Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32444 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — B'Kara - Bandli

Question

Jista' l-Ministru jara li jkun hemm preżenza tal-pulizija ħdejn il-bandli ta' Triq John Borġ B'Kara għaliex hemm grupp żgħażagħ li qegħdin jagħtu fastidu lin-nies u r-residenti u jagħmlu atti oħra tal-vandaliżmu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tad-Distrett qegħda tagħmel surprise patrols fl-imsemmija triq u f`diversi inħawi oħra tad-distrett regolarment.

Freedom of Movement

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tarbija ta' omm u missier frustiera li hija imwielda Malta u li missierha għandu freedom of movement jaħdem u jħallas il-bolli u t-taxxa għandha dritt għac-children allowance?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali tistabilixxi l-kriterji għad-dritt taċ-Child Allowance. Dan il-benefiċċju jitħallas f'isem kull tarbija lill-kap ta' familja li: 1. jissodisfa test tad-dħul stabbilit mill-istess Att; 2. għandu l-kura u l-kustodja tat-tarbija; 3. ilu residenti Malta għal tlett xhur qabel id-data ta' l-applikazzjoni għal benefiċċju; 4. wieħed mill-ġenituri huwa ċittadin Malti. Fir-rigward ta' l-aħħar kundizzjoni huwa mportanti li wieħed isemmi li bis-saħħa ta' l-Avviż Legali 204 ta' l-1999, ċittadini ta' pajjiżi membri tal-Kunsill ta' l-Ewropa jitqiesu bħala ċittadini Maltin għal skopijiet ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. L-istess trattament ġie estiż ukoll permezz ta' l-Avviż Legali 291 ta' l-2001 lil persuni meqjusa bħal refuġjati skond l-Konvenzjoni ta' l-1951, kif ukoll l-Protocol tal-31 ta' Jannar 1967, tal-Ġnus Magħquda.
Leg 9 PQ #32274 Sitting 711 2002-03-11 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pilot Scheme PS 1957/60

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-djar li kienu inxtraw taħt il-pilot scheme PS 1957/60 f'dawk is-snin għadhom marbutin mal-kundizzjonijiet oriġinali tal-bejgħ ta' dak iż-żmien?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-plots li ngħataw fis-snin 1957/60 taħt il-pilot scheme ingħataw mid-Dipartiment tal-Akkomodazzjoni Soċjali u għalhekk l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru tal-Politika Soċjali.

Cash Barrier

Question

Jista' l-Ministru jara li isir crash barrier fin-nofs tul it-triq ta' B'Kara By-Pass kollha (Triq Dun Karm) għaliex il-karozzi ta' spiss qed jaqsmu minn-naħa għall-oħra u jikkawżaw aċċidenti serji?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat tat-Toroq biex jikkunsidra s-suġġeriment ta' L-Onor. Interpellanat u jara x'inhu l-aħjar li jsir.
Leg 9 PQ #31927 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tas-Saħħa

Bioetika

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal il-proċess biex Malta tiffirma l-Konvenzjoni tal-Bioetika tal-Kunsill tal-Ewropa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-proċess issa wasal fi stadju fejn qed jiġi mħejji Memo għall-Kabinet biex ikun jista jieħu d-deċiżjoni tiegħu.

Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed jieħu l-Gvern biex min hu full-time liċenzjat bi l-karozzin jkollu level playing field u jiġi protett minn min qed jaħdem bla liċenzja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li kull min jinqabad jaħdem b'karozzin mingħajr ma jkollu l-permessi meħtieġa tinħariġlu ċitazzjoni. l-istess ħaġa tapplika għal kull min jinqabad isuq karozzin mingħajr liċenzja.
Leg 9 PQ #32024 Sitting 706 2002-03-04 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Naxxar — Skola Primarj

Question

Fl-iskola primarja tan-Naxxar (wara l-knisja) jista' l-Ministru jara li l-purtinara full-time jagħmlu x-xogħol tagħhom sew u ma jaħarbux minn xogħolhom a skapitu tal-part-timers (purtinara)

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #31686 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Post Graduate Courses — Teachers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu post-graduate courses ta' teachers li fihom qed jingħataw l-istipendji? X'sar mit-teachers li kien hemm fil-home economics seminar centre f'B'Kara? Għalfejn sena ilu kienu ingħataw transfers lit-teachers f'din s-sezzjoni, meta issa baqgħu bin-nieqes?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li studenti fil-P.G.C.E. li huma stipendjati hemm 27 fl-Edukazzjoni Personali u Soċjali, 3 fil-Ġeografija u 9 fix-Xjenza. Informat ukoll li l-'Home Economics Seminar Centre' ta' B'Kara għadu jiffunzjona bi programm li qiegħed dejjem jiżdied. Żewġ għalliema telqu miċ-Ċentru mill-bidu ta' din is-sena skolastika għaliex waħda laħqet Assistent Kap ta' Skola u oħra talbet biex tmur fuq programm ieħor fil-'peripatetic service' li tagħti d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. Iż-żewġ għalliema li naqsu ġew sostitwiti immedjatament minn żewġ għalliema oħra kkwalifikati u ċ-ċentru ma baqax bin-nieqes.
Leg 9 PQ #31728 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li l-kontijiet ta' l-elettriku, ilma u telephone ta' nisa ta' rġiel li jitilqu mid-dar (jabbandunaw il-familja) jkunu jistgħu jiġu maqluba fuq l-inkwilini u mhux jibqgħu jgħajtu lir-raġel biss, li ma jkunx għadu joqgħod hemm peress li dan qiegħed jikkawża inkonvenjent kbir għal dawn il-familji?

Response (BONNICI, JOSEF)

Is-suġġeriment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-entitajiet konċernati għall-konsiderazzjoni tagħhom.
Leg 9 PQ #31772 Sitting 702 2002-02-25 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed isiru rondi mill-pulizija matul il-lejl fil-arja tal-wied ta' B'Kara? Dan jinkludi rondi tal-mobile?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll dawk tal-Mobile Squad, jagħmlu ronda regolarment kemm fil-lokalita` msemmija mill-Onorevoli Interpellant kif ukoll fit-toroq l-oħra.
Leg 9 PQ #31326 Sitting 695 2002-02-11 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Butchers Lane

Question

Jista' l-Ministru jindaga għaliex l-elettriku fl-area ta' butchers lane u St. Rocco Street, B'Kara, għandu vultaġġ baxx u qed jaħraq ħafna electrical appliances?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni relattiva.

Kawżi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi fil-Qorti tal-Maġistrati f'Għawdex li ilhom aktar minn sitt snin li nbdew?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat illi n-numru ta` kawzi li ilhom pendenti għal iktar minn sitt snin mil-lum u cioe` minn qabel it-28 ta` Jannar 1996 fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-ġurisdizzjonijiet diversi tagħha u fil-Bordijiet li joqgħodu wkoll f`Għawdex huwa kif ġej: Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) - Ġurisdizzjoni numru ta` kawzi li ilhom pendenti għal aktar minn 6 snin (cioe` minn qabel it- 28 ta` Jannar 1996) Qorti ta` l-Appell (Civili) (Foro Għawdex) 14 Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Superjuri ċivili 481 Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Inferjuri 54 Bord li Jirregola l-Kera 0 Bord Dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba` 12 Total 561
Leg 9 PQ #31227 Sitting 690 2002-02-04 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jara li x-xogħol li qalgħet il-Maltacom quddiem 228, Naxxar Road, B'Kara fuq il-bankina, jingħalaq għax qiegħed ikun ta' perikolu għall-pedestrians?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Maltacom qed tieħu l-passi meħtieġa biex jitneħħa kull inkonvenjent.
Leg 9 PQ #31033 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk abbużi telefoniċi ripetuti fuq in-numri li qed nibgħat separatament humiex jiġu investigati mill-Maltacom?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Membru ġiet mgħoddija lill-Maltacom sabiex issir l-investigazzjoni kollha meħtieġa u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi li jidhrilha xierqa.
Leg 9 PQ #30922 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Ħobż

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif joħorġu t-tenders għall-provvista tal-ħobż fl-isptarijiet? Hemm ħsieb li kull sptar joħroġ l-offerti tiegħu? Meta jerġa' jmiss li joħorġu dawn it-tenders?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li t-tender tal-ħobż fl-isptarijiet toħroġ mid-Dipartiment tal-Kuntratti darba fis-sena. Għal din is-sena m'hemm l-ebda ħsieb li kull sptar joħroġ l-offerti għal rasu. Normalment is-sejha għall-offerti tiġi ppubblikata f'Ġunju.
Leg 9 PQ #30926 Sitting 680 2002-01-21 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Konvenzjoni — Protokolli

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet il-firma ta' Malta għall-konvenzjoni tal-Bioetika tal-Kunsill tal-Ewropa? Kemm hu ħsiebu jiffirma protokolli minnha l-gvern?

Response (BORG, JOE)

Ninsab informat li qed jittieħdu l-proċeduri meħtieġa mill-Ministeru tas-Saħħa sabiex Malta tkun tista' tiffirma l-Konvenzjoni tal-Bioetika tal-Kunsill ta' l-Ewropa. Dwar il-Protokolli addizzjonali għall-Konvenzjoni tal-Bioetika, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li dan il-Protokoll ma jistax jiġi ffirmat qabel ma tiġi ffirmata l-Konvenzjoni.

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk abbużi telefoniċi ripetuti fuq in-numri li qed nibgħat separatament humiex jiġu investigati mill-Maltacom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat

Mekkek Bar — Lights

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li f'tal-Balal ħdejn il-Mekkek Bar isiru xi forma ta' lights biex jirregolaw it-traffiku f'salib it-toroq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qed jipproponi bidliet fl-arranġamenti tat-traffiku f'din il-lokalita' u fil-fatt għadu kif ingħata kuntratt biex dan il-proġett ikun jista' jitwettaq.
Leg 9 PQ #30346 Sitting 665 2001-12-10 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Aptitude Test

Question

Jista' l-Ministru jgħid qiegħedx isir aptitude test qabel membri ġodda jiġu aċċettati fil-korp tal-pulizija? Jekk le hemmx il-ħsieb li jsir?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan diġa` qed isir.

B'Kara — Fleur-de-Lys

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx maħsub xi forma ta' regolazzjoni tat-traffiku fejn Psaila Street tmiss ma Fleur-de-Lys road ġo B'Kara? Hemm maħsub li il-biċċa triq f'din il-parti ta' Triq Fleur-de-Lys tiġi irranġata għaliex hija ħażina ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-junction bejn Triq Salvu Psaila, Triq Fleur-de-Lys u l-Istazzjon tkun ikkontrollata permezz ta' traffic lights. Il-parti ta' Triq Fleur-de-Lys bejn Triq Salvu Psaila u l-Istazzjon ser tiġi rranġata bħala parti mill-kuntratt eżistenti ta' xogħol fuq Triq Salvu Psaila.