Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tas-servizzi veterinarji — Fuljett fuq l-influwenza tat-tjur

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li jagħti struzzjonijiet lid-dipartiment tas-servizzi veterinarji li jinħareġ leaflet ta' informazzjoni fuq l-influwenza tat-tjur li jitqassam f'kull dar f'Malta bħalma sar mid-dipartiment tas-saħħa fil-każ ta' l-influwenza pandemika?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li d-Diviżjoni tas-Servizzi Veterinarji fi ħdan dan il-Ministeru diġa ħarġet leaflet ta' informazzjoni li tqassmet lill-produtturi u lil dawk involuti fit-trobbija tat-tjur.

Skejjel — Studenti li jbati minn aċċessjonijiet

Question

F'każ ta' persuna fi skola li jagħtuha l-aċċessjonijiet, jista' jiġi rranġat li tingħata l-injezzjoniet min-nurse?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s'issa qatt ma kien hemm talba jew bżonn ta' xi injezzjoni fl-iskola minħabba l-kondizzjoni msemmija.

ETC — Persuni jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' nies li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel parti tar-reġistru bħalissa u kif jikkompara ma' l-istess perijodu ta' l-aħħar għaxar snin?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Birkirkara — Triq l-Għabex

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li ssir Triq l-Għabex f'Birkirkara għaliex qiegħda fi stat ħażin ħafna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender biex isiru dawn ix-xogħlijiet ħarġet u qegħda tiġi aġġudikata.

Birkirkara — Triq is-Salib Imqaddes

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li tiġi kkurata biċċa art imħarbta f'nofs Triq is-Salib Imqaddes, kantuniera ma' Triq Bwieraq, Birkirkara? Jista' jikkonsidra li jsiru water culverts għal ġol-ġibjun taħt din l-art għaliex qed jgħerqu dawn it-toroq, inkluż Triq F.S. Caruana?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Birkirkara — Pjazza Santa Liena

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-ġibjun li hemm fi Pjazza Santa Liena, Birkirkara jaqax taħt il-Ministeru tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-ġibjun li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant jaqa' taħt ir-responsabbiltá tal-Water Services Corporation.

Birkirkara — Pjazza Santa Liena

Question

Fl-aħħar snin kienu tqabbdu katusi ġodda ta' l-ilma tax-xita mal-ġibjun li hemm fi Pjazza Santa Liena, Birkirkara wara li kienet ħarġet sejħa għal-offerti, biex jarmu l-ilma tax-xita li jinġabar mit-toroq tal-madwar għal ġewwa fih. Jista' il-Ministru jgħid f'liema sena kien beda dan ix-xogħol? Dan ix-xogħol kien ħareġ b'offerta mill-ADT?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Depożitanti tal-BICAL

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11616 ta' l-4 ta' April, li tagħha nirringrazzjak, u filwaqt li nerġa' nuri x-xewqa tad-depożitanti tal-BICAL dwar is-saldament finali tal-kredituri ta' l-imsemmi bank, nistaqsi jekk hemmx xi żviluppi ġodda wara l-imsemmija mistoqsija parlamentari, in vista li minn dik id-data għaddew 'il fuq minn ħames xhur? Rigward it-tieni parti tad-domanda, u cioe' jekk hux possibbli wara li jsir l-aħħar pagament, li nħoss li m'għandux jieħu ħafna aktar żmien, isir xi forma ta' pagament f'forma ta' somma waħda biex tagħmel tajjeb għall-imgħax li ntilef, meta wieħed iżomm f'moħħu li dan il-każ ilu jkaxkar għall-aktar minn 33 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma jkunx għaqli li issa isiru distribuzzjonijiet oħra qabel it-tqassim finali. Qegħdin isiru t-tħejjijiet meħtieġa sabiex din il-likwidazzjoni tiġi konkluża fi żmien qasir. L-ammont li jiġi distribwit fuq tali likwidazzjoni u lil min ikun jiddependi mit-tħejjija tal-pjan ta’ distribuzzjoni.

MCST — Ristrutturazzjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex waslet ir-ristrutturazzjoni tal-MCST? Jaħseb il-Ministru li l-MCST hija importanti biex f'pajjiżna jinġiebu programmi u fondi mill-Unjoni Ewropea għar-riċerka? Jaħseb il-gvern li l-qasam tar-riċerka pura, issa li dħalna fl-Unjoni Ewropea, kiseb importanza akbar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li r-ristrutturazzjoni tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija waslet fl-aħħar fażijiet tagħha. Twaqqaf Management Board ġdid u ġie appuntat CEO ġdid li beda jaqdi d-dmirijiet tiegħu mill-1 t’Ottubru 2005. L-MCST issa taqa’ fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. L-MCST ser iżżomm ir-responsabbilità tal-ko-ordinament tas-Sitt Programm ta’ Qafas għar-Riċerka, Żvilupp Teknoloġiku u Demostrazzjoni (FP6). F’dan ir-rigward, l-MCST kellha suċċess kbir u mill-2002 s’issa aktar minn 380 proposta li fihom kien hemm mill-inqas sieħeb Malti, intefgħu fl-FP6 u minn dawn intagħżlu 79 li jsarrfu f’total ta’ aktar minn 6.5 miljun ewro għal entitajiet Maltin, fosthom kumpaniji privati. L-MCST diġà qed tħejji ruħha sabiex tkun tista’ tagħti l-għajnuna kollha meħtieġa għal meta jibda l-Programm ta’ Qafas li jmiss (FP7). Waqt li l-Gvern huwa ta’ l-opinjoni li kemm ir-riċerka pura kif ukoll ir-riċerka applikata huma ta’ importanza kbira għall-futur ta’ Malta fil-ġejjieni, l-għan ewlieni ta’ l-MCST huwa li tiffoka r-riċerka lejn il-prijoritajiet ekonomiċi tal-pajjiż.

Proġett ta' bicycle lanes

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-bicycle lanes fit-toroq tagħna? Jista' ukoll jagħmel pubbliku x'inhu l-ispeed limit fit-toroq Maltin għaliex hemm ħafna informazzjoni konfliġġenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant tingħata f'seduta oħra.

Birkirkara — Ġibjun fi Pjazza Santa Liena

Question

Jista' il-Ministru jgħid taħt min taqa' ir-responsabbilta' tal-ġibjun li hemm fi Pjazza Santa Liena, f'Birkirkara? Fl-aħħar snin kienu tqabbdu katusi ta' l-ilma tax-xita mal-ġibjun li hemm fi Pjazza Santa Liena. Dan biex jarmu l-ilma tax-xita li jinġabar mit-toroq tal-madwar għal ġewwa fih. Liema dipartiment jew awtorita' kien responsabbli mix-xogħol imsemmi? Meta sar dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-ebda Dipartiment fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura ma għamel ix-xogħlijiet imsemmija mill-Onorevoli Membru. Ix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Membru kien sar mill-Kunsill Lokali konċernat. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru permezz tat-Taqsima tax-Xogħlijiet wettaq u qed jagħmel xogħlijiet relatati mal-prevenzjoni mill-għarghar bħal ma sar fil-Marsa/Qormi u Burmarrad, liema zoni irrispettivament jaqgħu fil-catchment areas ta' Wied il-Kbir u ta' Wied il-Għasel. Barraminhekk il-Ministeru diġa qed ifassal qafas ta' programm għall-prevenzjoni mill-għargħar fiċ-ċentru tal-pajjiz li jinkludi, H'Attard, B'Kara, Hal-Lija, Hal-Balzan u l-akkwati ta' madwarhom. Dan il-proġett jikkomprizi wkoll l-uzu tal-hazniet ezistenti ta' l-ilma li jinsabu fl-area affewata diġa msemmija, u liema ġwiebi jew ġibjuni qed jintuzaw għall-ħazna ta' l-ilma tax-xita (run-off). Dan il-proġett se jiġi kkunsidrat għall-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2007 u 2013.

Permessi għal motor hearses

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinħarġu permessi ġodda tal-motor hearses fil-futur qarib?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li fil-preżent, m’hemm l-ebda ħsieb li jinħarġu permessi ġodda tal-motor hearses. Madankollu, l-Awtorità dwar it-Trasport qegħda tistudja l-prattika eżistenti ta' kif jinħarġu l-permessi għal motor hearses.

Depożitanti tal-BICAL

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11616 ta' l-4 ta' April, li tagħha nirringrazzjak, u filwaqt li nerġa' nuri x-xewqa tad-depożitanti tal-BICAL dwar is-saldament finali tal-kredituri ta' l-imsemmi bank, nistaqsi jekk hemmx xi żviluppi ġodda wara l-imsemmija mistoqsija parlamentari, in vista li minn dik id-data għaddew 'il fuq minn ħames xhur? Rigward it-tieni parti tad-domanda, u cioe' jekk hux possibbli wara li jsir l-aħħar pagament, li nħoss li m'għandux jieħu ħafna aktar żmien, isir xi forma ta' pagament f'forma ta' somma waħda biex tagħmel tajjeb għall-imgħax li ntilef, meta wieħed iżomm f'moħħu li dan il-każ ilu jkaxkar għall-aktar minn 33 sena?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Imrieħel — Akkwadott

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm se tkun l-ispiża kollha għall-mixgħela ta' l-akkwadott fl-Imrieħel? Kemm hemm arkati nvoluti? Kemm se tiġi l-ispiża għal kull arkata?

Response (ZAMMIT, NINU)

Jien infurmat li l-ispiża għal 180 arkata minn ħdejn ir-round about ta’ Fleur-de-Lys sa’ l-MFSA hija ta’ Lm27,936. L-ispiża għal kull arkata hija ta’ Lm155.

Restawr ta' l-akkwadott

Question

Billi qiegħed jiġi restawrat l-akkwadott f'Santa Venera u Birkirkara, Balzan, Attard, jista' il-Ministru jikkonsidra li terġa' tinbena replika tal-bieb ta' Fleur-de-lys li kien distrutt fil-gwerra? Dan jista' isir flimkien mal-kunsill lokali ta' Birkirkara.

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u risposta tingħata f’xi seduta oħra.

MCST — Ristrutturazzjoni

Question

Jista' il-Prim Ministru jgħid fiex waslet ir-ristrutturazzjoni tal-MCST? Jaħseb il-Ministru li l-MCST hija importanti biex f'pajjiżna jinġiebu programmi u fondi mill-Unjoni Ewropea għar-riċerka? Jaħseb il-gvern li l-qasam tar-riċerka pura, issa li dħalna fl-Unjoni Ewropea, kiseb importanza akbar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Fixed air monitoring stations

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13618 u jgħid: skond id-direttivi ta' l-Unjoni Ewropea suppost li jsiru fixed air monitoring stations, jista' jgħid jekk dawn jeżistux f'Malta jew le? Jekk le, għandu ħsieb il-gvern li jwaqqafhom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li l-Pollution Prevention and Control Unit fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) preżentament iħaddem żewġ 'air monitoring stations'. It-“traffic station” li jinsab fi Triq Sant’ Anna il-Furjana jagħti rendikont ta’ l-effett tat-traffiku fuq il-viċinanzi u ilu jipproduċi riżultati għal dawn l-aħħar sena u nofs. Dan skond l-esiġenzi tad-Direttiva 96/62/EC fuq il-Kwalita’ ta’ l-Arja. It-tieni stationġie kkummissjonat madwar ħames snin ilu. Fil-passat kien jiġi mmexxi minn lokalità għall-oħra biex jikkumpara l-livelli ta’ tniġġiż bejn il-lokalitajiet. Wara li sar il-Preliminary Assessment of Air Quality in Malta(NETCEN, 2002), dan ir-rapport identifika l-iktar siti importanti fejn għandhom jiġu llokalizzati l-air monitoring stations, u r-raġunijiet għalfejn dawn il-lokalitajiet għandhom ikunu fissi. Għalhekk dan l-air monitoring station ġie llokalizzat f’wieħed minn dawn is-siti identifikati, b’tali mod li jsir moniteraġġ ta’ l-effet tat-tniġġiż mill-parti industrijali f’Malta inkluża l-power station tal-Marsa. Mhux eskluż li fil-futur jiġu nstallati air monitoring stationsoħra f’pajjiżna.

Birkirkara — Triq il-Vaguni

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li ssir Triq il-Vaguni, f'Birkirkara issa li l-bini f'din it-triq huwa lest?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li ser isiru site inspections fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant sabiex din it-triq tkun tista' tiġi kkunsidrata biex tiġi inkluża fil-lista tat-toroq li jridu jsiru.

Birkirkara

Question

Jista' il-Ministru jindaga tistax issir il-biċċa triq wara Sant'Antnin - Knisja San Franġisk - f'Birkirkara li tgħaqqad Triq L Casolani ma' Triq l-Ibgħal?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li ser isiru site inspections fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant sabiex din it-triq tkun tista' tiġi kkunsidrata biex tiġi nkluża fil-lista tat-toroq li jridu jsiru.

Birkirkara — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li tiġi miksija bl-asfalt Triq Tas-Sisla f'Birkirkara kif ukoll it-toroq tal-madwar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant huma kollha responsabbilta’ tal-Gvern Ċentrali u huma nklużi fil-programm tat-toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed jipprepara l-istejjem neċessarji għall-bini ta’ dawn it-toroq u dawn se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.