Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sta. Venera — Triq Dun Frans Camilleri

Question

Jista' il-Ministru jindaga għaliex Triq Dun Frans Camilleri f'Sta. Venera li riċentement saret mid-dipartiment tat-toroq sarulha l-bankini għoljin għall-karozzi, tant li qed jaħbtu l-qiegħ meta jidħlu fil-garaxx?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-bankini li hemm fi Triq Dun Frans Camilleri saru skond l-ispecifications ta' l-ADT. Quddiem il-garaxxijiet kollha li hemm f'din it-triq saret drop kerb pero' dawn ma tkomplewx quddiem il-bibien tad-djar biex jiġu rispettati l-livelli maħruġa mill-MEPA. Fit-tarf tat- triq hemm plot mhux mibni u quddiem dan il-plot sar gutter tal-concrete b'mod li meta dan il-plot jinbena s-servizzi jkunu jistgħu jitqabdu mingħajr il-ħtieġa li tinqala t-triq.

Birkirkara — Main Street - Gallarija

Question

Billi f'Birkirkara hemm gallarija tal-ġebel unika - bi statwa ta' Sant'Elena - fuq 142 Main Street, Birkirkara, jista' il-Ministru jara li din tiġi skedata għaliex waslet biex tikkollassa biż-żmien?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li ngħataw struzzjonijiet biex il-gallarija indikata mill-Onor Interpellant tiġi spezzjonata mill-uffiċjali ta’l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) bil-għan li jittieħdu dawk il-prekawzjonijiet neċessarji biex din tiġi mħarrsa.

Solar Water Heaters — Rikuprar tal-VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-miżura msemmija fil-budget fuq solar water heaters tidħolx fis-seħħ fl-2004 jew fl-2005? Kif inhi l-proċedura biex il-flus (tal-VAT) jiġu rikuprati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra. (Tweġiba mogħtija: 10/12/2004PM) (Seduta Numru: 207)

Furjana — Permessi tal-MEPA

Question

Jista' l-Ministru jagħti tweġiba jekk l-organizzazzjoni fil-Furjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għandhiex il-permessi meħtieġa tal-MEPA biex tiffunzjona kif diġa' qed tagħmel, għaliex qiegħda ddejjaq lilll-inkwilini u anke twaħħlu wkoll xi tabelli mingħajr permessi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li dwar il-post indikat diġa saru diversi spezzjonijiet u qatt ma rriżulta li kienu qiegħdin isiru xi funzjonijiet, jew laqgħat. Is-sit in kwistjoni qiegħed jiġi spezzjonat minn mument għall-ieħor, u jekk jirriżulta li sar xi bdil fl-użu tiegħu, jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji skond il-Liġi. Rigward it-tabelli, dan ma jirriżultax żvilupp, peress li l-kobor tagħhom huwa żgħir, u għaldaqstat ma jirrikjedux permess.

Sta. Venera — Triq l-Istitut Bonnici

Question

Jista' il-Ministru jara li titniżżel Triq l-Istitut Bonnici Sta. Venera fil-lista tat-toroq li jeħtieġ isiru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Għandha ssir site inspection fit-triq imsemmija sabiex ikun evalwat ix-xogħol li jeħtieġ isir u jekk dan hux responsabbilita' ta' l-Awtorita' Dwar it-Trasport li dan isir.

Ħal Lija — University Residence

Question

Jista' il-Ministru jgħaddi suġġeriment lill-Universita' li fil-University Residence f'Ħal Lija l-istudenti regolari ma jiġux imħallta ma' dawk tal-Erasmus programme li qegħdin itellfuhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Iva, għaddejt dan is-suġġeriment lill-Awtoritajiet ta' l-Universita'.

Sta. Venera — Triq Dun Frans Camilleri

Question

Jista' il-Ministru jindaga għaliex Triq Dun Frans Camilleri f'Sta. Venera li riċentement saret mid-dipartiment tat-toroq sarulha l-bankini għoljin għall-karozzi, tant li qed jaħbtu l-qiegħ meta jidħlu fil-garaxx?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #9515 Sitting 200 2004-12-06 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għat-Turiżmu u Kultura

Ambaxxata Maltija fil-Libja — Pitturi

Question

Billi jirriżultali li fl-Ambaxxata Maltija fil-Libja hemm numru ta' pitturi oriġinali ta' Edward Caruana Dingli u ta' Esprit Barthet, jistgħu dawn jinġiebu fil-mużew ta' l-arti f'Malta? Jekk hemm pitturi oħra simili, (f'ambaxxati Maltin oħra) jistgħu dawn ukoll jinġiebu Malta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-wiri ta’ xogħolijiet ta' l-arti ġewwa ambaxxati, dipartimenti u aġenziji tal-Gvern huwa fiħ innifsu fatt positiv. Dawn l-opri artistiċi jiffurmaw parti mill-kollezzjoni nazzjonali u huma meqjusin bħala fdati f’idejn dawn l-entitajiet. Opra ta' l-arti tista tittieħed lura jekk jinħass illi mhiex eżibita f’post xieraq u fl-aħjar kundizzjoniet. Sa llum is-Sovrintendenza ma rċeviet l-ebda rapport li hemm opri ta’ l-arti għal wiri gewwa Ambaxxati Maltin li ma jsegwux dawn il-kriterji.

President tar-Repubblika — Impjegati bil-Kuntratt

Question

Billi hemm xi tmien persuni jaħdmu ma' l-uffiċċju tal-President tar-Repubblika li għadhom bil-kuntratt sena sena, jista' il-Prim Ministru jgħid jekk jistgħux dawn jaħdmu b'kuntratt definittiv u permanenti?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi l-ingaġġ ta’ ħaddiema bħala Staff Domestiku ma’ l-Uffiċċju tal-President isir fuq bażi ta’ kuntratt definit. M’huwiex il-ħsieb illi jsir xi tibdil fil-kundizzjonijiet tal-ħaddiema fl-Uffiċċju tal-President kif illum qegħdin provduti fil-Ftehim ma’ l-Union li tirrapreżenta lil dawn il-ħaddiema.

Ħaddiema tal-RDC — Xogħlijiet

Question

Billi jidher li l-ħaddiema tal-RDC għamlu xi xogħol overtime għall-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan, jista' il-Ministru jara għalfejn għadhom ma tħallsux u jekk humiex se jitħallsu?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-overtime li l-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Tindif Pubbliku jagħmlu mal-Kunsill Lokali jitħallas dejjem fix-xahar ta' wara li jiġi rikoverat mill-Kunsill rispettivament. Il-pagament mill-Kunsill Lokali Balzan sar fl-1 ta' Novembru, għalhekk il-ħaddiema ser jitħallsu fil-paga dovuta fid-29 ta' Diċembru, 2004.

Air Malta — Airport Handlers

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8577, jista' il-Ministru jagħti tweġiba bid-differenza li l-każ seħħ fost il-ħaddiema ta' l-Air Malta u mhux ta' l-MIA?

Response (GATT, AUSTIN)

Airport Handlers huwa grad gdid. Ix-xogħol tagħhom m'huwiex l-istess bħal tal-loaders/drivers u anke hemm iktar flessibilita fid-doveri tagħhom. Tajjeb ngħid ukoll illi l-kuntratt relattiv ġie ffirmat fil-15 ta' Jannar ta' din is-sena u ma narax kif dak li kien aċċettabli f'Jannar sar inaċċettabli għaxar xhur wara.

Pitkalija — Crates

Question

Jista' il-Ministru jindaga għaliex il-pitkali crates li hemm il-pitkalija mhumiex qegħdin jinħaslu sewwa u għalhekk naqra minnhom qed jibqgħu maħmuġin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Ministeru bħalissa qiegħed għaddej bi proġett li jinkludi l-Upgrading tal-Pitkalija kif ukoll il-bini ta' Grading Station modern. Minħabba dan, il-Crates Washing Machine li tintuża għall-ħasil ta' dawn il-kaxxi kellha tkun ittrasferita għall-parti l-ġdida fil-Pitkalija. Biex dan ikun jista' jsir il-magna kellha tkun żarmata u terġa’ tkun immuntata fil-post il-ġdid. Dan diġa lest u l-kumpannija Pitkali Crates Ltd ħadet l-okkażjoni biex tagħmel general overhaul ta' din il-magna. Bħalissa għaddejin l-aħħar preparamenti biex din il-magna terġa’ tibda taħsel il-kaxxi.

Pitkala — Bejgħ ta' Ħaxix

Question

Jista' il-Ministru jindaga għaliex il-pitkala qegħdin jitħallew ibiegħu l-ħaxix bi prezz differenti lir-ristoranti u l-lukandi, imbagħad ibiegħu aktar bil-għoli l-istess ħaxix lill-istess bejjiegħa tal-ħaxix?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-bejgħ mill-Pitkalija jsir jew minn Pitkala privati jew mill-Koperattiva Ċentrali. Il-bejgħ iseħħ permess ta' irkant. Id-Dipartiment tal-Agrikoltura mhux involut fl-ebda stadju ta' bejgħ ħlief biex jirreġistra dan il-bejgħ biex wara il-bdiewa jkunu jistgħu jitħallsu tal-prodott tagħhom.

Sta. Venera — Triq Psaila - roundabout

Question

Jista' il-Ministru jitlob li jsir ri-disinjar tar-roundabout li hemm fit-tarf ta' Psaila Str, Sta. Venera (ħdejn il-mini) b'mod li forsi t-traffiku lejn l-Imsida jista' jiġi mgħoddi minn lane usa għaliex fil-għodu qed ikun hemm kju kbir ta' karozzi sa Birkirkara?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi bħalissa għaddej studju biex tiġi solvuta il-problema tat-traffiku f'din l-area ikkonċernata.

Birkirkara — Fleur-de-Lys - Triq Borg

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7436, jista' il-Ministru jwieġeb dwar Borg Street, Fleur-de-Lys, Birkirkara (qegħda Borg Street waħedha)?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret jirriżulta li l-bozoz f'Borg Street, Fleur-de-lys, B'Kara diġa' ġew devoluti u għalhekk jaqgħu taħt ir-responsabilita' tal-Kunsill Lokali.

Birkirkara — Bus terminus - Tindif

Question

Jista' il-Ministru jara li jitnaddaf jew jingħalaq il-bini li hemm maġemb il-bus terminus tas-71 f'Birkirkara għaliex hemm ħafna żibel fih u jagħmel ikrah minbarra li jista' jikkaġuna problemi ta' saħħa?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Birkirkara li l-bini msemmi hu dar privata mitluqa. Madanakollu, is-Sezzjoni tad-Tindif ser tindaga dwar is-sidien ħalli jsir ix-xogħol neċessarju.