Legislature:
Category:
Reset
Active:

Fleur-de-Lys

Question

Jista' il-Ministru jikkunsidra li Fleur-de-Lys, quddiem il-knisja tal-Karmnu, tiġi patched up bħalma ġara aktar 'l isfel, għaliex ħafna minnha sfrondat?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi x-xogħol ta' patching li kien sar fi triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant kien jifforma parti mill-programm ta' xogħolijiet ta' manutenzjoni li qedha tiġi mħejja mill-Works Division. L-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta tikunsidra wkoll li din il-parti ta' Fleur de Lys quddiem il-knisja tal-Karmnu tiġi kkunsidrata f'dan il-programm u għamlet rapport lill-Works Division biex b'hekk tkun tista' tiġi msewwija.

Fleur-de-Lys — Traffic Lights

Question

Jista' il-Ministru jikkunsidra li f'żewġ lokalitajiet fi Fleur-de-Lys, Birkirkara jsru t-traffic lights, wieħed ħdejn il-każin tal-MLP u l-ieħor fil-junction salib ma' Psaila Street?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-Awtortita dwar it-Trasport flimkien mall-Malta Environment and Plannng Authority qed teżamina possibiltajiet ta' immaniġjar tat-traffiku fiż-żona li jinkludu wkoll il-junctions msemmija mill-Onorevoli Interpellant. Dan qed isir sabiex titjieb il-flow tat-traffiku f'din iż-żona.

Siringi tal-Juvenile Diabetics

Question

Jista' il-Ministru jikkunsidra li l-labar tas-siringi tal-juvenile diabetics jerġgħu jibdew jiġu ta' ħxuna ta' 6mm flok 8mm għaliex dawk ta' l-8mm qegħdin ibenġlu lit-tfal?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba tad-Domanda Parlamentari numru 5835.

Dragonara Palace Casino — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9827 u cioe' jgħid meta jaħseb li l-impjegati tad-Dragonara Palace Casino se jieħdu l-kumplament tal-flus li għandhom jieħdu f’terminal benefits u government bonus 1984, days worked: 7 November to 28 November, 1984, Annual leave 1984, time-in-lieu 1984, Tronc 1984, Service charge 1984=Lm21,120 issa li l-lukanda Dragonara u l-lukanda Verdala nbiegħu u d-Dragonara Palace Casino ġie mikri? L-aħħar ħlas sar fl-1996.

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li Casma Ltd. ma għandha l-ebda responsabbilta li tħallas għal xi pretensjonijiet li l-ħaddiema jista' jkollhom fir-rigward indikat fil-mistoqsija Nru. 9827. Meta Casma Ltd. ġiet inkorporata hi ma assumiet l-ebda dejn jew pretensjonijiet oħra ta' dan it-tip minn għand ħadd.

Tal-Pieta' — Bus Lane

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li terġa' tinfetaħ il-bus lane li kien hemm f'Tal-Pieta' quddiem l-ex torpedo depot illum ġnien, fid-direzzjoni ta' l-Imsida?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi preżentament m'hemm l-ebda ħsieb illi din il-Bus Laneterġa tinfetaħ.

BOV — Impjegati ġodda

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li l-BOV tagħmel sejħa għall-impjiegi biex jiġu mpjegati aktar skrivani?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba in-natura kummerċjali tal-BOV, mhux fl-interess tal-kumpanija li jingħata it-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Saħħa — Pilloli out of stock

Question

Jista' il-Ministru jindaga għalfejn il-pilloli Losee jew Omeprazole huma out of stock u jara li dawn jiġu stokkjati kemm jsita' ikun malajr?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-konsenja tal-pilloli Omeprazole mistennija tasal il-GPS fi ftit jiem u titqassam minnufih.

Impjiegi — Nies qiegħda

Question

Billi qed isiru ħafna allegazzjonijiet f'ċerti oqsma tal-gazzetti lokali, jista' il-Ministru jagħti rendikont ta' kemm kienet ir-rata u l-ammont tan-nies qiegħda fi żmien is-sentejn ta' gvern Laburista bejn l-1996 u l-1998?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li nill-istatistika li żżom l-ETC jirriżulta li r-rata u l-ammont tan-nies li kienu jirreġistraw għax-xogħol fi żmien is-sentejn ta' amministrazzjoni Laburista bejn l-1996 u l-1998 kienu hekk :- Diċembru Ammont tan-nies qiegħda Rata tan-nies qiegħda 1996 7072 5.0% 1997 7693 5.5% 1998 7910 5.6%

UE — Programmi edukattivi u kulturali

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu kkalkolat li qegħdin jattendu studenti Maltin fl-isferi kollha tal-qasam edukattiv fil-programmi edukattivi u kulturali ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li huwa kkalkolat li mill-Programm Socrates attendew 108 studenti mill-iskejjel Primarji, Sekondarji u Post-Sekondarji fuq proġetti approvati mill-Programm Comenius u 102 studenti pparteċipaw fil-Programm Erasmus matul l-ewwel semestru ta' din is-sena skolastika. Aktar studenti mistennija jipparteċipaw fil-Programm Erasmus matul it-tieni semestru ta' din is-sena skolastika pero dan in-numru għadu mhux definit. Ninsab informat ukoll li t-total sa issa jammonta għall-210 studenti mill-iskejjel Primarji, Sekondarji, Post-Sekondarji u Terzjarji.

SPCA

Question

Jista' il-Ministru jindika jekk ingħatatx xi art lil xi NGO li jieħdu ħsieb l-annimali? Kemm jagħti flus il-gvern lill-SPCA fis-sena? Kif ġew imqassma l-Lm5,000 li għandha l-Malta Community Chest Fund allokati għall-animal welfare fund? X'inhi l-policy tal-gvern rigward it-traqqid (mewt) ta' l-annimali jiġru fit-toroq?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li sa llum għada ma ngħatatx xi art tal-gvern imam għaddejin diskussjonijiet fuq art ma' żewġ għaqdiet flimkien ma' l-Estates Management Department. Skond il-kuntratt ta’ l-1981 il-Gvern iħallas is-somma ta’ Lm 9,300 bħala kontribuzzjoni lill-Għaqda ta' l-SPCA. Barra dan jitħallas ammont addizzjonali skond kemm jinqabdu klieb u qtates mit-toroq. Il-ħlas ikopri s-sussidju lil din l-Għaqda, spejjeż ta’ manutenzjoni ta’ vann u pagi ta’ żewġ ‘drivers’ u ‘cleaner’. Għar-rigward tat-tielet parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat li f'Novembru tas-sena l-oħra, inħatar sub-committee fi ħdan il-Malta Community Chest Fund biex ikun stabbilit kif se jitqassmu l-flus. Deċiżjoni finali mistennija titieħed fil-jiem li ġejjin. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, il-policy/program dwar it-traqqid (mewt) ta' annimali strays qed tkun ffinalizzata mill-Animal Welfare Council.

Adozzjoni ta' Tfal

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk koppja li mhijiex miżżewġa imma co-habiting jistgħux jadottaw tfal biex irabbu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-adozzjoni ta' minuri hi regolata bil-provedimenti ta' l-Artikoli 113 sa 130 tat-Titolu III tal-Kodiċi Ċivili. Il-liġi tikkontempla li ssir adozzjoni minn koppja miżżewġa jew minn persuna waħedha, kemm jekk raġel jew mara, kemm il-darba jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-istess liġi. Il-liġi ma tikkontemplax adozzjoni minn koppja mhux miżżewġa.

Hawkers tal-Pitrolju

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-hawkers tal-pitrolju jbigħu wkoll id-diesel?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-Awtorita' ta' Malta dwar ir-Riżorsi approvat ftehim bejn il-GRTU u l-Korporazzjoni Enemalta biex dan jista' jsir, u awtoriżżat lill-Korporazzjoni Enemalta biex tipprovdi d-diesel lill-hawkers liċenzjati.

Imsida — Tower Street

Question

Billi ħafna studenti ta' l-Universita' qed jitilgħu minn Tower Street, Imsida u jaqsmu Triq Regjonali minn ħdejn il-mina biex jidħlu l-universita', jista' il-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex tiskoraġġihom milli jagħmlu dan għaliex perikoluż ħafna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta ser tanalizza l-problema u tniedi proposti sabiex dan l-abbuż ikun ikkontrollat. Il-proposti jkunu bbażati fuq miżuri sabiex teduka lil min qed jaqsam l-arterja f’din il-lokalità u anki sabiex tkun diffiċli biex dan jibqa' jsir.

MEPA — Twessigħ minn bieb ta' dar għal bieb ta' garaxx

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx bżonn ta' permess tal-MEPA biex issir alterazzjoni fuq faċċata ma' triq minn bieb ta' dar biex jitwessa għal bieb ta' garaxx, partikolarment meta s-sit huwa mikri għand inkwilini u s-sid oġġezzjona għal dan ix-xogħol?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li biex ikun jista' jsir it-tibdil imsemmi fil-mistoqsija, jinħtieġ permess ta' l-iżvilupp mingħand l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA).

Solar Water Heaters — Rikuprar tal-VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-miżura msemmija fil-budget fuq solar water heaters tidħolx fis-seħħ fl-2004 jew fl-2005? Kif inhi l-proċedura biex il-flus (tal-VAT) jiġu rikuprati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif inhu indikat fid-Diskors tal- Budget 2005, ir-rifużjoni fuq solar water heaters tapplika għal xiri li jsir mill-1 ta’ Jannar 2005. Dettalji ta’ kif ser taħdem l-iskema li ser tiġi operata fil-Ministeru tal-Finanzi, ser jiġu ppubblikati fi żmien qarib.

Hawkers tal-Pitrolju

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 9672, li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informatika u li issa ġiet riferuta lilu, u cioe' jgħid jekk huwiex possibbli li l-hawkers tal-pitrolju jbigħu d-diesel ukoll?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Awtorita' Maltija dwar ir-Riżorsi.

Dragonara Palace Casino — Impjegati

Question

Jista’ il-Ministru jgħid meta jaħseb li l-impjegati tad-Dragonara Palace Casino se jieħdu l-kumplament tal-flus li għandhom jieħdu f’terminal benefits u government bonus 1984, days worked: 7 November to 28 November, 1984, Annual leave 1984, time-in-lieu 1984, Tronc 1984, Service charge 1984=Lm21,120 issa li l-lukanda Dragonara u l-lukanda Verdala nbiegħu u d-Dragonara Palace Casino ġie mikri? L-aħħar ħlas sar fl-1996.

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Servizz Ċivili — Messenger grade III

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti tweġiba għaliex ċertu Messenger grade II ma tħallewx jagħmlu l-eżami għall-Messenger grade III?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-gradi ta’ Messenger Grade II u Messenger Grade III ma baqgħux jeżistu wara r-riforma tas-Servizz Pubbliku ta’ l-1991. Il-grad ta’ Messenger Grade II inbidel f’dak ta’ Messaġġier u ta’ Messenger Grade III fil-grad ta’ Messaġġier Anzjan. Nifhem li l-persuni li l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għalihom huma ex-Postal Auxiliaries li ġew assorbiti fil-grad ta’ Messaġġier. Dawn il-persuni ma tħallewx japplikaw għax ma kellhomx għaxar snin servizz fil-grad ta’ Messaġġier skond l-ispirtu tal-provedimenti tal-Ftehim dwar il-Klassifikazzjoni u Assimilazzjoni tal-Gradi tal-Messaġġiera.

Sta. Venera — Triq ġdida fi Triq San Pawl

Question

Jista' il-Ministru jindaga jekk n/s in St. Paul's Street, f'Sta. Venera tistax tiddaħħal fl-iskeda ta' toroq ġodda li għandhom isiru?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-Triq imsemmija mill-Onorevoli interpellant ser tigi kkunsidrata biex tiġi inkluża fil-programm tat-toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed iħejji programm għal bini ta' toroq ġodda u dawn ser isiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.