Billi issa saru l-crash barriers f'nofs B'Kara by-pass biex karozzi ma jaqsmux fil-carriage way tan-naħa l-oħra u b'hekk jiġu evitati inċidenti, ġara lil nies ta' Għargħur Road tan-naħa waħda ma jistgħux jaqsmu għan-naħa l-oħra, għaldaqstant, jista' jsir underpass żgħira biex dawn ikunu jistgħu jaqsmu it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-crash barriers fil-lokalita' kienu bżonnjużi ħafna sabiex anki n-nies ma jaqsmux minn din il-parti tat-triq, u biex b'hekk jitnaqqas ir-riskju li n-nies jittajru.
Id-Direttorat tat-Toroq qiegħed jara x'jista' jsir biex jekk ikun possibli jinstab post addekwat fejn in-nies ikunu jistgħu jaqsmu.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-triq li tagħti minn ħdejn il-knisja tas-silġ Marsaxlokk għal Wied il-Għajn/Zejtun tħalliet tiddeterjura u tasal fi stat daqshekk ħażin? Billi din it-triq hija arterja prinċipali u billi taqa' taħt żewġ kunsilli (Zejtun/Marsaxlokk) differenti, jaħsibx li d-dipartiment tat-toroq jistax jidħol għall-patching hu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-manutenzjoni tat-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali. Madanakollu tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq sabiex isir patching fil-parti tat-triq li tinħtieġ dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għad baqa nies fl-out-patients ta' SLH li kienu ġew affettwati mill-istrajk tat-tobba u li għad iridu jiġu mogħtija appuntament?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li ma għadx baqa' nies fl-out-patients ta' l-iSptar San Luqa li ġew milquta mill-istrajk tat-tobba u li għadhom mingħajr appuntament.
Jista' l-Ministru jgħid bniedem li għandu il-freedom of movement f'Malta għaliex miżżewweġ Maltija, xorta jkollu bżonn visa biex isiefer lejn xi pajjiż Europew?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi persuna li jkollha freedom of movement f'Malta, allura tkun żammet iċ-ċittadinanza oriġinali tagħha, xorta waħda jkollha bżonn visa jekk tkun sejra f'pajjiż li jkun jirrikjedi visa minn ċittadini ta' dak il-pajjiż. Iżda fil-każ prospettat mill-Onor. Interpellant din il-persuna tista`, wara ħames snin, takkwista ċittadinanza Maltija u ma jkollhiex bżonn visa meta tmur f`pajjiż Ewropew fejn m`hemmx ħtieġa ta` visa għal ċittadini Maltin.
Jista' l-Ministru jikkunsidra li l-flus li jiddaħħlu minn pieni li jiġu esegwiti mill-qorti fil-konfront ta' moħqrija ta' l-annimali jidħlu ġo fond apposta li mbagħad jitqassam lis-soċjetajiet NGOs li jittrattaw l-annimali?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-flus jidħlu fil-fond konsolidat. Il-Gvern jiddeċċiedi min żmien għal żmien l-għajnuna li tingħata lill-NGO's min fondi differenti.
Ma naħsibx ikun għaqli li norbtu l-għajnuna lill-NGO's li jittrattaw l-annimali ma' kemm ikun hemm każi ta' moħqrija.
Billi ġejt imgħarraf li l-kunsill tal-Marsa qiegħed jitlob lill-bejjiegħa armati fil-festi biex iħallsu somma flus għall-posta tagħhom, jista' l-Ministru jgħid jekk din hijiex issir b'mod legali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali qed jitlob id-drittijiet dwar `it-tqegħid fuq l-art pubblika ta` Stalls jew Imwejjed għal skopijiet kummerċjali` skond Bye-Laws ta` l-2000 dwar il-Ħarsien ta` Art Pubblika, Kunsill Lokali Marsa.
Rigward il-ħoss qawwi li qed joħroġ mid-disco Liquid f'Tal-Balal b'mod apert anke sa l-4.00 a.m., jista' l-Ministru jara li jsir xi bord tal-pulizija li jevalwa l-problema għaliex qiegħed jirrita ħafna residenti? Isiru ħafna rapporti lill-pulizija imma ma jidhirx li qiegħda tieħu azzjoni xierqa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-ilmenti msemmija mill-Onorevoli Interpellant, qed ikunu mistħarrġa mill-Pulizija skond il-liġi. Infurmat ukoll illi anke` kienu ttieħdu proċeduri quddiem il-Qorti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra kemm hemm ħaddiema mislufin mill-gvern ċentrali lill-kunsilli lokali kollha? Il-Ministru kuntent bl-output li qed jagħtu dawn il-ħaddiema lill-komunitajiet li fihom jaħdmu?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li n-numru ta` ħaddiema mislufin, taħt l-iskema ta` assenjar, lill-Kunsilli Lokali huwa ta` erbgħa u disgħin (94).
Jiena nfurmat li d-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali m`għandu ebda lment minn xi Kunsill Lokali dwar nuqqas ta` output li qed jagħtu dawn il-ħaddiema.
Jista' l-Ministru jikkunsidra li l-flus li jiddaħħlu minn pieni li jiġu esegwiti mill-qorti fil-konfront ta' moħqrija tal-annimali jidħlu ġo fond apposta li imbagħad jitqassam lis-soċjetajiet NGO's li jittrattaw l-annimali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-flus li jidħlu minn pieni li jiġu esegwiti mill-Qorti, imorru fil-fond konsolidat.
Dwar it-twaqqif ta` fond apposta li rrefera għalih l-Onor. Interpellant, nissuġġerixxi li t-talba għandha ssir lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid li jekk meta jidħol cactus f'Malta b'isem żbaljat u jinżamm mill jidħol fil-pajjiż minħabba ic-CITES, dawn għandhomx ikunu konfiskati jew inkella jistgħux jintbagħtu lura mill-importaturi lejn il-pajjiż tal-oriġini a spejjes tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Meta cactus jaslu Malta b`dokumenti invalidi dawn jistgħu jiġu mibgħuta lura lejn il-pajjiż ta` oriġini, dejjem jekk isir dan li ġej:
1. L-importatur jrid jirrijfuta il-kunsinja ta` pjanti;
2. L-Awtorita` Amministrattiva tas-CITES trid tagħmel kuntatt mal-Awtorita` Amministrattiva tal-Pajjiż ta` l-Oriġini, biex jiġi ikkonfermat jekk hijiex lesta li tirċievi il-pjanti lura. Jekk din l-Awtorita` tirrifjuta, il-pjanti ma jistgħux jintbagħtu lura.
Jekk l-Awtorita` ta` l-pajjiż ta` l-oriġini taċċetta li l-kunsinna tiġi mibgħuta lura:
3. L-importatur jrid jagħmel l-arranġamenti neċessarji kif ukoll iħallas l-ispejjeż kollha biex jibgħat il-pjanti lura.
4. Kif il-pjanti jaslu lura, dawn ma jmorrux lura għand l-esportatur, iżda jiġu kkonfiskati mill-Awtorita` Amministrattiva ta` l-pajjiż ta` l-Oriġini.
Dan kollu pero` mhux irrakkomandat bil-paragrafu (a) (ii), tar-risoluzzjoni 9.9 tal-Konferenza tal-Partijiet.
Jista' l-Ministru jara li fil-proġett ta' Psaila Street, B'Kara, jitkomplew il-bankini tar-residenti li nqalgħu u tħallew maqlugħin bix-xogħol wieqaf u bil-konsegwenza li ħadd ma jista' jidħol jew joħroġ minn daru?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol tal-bankini f'Psaila Street, B'Kara qed jitkompla u ser jitlesta' f'qasir żmien.
Jista' l-Ministru jgħid sarux xi rappreżentazjonijiet mid-dipartiment tal-konsumatur mal-amazon.com għall-fatt li qegħdin jirrigwardaw lil Malta differenti mill-kumplament ta' l-Ewropa u qed jiġu ċċarġjati rati ogħla mill-kumplament ta' l-Ewropa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li fil-fatt id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni qed tinvestiga l-każ imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid hemm xi ħsieb li joħorġu l-applikazzjonijiet biex il-health assistants jsiru nursing aides?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond il-ftehim mal-Unions tal-5 ta' Mejju 1993, Health Assistants ingħataw iċ-ċans għal darba biss li min itemm b'suċċess kors organizzat mid-Diviżjoni tas-Saħħa u jmur jaħdem fis-swali jkun irrikmandat għal grad ta' Nursing Aide. Dan iċ-ċans ingħata u b'riżultat ta' dan numru sostanzjali ta' Health Assistants laħqu Nursing Aides. Għaldaqstant fid-Diviżjoni tas-Saħħa fil-preżent ma hemmx il-ħsieb li joħorġu applikazzjonijiet biex il-Health Assistants isiru Nursing Aides.
Jista' l-Ministru jgħd jekk hemm xi ħsieb li toħroġ white paper fuq l-armi awtomatiċi? U jekk hu hekk, kif sejra taffettwa d-dilettanti li jġemgħu dawn l-armi bħala delizzju?
Response (BORG, TONIO)
Il-White Paper dwar "Att ġdid dwar l-Armi" li fih il-proposti tal-Gvern għal liġi ġdida li tirregola l-pussess u ġarr ta` l-armi f`Malta ġiet ippublikata fis-26 ta` Marzu 2002.
Jista' l-Ministru jgħid tistax tingħata tweġiba gaħall-PQ 32024 u cioe, fl-iskola primarja tan-Naxxar (wara l-knisja) jista' jara li l-purtinara full-time jagħmlu x-xogħol tagħhom sew u ma jaħarbux minn xogħolhom a skapitu tal-part-timers (purtinara)?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskola indikata għandha l-istaff kollu meħtieġ biex it-tindif isir b'mod effiċjenti.
L-amministrazzjoni ta' l-iskola qed tagħmel minn kollox biex it-tqassim tax-xogħol isir b'mod ġust.
Jista' l-Ministeru konċernat jiċċekkja l-bankina fi Triq Psaila, B'Kara speċjalment viċin il-flats tal-gvern għaliex il-bankina diġa' niżlet aktar baxxa mill-kerb jew bordura u qed jaqgħu n-nies?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Direttorat għat-Toroq biex jara l-każ imsemmi mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid id-disco li hemm flok il-Vibes f'Tal-Balal għandu permess biex jibqa' jdoqq sa l-4.00 ta' fil-għodu għaliex qiegħed jirrita lir-residenti tal-viċinanzi jibqgħu mqajmin il-lejl kollu minħabba l-istorbju?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-post imsemmi mill-Onorevoli Interpellant huwa liċenzjat sabiex jinżamm miftuħ sa l-4.00am, skond ir-Regolamenti dwar ħwienet għal Bejgħ ta` l-Inbid, Birra jew Likuri Spiritużi u r-Regolamenti ta` l-1995 dwar iż-żamma ta` Bon Ordni f`Lokalitajiet ta` Divertiment.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq l-Awrakarja fl-Iklin tinkesa bit-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fuq spezzjoni li saret mill-periti mid-Direttorat għat-Toroq jirriżulta li t-triq għad baqgħala ħafna żvilupp xi jsir fiha mill-privat biex tinfetaħ, u għalhekk għalissa ma tistax tinkesa bil-hot asphalt.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex waqaf ix-xogħol fi Triq Psaila, B'Kara?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol fuq il-proġett ta' Triq Psaila qiegħed fl-aħħar fażijiet tiegħu.
Sadanittant se jinbeda xogħol fil-venda u fil-parti t'isfel ta' Triq Fleur De Lys biex l-istorm water system ta' Triq Psaila tiġi mwassla sal-wied.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk id-djar li kienu inxtraw taħt il-pilot scheme PS 1957/60 f'dawk is-snin għadhom marbutin mal-kundizzjonijiet oriġinali tal-bejgħ ta' dak iż-żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat illi taħt l-iskema ndikata l-postijiet ma kienux jinxtraw iżda l-benefiċjarji kienu jingħataw għotja biex itellgħu sular ieħor. Dan kien isir biex dan is-sular ġdid jinkera b'Lm20 fis-sena. Il-kundizzjonijiet għadhom ma tbiddlux.