Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #12020 Sitting 258 2005-04-25 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin

Nazzjonijiet Uniti — Klonaġġ Uman

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq il-klonaġġ uman li għaddih riċentement mill-Assemblea Ġenerali?

Response (FRENDO, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti, kopja tar-rapport tas-Sitt Kumitat ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li ġie addottat fit-8 ta' Marzu 2005, fejn f'paġni 7 u 8 ssib ir-riżoluzzjoni dwar il-klonaġġ uman.

Birkirkara — Triq il-Qattus

Question

Jista' il-Ministru jara meta jista' isir xogħol ta' kisi tat-toroq fi Triq il-Qattus, Birkirkara u t-toroq tal-madwar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Parti minn Triq il-Qattus għadha mhux asfaltata u b’hekk taqa’ taħt ir-responsabilta tal-Gvern Ċentrali. It-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant inkluża din il-parti ta’ Triq il-Qattus huma nklużi fil-program tat-toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed ihejji program għall-bini ta’ toroq ġodda u dawn se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Rotta 59

Question

Jista' il-Ministru jieħu nota tal-fatt li b'risposta għal mistoqsija parlamentari 11030, Rotta 59 mhijiex qiegħda tgħaddi regolari minn Triq il-Pijunieri għal Birkirkara u l-Belt?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta' l-iskeda li tappartjeni għar-rotta 59. L-Awtorita', sadanittant, ser tibgħat l-Enforcement Officers biex jaraw li r-rotta 59 tiġi magħmula regolarment kif suppost.

Depożitanti tal-BICAL

Question

Jista' il-Prim Ministru jagħti xi indikazzjoni meta jista' isir l-aħħar pagament lid-depożitanti tal-BICAL peress li l-aħħar pagament li sar issa ilu s-snin? Jista' jgħid ukoll jekk wara li jsir il-pagament li jmiss hemmx xi ħsieb li d-depożitanti jingħataw xi forma ta' ħlas barrani, biex jagħmel tajjeb għall-imgħaxijiet li ntilfu minn mindu għalaq l-imsemmi BICAL fuq 30 sena ilu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma jkunx għaqli li issa jsiru distribuzzjonijiet oħra qabel it-tqassim finali. Qegħdin isiru t-tħejjijiet meħtieġa sabiex din il-likwidazzjoni tiġi konkluża fi żmien qasir. L-ammont li jiġi distribwit fuq tali likwidazzjoni u lil min, ikun jiddependi mit-tħejjija tal-pjan ta’ distribuzzjoni

Enemalta — Birkirkara

Question

Jista' il-Ministru jara jekk l-Enemalta tistax tneħħi arblu antik tad-dawl li qed jostakola l-funzjoni tat-tħaddim ta' Rizzo service station, Birkirkara?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat li minn investigazzjoni li saret jirriżulta li l-arblu msemmi għandu jitneħħa fi żmien qasir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.

SVPR — Canteen

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk ingħatatx l-offerta għall-canteen ta' barra tal-SVPR?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-canteen li hemm barra l-SVPR hu fuq art privata u għallhekk id-Dipartiment ta' l-Anzjani u Kura fil-Komunita' m'għandu x'jaqsam xejn ma' l-operat tiegħu.

Entitajiet kummerċjali — VAT

Question

Jista' il-Prim Ministru jispjega jekk hemmx xi żieda fil-VAT ta' 5% fuq entitajiet kummerċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-VAT ma tinġabarx minn fuq entitajiet kummerċjali imma minn fuq provvisti ta’ prodotti u ta’ servizzi.

Belt Valletta — Plakka tifkira tas-sħubija ta' Malta fl-UE

Question

Jista' jiġi kkunsidrat li tiġi mikxufa plakka fil-Belt li tfakkar id-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif diġà kont esprimejt ruħi f’Mistoqsija Parlamentari Numru 5593, il-Gvern qed jesplora l-possibbilità li ssir tifkira tad-dħul ta’ Malta fl-Ewropa. Biss ma naħsibx li din il-għażla għandha tkun ristretta biss għal Belt Valletta.

Skola Sir Adrian Dingli — Nissen huts

Question

Jista' il-Ministru jindaga għaliex erba' nissen huts li hemm ħdejn l-iskola ta' Sir Adrian Dingli, Pembroke, għandhiex bżonnhom l-iskola jew le? Jekk le, jistax jikkunsidra li jiġu mislufa jew jingħataw għal użu filantropiku?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-'nissen huts' li hemm ħdejn l-iskola ta' Sir Adrian Dingli, Pembroke, ma humiex parti mill-iskola.

Gradwati tal-B.Pharm — Xogħol l-Ingilterra

Question

Jista' il-Ministru jindaga għalfejn dawk il-gradwati tal-B.Pharm li qed japplikaw biex jaħdmu l-Ingilterra mhumiex qed jitħallew jirreġistraw għal dan ix-xogħol?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Korporazzjoni tirreġistra l-persuni li jkunu iridu jaħdmu f'Malta u mhux barra minn Malta. Għal dawk interessati sabiex jaħdmu barra, l-Korporazzjoni toffri s-servizz tal-EURES . Dan huwa servizz fejn wieħed jingħata tagħrif kif jista jfittex barra. Wieħed jista wkoll ipoġġi c-CV tieghu fuq il-EURES portal. Informat ukoll li għal aktar tagħrif wieħed jista' javviċina l- Uffiċju tal- EURES bejn id-9.00am u 12.00pm mit-Tnejn sal-Ġimgha.

Qawra — Servizz ta' trasport pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra l-possibbilta' li mill-venda tal-Qawra tgħaddi xarabank minn Triq il-Pijunieri, f'Buġibba via Valletta bus terminus u viċi versa peress li dak is-servizz li diġa' jeżisti huwa wisq għoli biex jiġi wżat mill-anzjani?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat illi l-Onorevoli Interpellant jista' ikun qiegħed jirreferi għal rotta 449 li hija rotta diretta li titlaq minn Buġibba u tispiċċa il-Belt. Din ir-rotta tgħaddi mill-Coast Road u għaliha il-passiġier iħallas 50 centeżmu. Jiena infurmat ukoll li teżisti r-Rotta 59, illi tibda mill-venda ta’ Buġibba u tgħaddi minn Triq il-Pijunieri għall-Mosta, Naxxar, Birkirkara, Msida u tibqa' sejra lejn il-Belt Valletta. Peress li dan huwa servizz ċirkulari, wara il-Belt Valletta ix-xarabank tgħaddi mid-dawra tal-Qawra kollha, tasal il-venda u tibqa' ħierġa minn Triq il-Pijunieri għall-Belt Valletta kif diġa spjegajt qabel. Din ir-rotta tista' tiġi utilizzata mill-anzjani permezz tal-Karta Anzjan. L-ewwel vjaġġ ta’ din ir-rotta jibda fid-disgħa ta’ filgħodu jispiċċa fis-sebgħa ta' filgħaxija. Kull trip jitlaq kull siegħa.

Birkirkara — Fleur De Lys

Question

Billi fi Fleur De Lys Birkirkara diġa' hemm magħluqa St. Anthony Street għaliex qed jibnu, tista' ma tingħalaqx ukoll Triq Madre Maria Theresa Spinelli c/w Triq A. Cuschieri?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Id-Direttorat għall-Immaniġjar tat-Traffiku għamel spezzjoni fuq il-lant tax-xogħol fi Triq Madre Spinelli u Triq Cuschieri. Ġie nnotat li n-natura tax-xogħol, li tinvolvi t-tqegħid ta' servizzi u resurfacing tat-triq, tirrikjedi li tali toroq imsemmija jkunu magħluqin għat-traffiku. Dan ukoll għal fin ta' sigurta minħabba l-użu ta' makkinarju goff relata mall-kostruzzjoni tat-triq. L-għeluq ta' dawn it-toroq, minħabba x-xogħlijiet li qed isiru, mhux ser jaffetwa is-Servizz tat-Trasport Publiku u tipi oħra ta' vetturi jkunu jistgħu jgħaddu minn Triq Salvu Psaila u Triq Fleur de Lys bħala rotta alternattiva.

MIA — Ground crew

Question

Jista' il-Ministru jitlob lill-Air Malta tinvestiga għaliex waqt li jkunu qed jinbidlu x-shifts tal-ground crew, ajruplani jitħallew bil-makni mqabbda jistennew biex ikun hemm xi ħadd jiddiriġihom biex jitilqu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interlpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Birkirkara — Fleur De Lys

Question

Billi fi Fleur De Lys Birkirkara diġa' hemm magħluqa St. Anthony Street għaliex qed jibnu, tista' ma tingħalaqx ukoll Triq Madre Maria Theresa Spinelli c/w Triq A. Cuschieri?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Qawra — Servizz ta' trasport pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra l-possibbilta' li mill-venda tal-Qawra tgħaddi xarabank minn Triq il-Pijunieri, f'Buġibba via Valletta bus terminus u viċi versa peress li dak is-servizz li diġa' jeżisti huwa wisq għoli biex jiġi wżat mill-anzjani?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Health and Safety Officer

Question

Wara l-inċident li kien sar f'Santa Venera fejn kien miet tifel wara li waqgħet lasta fuq rasu, id-dipartiment sejjer jadotta ir-rakkmandazzjoni tal-bord ta' l-inkjesta li jkollu health and safety officer tal-post?

Response (GALEA, LOUIS)

Fil-fatt informat li għandna diġa numru ta' għalliema fl-iskejjel sekondarji magħrufin bħala Health and Safety Teachers. Diġa assigurajna li f'kull skola sekondarja għandha Health and Safety Teacher, kif ukoll għandna għaxar peripatetic Health and Safety Teachers li jilħqu l-iskejjel primarji kollha kif ukoll l-iSpecial Schools. Il-kompitu ta' dawn l-għalliema huwa li parti mid-doveri tagħhom tkun li, b'attivitajiet u struzzjonijiet, iqajmu kuxjenza sew fost l-għalliema kif ukoll fost it-tfal għall-ħtieġa ta' l-għarfien dwar saħħa u s-sigurta', fl-ambjent ta' madwarna. Dan qed isir b'mod strutturat ħafna biex nassiguraw li jintlaħaq kulħadd. Dawn il-Health and Safety Teachers jagħtu support lill-kapijiet ta' l-Iskejjel billi jagħmlu risk assessments kull sitt xhur, bl-iskop li t-taħriġ li huma kontinwament jingħataw ikun ta' għajnuna lill-kapijiet ta' l-iskejjel biex jidentifikaw sitwazzjonijiet li jistgħu jkunu ta' riskju, u għalhekk jintervjenu kemm jista' jkun fil-pront biex jassiguraw li l-ambjent ta' l-iskola jkun salv minn kull periklu.