Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #38349 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Eżezzjoni mill-lezzjonijiet tal-ballu

Question

Meta ssemmiet il-kelma ballet f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-eżenzjoni tal-VAT dan kien jirreferi għall-ballet klassiku biss jew għall-żfin kollu, eżempju: jazz dancing jew latin american?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #38350 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tal-Finanzi

Joint account/Safe deposit

Question

Tista' issir emenda fil-liġi biex meta jkun hemm joint account jew safe deposit f'isem tnejn min-nies, dan ma jinżammx f'każ ta'mewt ta' xi ħadd minnhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Att dwar il-Bank Ċentrali ta' Malta kif ukoll l-Att dwar il-kummerċ Bankarju ma' fihomx disposizzjonijiet li jirregolaw "joint accounts" jew "safe deposits" f'isem tnejn min-nies. Fil-fatt bħal f'ħafna każi fil-liġi tal-kummerċ tagħna, "joint accounts" u "safe deposits" huma rregolati bil-prinċipji ġenerali tal-liġi ċivili kif ukoll mill-prattika bankarja. Fil-Kodiċi ċivili nsibu regoli dwar l-komunjoni tal-beni u l-jeddijiet tal-komproprjetarji matul il-Komunjoni kif ukoll dwar is-suċċessjoni. Il-liġi tippreżumi li kull komproprjetarju għandu sehem indaqs u għandu il-jedd li jittrasferixxi, iżiedi, jew jipoteka dan is-sehem kif irid, u jista' wkoll iqiegħed floku lill ħaddieħor fit-tqawdija ta' dak is-sehem. F'każ ta' mewt ta' komproprjetarju ta' "joint account" few "safe deposit", dan jinżamm sakemm tiġi prodotta d-dokumentazzjoni li tipprova s-sehem eżatt tal-komproprjetarju li jkun miet. Għalhekk, iridu iseħħu emendi fil-Kodiċi ċivili sabiex fil-każ ta' mewt ta' komproprjetarju ta' "joint account" jew "safe deposit", dan ma' jinżammx.
Leg 9 PQ #38351 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ta' Qali — Monti

Question

Jista' il-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex tal-monti nhar ta' Ħadd f' Ta' Qali ġew imċaqilqa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li skond il-Pjan Lokali ppubblikat mill-Awtorita' Maltija ta' l-Ambjent u l-Ippjanar, iz-zona fejn qed jintrama bħalissa l-monti kienet dik l-aktar adattata u kienet indikata bħala tali fil-Pjan Lokali. Ta' min jgħid ukoll li barra minn dan iċ-ċaqlieq, ittieħdet l-opportunita' biex kull bejjiegħ li jarma ikun identifikat kemm hu personalment kif ukoll il-post tiegħu fejn jarma.
Leg 9 PQ #38380 Sitting 863 2003-02-03 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ftehim ta' kummerċ ħieles

Question

Jista' il-Ministu jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ismijiet tal-pajjiżi kollha li l-UE għandha ftehim ta' kummerċ ħieles reċiproku magħhom u li għalhekk tgawdi minnu Malta bis-sħubija?

Response (BORG, JOE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' Pajjiżi li l-Unjoni Ewropea għandha magħhom ftehim ta' kummerċ ħieles jew ftehim li ser iwassal biex ikun hemm kummerċ ħieles bejn iż-żewġ naħat. Bis-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, Malta tkun tista' tgawdi ukoll mill-ġid li jiġi ġġenerat permezz ta' l-aċċess li Malta jkollha lejn dawn is-swieq.

Impjiegi — Assistenti soċjali każwali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid minn meta l-assistenti soċjali każwali saru part-timers bid-drittijiet il-ġodda? Konxju l-Viċi Prim Ministru li meta dawn it-tizji jkellmu l-in-charge tagħhom dawn igħidulhom li ma jafu b'xejn?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-assistenti soċjali każwali huma kkunsidrati li saru part-timers b'seħħ mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena. Dawn l-impjegati ser jiġu nfurmati bid-dettalji dwar il-kundizzjonijiet ġodda tagħhom kif jiġu finaliżżati l-arranġamenti amministrattivi meħtieġa.

Gwardjani Lokali — Taħrik lid-delivery men

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir xi ħaġa f'dik li hi signage biex id-delivery men ma jibqgħux jiġu mħarrka daqshekk ta' spiss meta jkunu qegħdin jgħabbu jew iħottu x-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku japprova un/loading bays fejn meħtieġ skond il-policies tad-Direttorat. Għaldaqstant, delivery vans, meta jipparkjaw f'dawn l-un/loading bays, ma jiġux imħarrka. Min iħoss li għandu bżonn dawn il-bays għandu japplika għalihom ma' l-istess Direttorat.

Gwardjani Lokali — Taħrik lid-Delivery men

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir xi ħaġa biex id-delivery men ma jibqgħux jiġu mħarrka daqshekk ta' spiss meta jkunu qegħdin jgħabbu jew iħottu x-xogħol?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill- Ministru kkonċernat.

Gwardjani lokali — Taħrik lid-delivery men

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir xi ħaġa biex id-delivery men ma jibqgħux jiġu mħarrka daqshekk ta' spiss meta jkunu qegħdin jgħabbu jew iħottu x-xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Minghajr ma nidhol fil-mertu ta' min hu u min m'huwiex "delivery man" u kemm inhargu citazzjonijiet billi statistika ma tezistix, peress li l-mistoqsija tikkoncerna materja li hija relatata ma' l-osservazzjoni tas-sinjali tat-traffiku, nahseb ikun aktar xieraq li din tigi maghmula lill-Ministru ghat-Trasport u Komunikazzjoni.

Valletta — Mina ta' Marsamxett

Question

Jista' l-Ministru jindaga l-istat u l-aċċess mill-mina ta' Marsamxett, il-Belt minn fejn jgħaddu n-nies għall-Ferry għal Tas-Sliema għaliex hija fi stat imkabar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar preċiż u jgħid għal liema ħsara qed jirreferi. Ninsab infurmat li l-mina tinsab fi stat tajjeb u l-post kollu hu miżmum fi stat raġonevoli. Jista' jkun li hemm bżonn xi xogħol minimu ta' tikħil u tindif u għalhekk se jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #37952 Sitting 844 2003-01-13 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Protocol fuq il-kwestjoni ta' l-abort

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Protocol speċjali li Malta rnexxielha tikseb mal-UE fuq il-kwestjoni ta' l-abort?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fżq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim milħżq fżq il-Protocol speċjali li ser jifforma parti mit-Trattat ta' sħżbija liMalta ser tiffirma fis-16 t'April li ġej. Il-ftehim milħżq hż fżq it-text bl-ingliż

Triq Fleur-De-Lys, Birkirkara — Ċediment ta' toroq

Question

Billi hemm xi partijiet ta' Triq Fleur-De-Lys B'Kara li ċedew u qed ikunu ilqugħ għall-ilma, jista' jsir xi ħaġa biex din il-problema tiġi riżolta'?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi Triq Fleur De Lys hija triq asfaltata u għalhekk il-manutenzjoni tagħha hija responsabbilta' tal-Kunsill Lokali. Madankollu id-Direttorat tat-Toroq għadda il-każ imqajjem mill-Onor. Interpellant lill-Kunsill Lokali biex ikun jista' jiġi kkunsidrat.
Leg 9 PQ #37685 Sitting 837 2002-12-12 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Stqarrija tal-Isqfijiet

Question

Jista' il-Ministru jibgħat kopja tal-istqarrija tal-Isqfijiet (COMECE) li ħarġet illum lill-membri kollha tal-Parlament jew almenu iqiegħed kopji fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, JOE)

Qçgħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istqarrija ta' l-Isqfijiet (COMECE) li għaliha irrefera l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #37225 Sitting 823 2002-12-02 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Bioethics Convention

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal l-iffirmar minn Malta tal-Bioethics Convention tal-Kunsill ta' l-Ewropa.

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern qiegħed jikkonsidra sew l-iffirmar u wkoll l-irratifikar ta' din il-Konvenzjoni. Din ir-ratifika tirrekjedi mhux biss studju profond tal-Konvenzjoni biex jiġu identifikati l-obbligi li jkunu jridu jiġu aċċettati mar-ratifika, imma wkoll studju ta' dawk il-liġijiet lokali li jkunu jridu jiġu emendati kif ukoll preparazzjoni ta' liġijiet ġodda li jista' jkun hemm bżonn isiru qabel ma jiġu aċċettati dawn l-obbligi. Irid ukoll isir studju biex jiġi deċiż jekk hemmx bżonn li l-Gvern jagħmel xi reżervi meta jirratifika din il-Konvenzjoni u jekk iva x'riżervi hemm bżonn li jsiru. Dan il-proċess diġa beda, iżda billi l-eżerċizzju legali nvolut huwa intensiv mhux ħażin u billi x-xogħol irid isir b'mod akkurat ħafna, il-proċess jirrikjedi ċertu tul ta' żmien sabiex jitlesta.

Birkirkara — Toroq

Question

Jista' il-Ministru jagħti indikazzjoni meta se titlesta Triq F. Geneste, Birkirkara? Huwa konxju li t-triq inġarret kollha mill-maltemp riċenti u trid terġa' tinkesa biċ-ċagħaq? Hemm ħsieb li ssir Triq il-Qanmiċ ukoll li hija triq qasira ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jiena nfurmat illi x-xogħol ta' bini ta' bankini u tqegħid ta' pedamenti tat-triq huma lesti. Huwa vera illi xi ftit żrar inġarr mill-maltemp fil-parti t'isfel tat-triq iżda inġenerali ma kienx hemm xi ħsara sostanzjali fil-pedamneti tat-triq. Id-Direttorat qiegħed jieħu passi biex ikun jista' jitqabbad kuntrattur biex jagħti l-wiċċ ta' asfalt f'din it-triq. Ix-xogħol fi Triq il-Qanniċ mhux inkluż ma' dan il-kuntratt iżda d-Direttorat tat-Toroq qiegħed jipprepara l-istejjem biex ix-xogħol f'din it-triq ikun jista' jsir aktar 'il quddiem.
Leg 9 PQ #36844 Sitting 815 2002-11-18 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Recording Studios

Question

Jista' il-Ministru jagħti tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 36220 u jindika għalfejn ma teżistix level playingfield fil-qasam tar-recording studios b'tali mod li min m'għandux il-liċenzja jista' jikkompeti ma' min għandu, anke f'festivals nazzjonali Maltin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li d-Diviżjoni tal-Konsumatur u Kompetizzjoni qatt ma irċeviet xi ilment dwar din il-materja. Naturalment, jekk id-Diviżjoni tirċievi xi ilment, din tieħu l-passi relattivi.

Enemalta Corporation — Health and Saftey Regulations

Question

Il-Ministru huwa konxju li fil-korporazzjoni enemalta qed isiru abbużi serji tal-health and safety regulations li qed jiġu aċċettati u difiżi kemm mill-management u l-GWU li qed jaqbżu għall-ħaddiema li jiksru dawn ir-regolamenti? Huwa l-każ li l-health and safety authority tiġi mgħarrfa b'dawn l-abbużi kostanti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili aktar dettalji, anki b'mod kunfidenzjali jekk irid, biex inkun nista ngħaddi l-informazzjoni lill-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol għall-investigazzjonijiet meħtieġa.
Leg 9 PQ #36724 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tal-Finanzi

HSBC — Credit Cards

Question

Fil-budget ta' l-1998 il-Ministru ħabbar taxxa ta' Lm7 fuq il-ħruġ u rinovament tal-credit cards, allura għaliex l-HSBC jiċċarġja Lm7 fis-sena?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond il-provvidement tal-Artikol 52A tat-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti (Kap 364), 'għall kull sena jew parti minnha li matulha l-faċilita' ta' banking credit tkun operattiva .......................' trid titħallas taxxa ta' seba' liri (Lm 7). Din kienet miżura li ttieħdet mill-Gvern li kien hawn erba' snin ilu. Għalhekk kull bank f'Malta, korretement qed jiċċarġja Lm 7 fis-sena.
Leg 9 PQ #36725 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Noise Pollution — Xemxija

Question

Jista' il-Ministru jgħid min hu responsabbli għan-noise pollution u jekk din il-persuna qattx ipprovat tiċċekkja l-biċċiet tal-baħar li jinkrew minn post ċentrali fil-bajja tax-Xemxija?

Response (BORG, TONIO)

Jekk in noise pollution li qed tiġi ikkawżata hija inkonvenjenza, il-Pulizija, meta jkollha xi rapport f`dan is-sens, tieħu azzjoni f`dawn il-każi taħt Kapitlu 10 tal-Kodiċi tal-Pulizija. Ta` min isemmi li, bħalissa qed jiġu fformulati regolamenti dwar in-noise pollution.
Leg 9 PQ #36726 Sitting 812 2002-11-11 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Drivers imħarrka

Question

Wara l-introduzzjoni tal-VRT u l-enfasi sħiħa li ssir biex ikun hawn sigurta` sħiħa fit-toroq, jista' il-Ministru jgħid kemm ġew imħarrka drivers ta' karrozzi mill-wardesn u pulizija dwar nuqqas ta' dwal, nuqqas ta' użu ta' indicators, min isuq bil-bright, u karroizzi li jkollhom kemm headlamps u fog lamps jixgħelu flimkien?

Response (BORG, TONIO)

Mir-records disponibbli ninsab infurmat illi bejn Jannar u Ottubru 2002, il-Pulizija ħarrket 5,874 sewwieq ta` vettura talli għamlu użu minn vettura bid-dawl mhux skond il-liġi, filwaqt li 1,918 tħarrku talli naqsu li jindikaw li ser jibdlu d-direzzjoni.