dipartiment tat-Toroq biex ix-xogħol indikat mill-Onor. Interpellant ikun jista jitwettaq.

Birkirkara — Triq A. Cuschieri

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq A. Cuschieri, Birkirkara, li tagħti għal fuq Psaila Street, hijiex sejra issir bħala parti mill-proġett, peress li din it-triq kienet ingħatat tarmac fiċ-ċentru biss, waqt li l-ġnub tagħha baqgħu qatt ma saru bit-tarmac?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li peress li din it-triq hija waħda asfaltata, resurfacing fiha irid isir mill-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #21368 Sitting 435 2000-11-24 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Santa Venera — Triq il-Ferrovija - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jindaga għaliex wire ta' l-Enemalta live li ilu jiġi rrapportat diversi drabi għadha ma tteħditx azzjoni fuqu? Dan jinsab ħdejn l-Evergreen, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-ħsara li għalih qed issir riferenza issewwiet.

Djar — Swatar - Manutenzjoni

Question

Rigward il-flats tal-Gvern (Entratura 1 Blokk B) tas-Swatar fi Triq il-Balliju Guttenberg, jista' l-Viċi Prim Ministru jindaga għaliex għadu ma sarx xogħol fuq l-entratura u t-taraġ li għadu tali kwali kif inbena erba' snin ilu anke wara li l-Housing Maintenance Office ġie avżat kemm-il darba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat li kienet ħarġet sejħa għall-offerti biex isir dan ix-xogħol bil-kuntrattur iżda dan baqa' m'għamilx ix-xogħol meħtieġ. Għalhekk issa ingħata x-xogħol lil kuntrattur ieħor li ser jibda x-xogħol il-ġimgħa d-dieħla.
Leg 9 PQ #21120 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birkirkara — Triq Kalċidon - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra li fi Triq Kalċidon Gatt, B'Kara jiżdied il-wattage tal-bozoz li hemm fil-lampi tat-triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-talba biex ikun hemm dawl adekwat fit-triq imsemmija qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.

Drittijiet tal-Bniedem — Surveillance Camera

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk sid ta' fabbrika jistax jagħmel surveillance camera fuq il-post tax-xogħol bl-iskop li jkun jaf il-ħin kollu ċ-ċaqliq tal-ħaddiema? Jista' dan il-fatt jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tal-bniedem?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jista' jkun hemm diversi raġunijiet għaliex employer jiddeċiedi li jagħmel sistema ta' closed-circuit monitoring, uħud minnhom anke biex jissalvagwardjaw aspetti ta' saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol. Għalhekk, it-Tweġiba għal din il-Mistoqsija ma tistax tingħata għaliex kull każ jista jvarja minn ieħor.
Leg 9 PQ #20870 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birkirkara — Triq il-Wied - Dawl

Question

Billi hemm ħafna dlam fl-area tat-Taurus Centre, Triq il-Wied, Birkirkara, jista' l-Ministru jara li ssir bozza ġdida quddiem il-Knisja ta' San Pawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mill-investigazzjoni li saret jirriżulta li fit-triq imsemmija hemm dawl adekwat.
Leg 9 PQ #20873 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Żebbuġ - Sparatura

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħditx xi azzjoni legali kontra dak l-individwu li spara fuq "Osprey" Imdina Road, Żebbuġ, liema rapport deher fuq "The Times"?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija identifikat il-persuna li sparat fuq l-‘Osprey’, u kkonfiskatlu l-arma tan-nar. Din il-persuna mistennija titressaq il-Qorti fit-22 ta` Novembru, 2000.

B'Kara — Triq Dun Filuppu Borg

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Dun Filuppu Borg Street, (naħa ta' fuq) f'B'Kara hijiex se tinqala' bħala parti mill-proġett ta' Psaila Street?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li din it-triq li tibda minn Psaila Street sa Triq Mannarinu hija parti mill-proġett ta' Psaila Street, u għalhekk ser tinqala' u jgħaddu servizzi ġodda.
Leg 9 PQ #19759 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Mature Students

Question

Jista' l-Ministru jara li dawk il-mature students li għadhom qed jistennew risposta mill-Universita' jistgħux jibdew xi kors din is-sena jew le, jingħataw risposta xierqa? Dan jgħodd ukoll għall-IHC fejn kulmin għadda qed jistenna risposta.

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-aċċettazzjoni ta' applikanti li japplikaw taħt il-klawsola komunement magħrufa bħala il-maturity clause bil-fors ikollhom jingħataw risposta aktar tard minn oħrajn peress li l-aċċettazzjoni tagħhom tiddependi fuq evalwazzjoni individwali u tikkomprendi intervista mill-Kap tad-Dipartiment skond il-kors li japplikaw għalih. L-intervisti jibdew isiru f'Settembru wara l-għeluq tal-perjodi ta' l-applikazzjoni. L-istess jista' jingħad għall-applikanti għall-korsijiet fl-Institute of Health Care li kollha jridu jkunu intervistati skond ir-regolamenti biex ikun stabbilit li għandhom ix-xeħta (aptitude) għal professjoni li jkunu għażlu. F'ċerti każi fejn ikun hemm dubju jkun meħtieġ li jkunu intervistati minn psikologu. Ma' dan irid jingħad li d-dħul ta' ħafna minn dawn l-applikanti jiddependi mir-riżultati li kisbu fl-eżamijiet supplimentari li saru f'Settembru u li r-riżultat tagħhom ħareġ fit-30 ta' Settembru. Qed isir kull ma hu possibbli biex l-applikanti kollha jkunu rċevew risposta fil-ftit ġranet li ġejjin u fil-fatt fadal ftit risposti x'jintbgħatu, prinċipalment minn dawk ta' l-eżamijiet supplimentari ta' Settembru.
Leg 9 PQ #19556 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ilma

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-livell ta' kwalita' ta' l-ilma fi Brighella Street, Sta. Venera huwiex tajjeb għax-xorb?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex isiru t-testijiet meħtieġa.

B'Kara — Triq Wignacourt

Question

Jista' l-Ministru jara li Wignacourt Street f'Birkirkara tingħata t-tarmak jekk lesta għaliex it-trab qed joħloq ħafna inkonvenjent? Jista' jgħid ukoll jekk Triq il-Vaguni hijiex se tiġi magħmula billi tagħti fuq Psaila Street?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-wiċċ ta` l-asfalt f'Wignacourt Street qiegħed jingħata. Ix-xogħolijiet fi Triq il-Vaguni isiru max-xogħol li jrid isir fi Triq il-Ferrovija Psaila skond il-phasing ippjanat.
Leg 9 PQ #19484 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birkirkara — Laqxija

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li ma' Blokk L. Laqxija housing estate f'Birkirkara titwaħħal bozza ġdida fi Triq Tumas Fenech għaliex hemm id-dlam?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #19487 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Water Services Corporation — Kont

Question

Jista' l-Ministeru jiċċekkja jekk dan il-kont tal-Water Services Corporation (mhemuż) huwiex tajjeb jew hemmx xi żball fih?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb infakkar kif għamilt drabi oħra meta weġibt mistoqsijiet simili, li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma għandha uffiċju msejjaħ Customer Care li, fost xogħol ieħor, jivverifika ilementi jew talbiet għal kjarifika dwar kontijiet tad-dawl u l-ilma. Għaldaqstant nissuġġerixxi li din it-talba ssir lil dan l-uffiċċju.
Leg 9 PQ #18714 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Meter

Question

Jista' l-Ministru jara li r-rapport magħmul lill-Water Services Corporation dwar meter difettuż fir-residenza li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament jiġi segwit għaliex s'issa ma ittieħdet ebda azzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li jirriżulta li l-meter difettuż huwa dak tad-dawl. Il-Korporazzjoni Enemalta ġiet infurmata b'dan u fil-fatt qed tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #18715 Sitting 363 2000-09-18 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birkirkara — Ta' Paris - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li l-livell tad-dawl fi Triq Kalċidon Gatt u Triq Sommier, f'Ta' Paris, Birkirkara, jiġi miżjud jew imtejjeb għaliex huwa ta' voltaġġ baxx ħafna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret, jirriżulta li fit-toroq imsemmija la hemm vultaġġ baxx u lanqas nuqqas ta' dawl adekwat.