Jista' l-Ministru jikkonsidra it-tqegħid ta' kaxxa ta' l-ittri u telephone box fl-area tal-Qattus f'B'Kara għaliex ma hemmx?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fl-inħawi tal-Qattus diġa hemm kaxxa ta' l-ittri fi Triq iż-Żernieq kantuniera ma' Triq Ġanni Vella u oħra qrib l-iskola ta' St. Martin fis-Swatar.
Għalhekk mhux jinħass il-bżonn li jiżdiedu kaxxi ta' l-ittri f'din il-lokalita'.
Jista' l-Ministru jgħid meta pulizija jagħti ċitazzjoni lil xi karozza, jista' s-sid li fuqha tkun irreġistrata l-karozza, mhux biss is-sewwieq, tintbagħtlu kopja taċ-ċitazzjoni d-dar wkoll?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-suġġeriment ta` l-Onorevoli Interpellant ma hux kontemplat fil-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk qattx saret evalwazzjoni tal-prezz tal-art ta' Pender Place u Mercury House bejn l-1996 u l-1999? Jista' jgħid min għamel dik l-evalwazzjoni? Kemm tħallset il-persuna nkarigata? Kif ġiet assenjata dak ix-xogħol? Jista' jgħid wkoll min kien tqabbad biex jagħmel l-environment impact assessment tal-proġett propost f'dan is-sit mill-amministrazzjoni ta' bejn l-1996 u l-1998? Dak l-EIA kien tlesta? Kemm tħallas l-konsulent li ġie mqabbad jagħmel dak l-EIA?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx parker awtorizzat għall-car park immarkat fuq il-pjanta li qed tintbagħat separatament fi Triq Dragunara, San Ġiljan? Fil-każ li r-risposta hija fl-affermattiv, jista' jgħid min hi l-persuna u meta ġab l-awtorizazzjoni?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li hemm permess ta` car park attendant maħruġ mill-Pulizija fil-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm art (f'metri kwadri) ġiet inkluża għall-iżvilupp skond il-pjan lokali għall-Bajja ta' M'Xlokk aktar minn dak indikat fit-TPS ie. fil-Pjan Regolatur?
Response (BORG, TONIO)
Il-Pjan Lokali għall-Bajja ta` Marsaxlokk (1995) jindika illi l-art approvata għall-iżvilupp barra mill-Pjan Regolatur, (1988) – (Temporary Provisions Schemes, 1988) hija ta` 201,189 metri kwadri skond it-tabelli murija hawn isfel:
Sit
Uż
u ta` l-Art Impost
Daqs
1. In-Nigret, Il-Qajjenza, B`Bugia
Żvilupp Residenzjali
13,930 sqm
2. LPG Site, Il-Qajjenza, B`Bugia
Żvilupp Residenzjali, Kummerċjali u Żvilupp relatat ma` ħażna u manutenzjoni ta` dgħajjes
22,000 sqm
3. Il-Kavallerizza, Marsaxlokk
Żvilupp Residenzjali
12,590 sqm
4. Juno Heights, Marsaxlokk
Żvilupp Residenzjali
9,906 sqm
5. Il-Kavallerizza '
Development Brief Area
', Marsaxlokk
Żvilupp relatat ma` sport u rikreazzjoni pubblika, il-monti, turiżmu, kummerċ u titjib ambjentali
82,140 sqm
6. Inner Harbour/Triq il-Wilga '
Development Brief Area
', Marsaxlokk
Żvilupp Residenzjali
Żvilupp relatat ma` sport u rikreazzjoni pubblika, il-monti, turiżmu, kummerċu titjib ambjentali
2.203 sqm
58,420 sqm
Total
201,189 sqm
Jista' l-Ministru jara li hemm kaxxa b'mutur tad-dipartiment tal-agrikoltura imwaħħla b'mod perikoluż fi Pjazza Sant' Elena B'Kara, (ħdejn l-Empress Helena Bar), li din titwaħħal tajjeb?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li se jittieħdu passi biex il-kaxxa li għaliha qed jirriferi l-Onor. Interpellant, tiġi rranġata.
Jista' l-Ministru jindika għalfejn dawk it-teaching aids fil-Institute of Health Care ta' l-Universita' ta' Malta li kellhom kuntratt permanenti s'issa, qegħdin jingħataw kuntratt ta' erba' snin biss meta jieħdu l-promozzjoni għal-asisstant lecturer?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ħatriet kollha ta' Assistant Lecturer jingħataw dejjem għal erba' snin, li jiġu estiżi b'erba' snin oħra sabiex tagħti żmien biżżejjed lill-persuna takkwista l-grad ta' Duttur (PhD) fil-qasam tar-riċerka. Iżda dawk il-persuni li qabel il-promozzjoni ta' Assistant Lecturer kienu jokkupaw ħatra permanenti ta' Teaching Assistant, il-grad ta' Assistant Lecturer ikun meqjus permanenti.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-posizzjoni tal-Ministeru rigward it-toroq msemmija fil-petizzjoni mehmuża?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li qed isiru stejjem għal xogħolijiet ta' toroq oħra f'dik il-lokalita' inkluż ix-xogħol imsemmi mill-Onor. Interpellant. Dawn ix-xogħolijiet kollha eventwalment jitwettqu skond il-prijoritajiet miftehma mall-Kunsill.
Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar programm ta' vaccination fil-pajjiż kontra l-virus tal-smallpox?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li mill-1980, minn mindu bdew jinżammu r-rekords fl-N.I.S. (National Immunisation Service) ma sar l-ebda programm ta` vaccinazzjoni kontra l-virus tas-Smallpox.
Minn sorsi li huma nteressati fl-istorja tal-mediċina f'Malta, jindika li sar vaccinazzjoni ta` dan it-tip għall-aħħar tas-snin sebgħinijiet.
Jista' l-Ministru jgħid xi training jingħata lill-istudenti tal-Fakulta' ta' l-Arkittettura rigward disinn u liġi relattiva dwar access for all? Jekk jingħata, kemm ħin jiġi dedikat u x'tip ta' credit jingħata?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-aċċess fil-bini għal persuni kollha inklużi dawk li għandhom xi diżabilita` kemm dik ta' natura permanenti u kemm dik ta' natura temporanja tinvolvi aspetti differenti tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-bini. Għalhekk taħriġ dwar dan l-aspett jingħata f'diversi study units tul il-kors kollu li jwassal għall-grad ta' B.E.&A. (Hons) fosthom:
a) Disinn arkitettoniku, tul il-kors kollu iżda b'mod speċjali fl-aħħar tliet snin fejn l-istudenti huma mistennija li fix-xogħol ta' disinn li huma jippreżentaw juru li l-bini jew kostruzzjoni oħra li huma jkunu ddisinjaw ikun bini aċċessibbli għal kulħadd u li l-faċilitajiet li jkun jinkludi jkunu jistgħu jintużaw minn kulħadd. Dan jinkludi mhux biss persini b'xi diżabilita` imma wkoll persuni oħra li jista' jkollhom bżonnijiet speċjali fosthom persuni anzjani u tfal.
b) Teknoloġija ta' kostruzzjoni fejn isir taħriġ dwar dettalji ta' kif fil-prattika dak li hu mitlub mid-Disinn arkitettoniku jista' jinbena.
c) Liġijiet u regolamenti, fejn isir studju dwar il-liġi u regolamenti u linji ta' gwida li ħarġu minnha dwar aċċess għall-bini minn persuni b'diżabilita`.
Informat li mhux possibbli li tagħti numru ta' siegħat li jkunu ddedikati speċifikament għal dan il-għan. It-taħriġ fid-disinn arkitettoniku isir prinċipalment permezz ta' riċerka individwali, xogħol fl-istudio taħt id-direzzjoni tat-tutor fis-suġġett u tutorials fuq bażi individwali jew fi gruppi żgħar. Fiż-żewġ suġġetti l-oħra jagħmel parti minn korsijiet li jsiru tul diversi semesters.
Jista' l-Ministru jindika għalfejn il-mediċina 'Madopar' qiegħda tkun out of stock fl-ispiżeriji tal-gvern?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li l-GPS jixtri tlett dosi ta` "Madopar":
Levodopa 200mg with Benserazide 50mg
- jinstab in stokk kemm fil-GPS kif ukoll fl-ispiżerija tal-Gvern.
Levodopa 100mg with Benserazide 25mg
- jinstab in stokk fl-ispiżerija tal-Gvern wara li sar tqassim aħjar ta` stokk bejn l-ispiżeriji. Il-GPS iltaqa` ma problemi biex jixtri stokk għax ma kien hemm l-ebda offerta għat-tender. Riċentement il-GPS ikkonferma ordni li mistennija fi żmien ġimgħa.
Levedopa 50mg with Benserazide 12.5mg
- jinstab in stokk fl-ispiżeriji tal-Gvern wara li wasslet konsenja fil-11 ta` Settembru 2001. L-istokk li wasal tqassam kollu fl-ispiżeriji tal-Gvern biex jilqa` għad-domanda wara li kien hemm nuqqas temporanju ta` din id-dosa fix-xahar ta` Awissu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu permessi waqt il-festa ta' Sant Elena, biex ħwienet tax-xorb u każini setgħu joħorġu mwejjed u siġġijiet fuq il-bankina barra l-ħwienet imsemmija? Jista' jsemmi liema kienu dawn il-ħwienet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-postijiet ta` negozju li kellhom permessi sabiex joħorġu mwejjed u siġġijiet fuq il-bankina fil-perijodu tal-festa ta` Sant`Elena, B`Kara, kienu:
St. Helen`s Band Club Xixu Bar
Savannah Bar Alliance Bar
Sunny Bar Majestic Bar
Gove Bar
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew boarded out persuni fl-aħħar tmin snin sena b'sena u lokal b'lokal (kunsilli lokali)
Response (GONZI, LAWRENCE)
Id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, minn din is-sena, beda jżomm statistika, lokal b'lokal, ta' kemm persuni jirċievu Pensjoni għal Invalidita'. Din il-pensjoni kontributorja tingħata lil persuni, li jkunu ġew ċertifikati minn bord mediku tad-Dipartiment, li huma nkapaċi għal xogħol xieraq għal mill-anqas tlett snin.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi n-numru ta' persuni, lokal b'lokal skond il-Kunsilli Lokali, li fl-aħħar ta' Settembru 2001 kienu qed jirċievu l-Pensjoni għal Invalidita'.
Jista' l-Ministru jindika meta sejrin jitħallsu l-Assistent Commissioners li kienu xogħol waqt l-aħħar elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f'Marzu li għadda?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Numru 28243.
Jista' l-Ministru jindika meta sejrin jitħallsu l-Assistent Commissioners li kienu xogħol waqt l-aħħar elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f'Marza li għadda?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jindaga għaliex Skanska għadha ma ħaditx passi biex twaqqaf l-overflow tad-drenaġġ li qed imur fl-irżieżet viċini u jikkontaminawlhom l-ilma?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Jirriżulta li l-problema msemmija illum hija riżolta.
Jista' l-Ministru jara għalfejn karozza Ford Cortina Blu li tinsab Bwieraq Str corner with Potters Streets, B'Kara ilha tiġi irrappurtata erba' xhur mingħajr azzjoni mill-pulizija?