Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #27583 Sitting 557 2007-10-01 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Palazz — Lapida

Question

Jista' l-Ministru jara tistax tiġi restawrata l-lapida mal-Palazz li tfakkar l-indipendenza għaliex l-interzjoni tagħha kollu waqa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulutrali se tieħu l-passi meħtieġa dwar il-bżonn ta’ restawr fuq din il-lapida storika msemmija mill-Onor. Interpellant.

San Ġiljan — Zebra crossing

Question

Jista' l-Ministru jara tistax ssir zebra crossing jew pellican lights minn fejn tieqaf il-karozza tal-linja 62 wara Pender Place, San Ġiljan, għaliex m'hemmx min fejn taqsam it-triq biex tmur il-Bajja ta' San Ġorġ?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nixtieq niġbed l-attenżjoni ta' l-Onor Interpellant li diġa teżisti żebra crossing fi Triq Sant' Andrija bejn Triq San Ġorg u Triq Margerit Mangion. Minn speżżjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li mhux rakkomandabbli li ssir pedestrian crossing oħra fi Triq Sant'Andrija minħabba li ġej: It-triq hija wiesgħa hafna Biex issir żebra crossing irid jintielef ħafna spażju allokat għal bus stop Ikun hemm bżonn ta' pedestrian refuge fin-nofs tat-triq u bankina fil-ġenb tat-triq in-naħa ta' Triq Margerit Mangion Tali pedestrian crossing proposta tkun vċin ħafna tal-mini roundabout eżistenti li tinsab fi Triq Sant' Andrija k/m Triq Elija Zammit. Ta' min jinnota li l-karozza tal-linja 62 tieqaf fil-venda tal-karozzi li tinsab fi Triq Margerit Mangion u għaldaqstant il-passiġġieri ma jkollhomx għalfejn jaqsmu Triq Sant' Andrija.

Mediċina Oxaliplatine

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26752 jista' l-Ministru jara għalfejn il-mediċina Oxaliplatine qed tkun out of stock u l-pazjenti ta' Boffa Hospital qed ikollhom jixtruha bil-prezz ta' Lm3.75 il waħda?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-mediċina Oxaliplatine ġiet approvata biex tkun inkluża fil-formularju f'April 2007. L-ewwel tender għax-xiri ta' din il-mediċina kien inbeda immedjatament iżda t-tender għadu fil-proċess (jagħlaq f'nofs Awissu 2007). Sadanittant biex il-pazjenti jibbenefikaw minn din il-mediċina minnufih, saru żewġ ordnijiet sakemm it-tender jidħol fis-seħħ. Dawn l-ordnijiet huma restritti b'regolamenti ta' limitu finanzjarju. L-ewwel ordni waslet fit-18 ta' Mejju 2007 u fil-11 ta' Lulju 2007 waslet l-ordni l-oħra ta' Oxaliplatine, liema ordni diġa ntbagħtet l-isptar Sir Paul Boffa.

Birkirkara — Bini ta' ħajt

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk il-ħajt tal-għassa jistax isir malajr waqt li qed issir it-Triq San Ġuzepp, Birkirkara inkella tkun trid terġa' tinqala' t-triq biex isir il-ħajt?

Response (BORG, TONIO)

Il-pulizija ħadet il-passi neċessarji sabiex isir ir-restawr neċessarju fuq il-ħajt ta' wara l-għassa ta' B'Kara sitwat fi Triq San Ġużepp billi infurmat lid-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tax-Xogħolijiet sabiex tittieħed azzjoni immedjata. Id-Direttur Ġenerali tax-Xogħolijiet u t-Taqsima tal-Construction and Maintenance infurmaw lill-pulizija illi ħarġet "call for quotation" sabiex ix-xogħol ta' tiswijiet u restawr ikun jista' jibda. Sfortunatament sal-lum għadu ħadd ma għamel applikazzjoni mad-Dipartiment tax-Xogħolijiet sabiex dan ix-xogħol ikun jista' jsir. Apparti minn dan il-pulizija issuġġerit ukoll lid-Dipartiment tal-Construction and Maintenance sabiex dan ir-restawr isir mid-dipartiment tagħhom stess. Sadanittant fuq rakkomandazzjoni tad-Dipartiment tax-Xogħolijiet sar ħajt temporanju sakemm ikun jista' jibda x-xogħol ta' restawr, u dan bħala protezzjoni għall-persuni li jkunu għaddejjin minn din it-triq.

Van tal-ħaxix

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 26926 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetittivita' u Komunikazzjoni u li issa ġie riferuta lilu, u jindaga għalfejn il-vann tal-ħaxix, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, qiegħed jitkeċċa mill-pulizija meta qiegħed xi 800 pied 'l bogħod minn ħwienet oħra?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħtini aktar dettalji tal-persuna u l-post minn fejn allegatament qed ikun imkeċċi dan il-bejjiegħ, sabiex inkun f'pożizzjoni li nitlob it-tagħrif meħtieġ.
Leg 10 PQ #27003 Sitting 548 2007-07-09 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Santa Venera — Sienja fi Triq Mons De Piro

Question

Billi hemm sienja sħiħa f'għalqa fi Triq Mons. De Piro, Santa Venera, jista' l-Ministru jara din tistax tiġi ppreservata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s-Supratendenza għall-Patrimonju Kulturali se jispezjona l-post imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari, sabiex ikun jista' jipprepara rapport dwar din il-proposta.

Ħajt tas-sejjiegħ

Question

Jista' l-Prim Ministru jara għalfejn dak li ntalab f'mistoqsija parlamentari 24951 cioe għalfejn twaqqa' ħajt tas-sejjieħ f'proprjeta' privata minn Skanska fl-Isptar l-ġdid u jara li jerġa' jinbena kif kien, għadu ma seħħx?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.

Van tal-ħaxix

Question

Jista' l-Ministru jindaga għalfejnil-van tal-ħaxix, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, qiegħed jitkeċċa mill-pulizija meta qiegħed xi 800 pied 'l bogħod minn ħwienet oħra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li r-raġunijiet għaliex qiegħed jiġi mġiegħel jiċċaqlaq mill-Pulizija tista’ tingħata biss mill-istess Pulizija għaliex mhux biss id-distanza mill-ħwienet l-oħra tapplika iżda jista' jkun hemm raġunijiet oħra fosthom ta’ mmaniġġjar ta' traffiku li għalihom tkun qed tirreferi l-Pulizija. Nissuġerixxi li din il-mistoqsija issir lill-Ministru kkonċernat.

Birkirkara — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti xi indikazzjoni ta' meta sejrin isiru Triq il-Ftieħ u Triq Giovann Mamo, Birkirkara?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-toroq imsemmija huma parti mill-programm ta' toroq illli jridu jitlestew sa l-aħħar tas-sena 2008, hekk kif maħruġ mill-Awtorita' tat-Trasport ta' Malta.

Housing Authority — Clerks

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li dawk li qegħdin clerks bil-kuntratt fil-Housing Authority jiġu clerks fissi tal-post?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar tikkunsidra t-talba ta' l-Onor. Interpellant fid-dawl tar-riżorsi umani li jkollha bżonn minn żmien għal żmien u fil-parametri tal-provedimenti ta' Avviż Legali Numru 51 ta' l-2007.

Mediċina Eloxatine

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċina Eloxatine (Oxaliplatine) li tintuża kontra l-kanċer hijiex meħuda b'xejn mill-ispiżerija tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mediċina Oxaliplatine tingħata b'xejn mill-Gvern għall-kundizzjonijiet speċifiċi skond protokol stabbilit.

Tabella — Fever in children

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li t-tabella li qed tintbagħat separatament titqassam lit-tobba kollha jew titpoġġa f'post prominenti fil-casualty ta' l-Isptar San Luqa jew kliniċi oħra tat-tfal?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-suġġeriment ta' l-Onor Interpellant qiegħed jiġi evalwat.

Ikel lill-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 26295 u 26264 dwar il-provvista ta' l-ikel mill-Unjoni Ewropea u jgħid għalfejn dawk l-anzjani li kienu qed jirċievu din l-għajnuna issa twaqqfitilhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nerġa’ ngħarraf lill-Onorevoli Membru li l-ikel li qiegħed jirreferi għalih huwa regolat mir-Regolament EU 3149/92. Dan jirreferi għal għajnuna lil dawk l-aktar fil-bżonn irrispettivament jekk humiex anzjani jew le.