Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir xi xogħol minħabba l-ilma li jgħaddi minn Paris Street, Birkirkara għal fuq Rizzo Service Station għaliex qiegħed ikun ta' nkonvenjent kbir għax-xogħol fil-petrol station imsemmija?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ADT kienet ħarget tender apposta għal dan ix-xogħol li ma setax jitkompla fuq Ordni tal-Qorti.
Bħalissa qed ikunu ffinaliżżati it-teknikalitajiet biex jintlaħaq l-istess skop mod iehor.
Jista' l-Ministru jara jistgħux l-ħaddiema tad-dipartiment tat-toroq jduru sew n-naħa t'isfel ta' Triq Fleur De Lys, Birkirkara għaliex ġiet mħarbta bix-xita qawwija li seħħet dan l-aħħar?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li l-ADT diġa’ wettqet ix-xogħol l-aktar li kien ikkunsidrat gravi u urġenti f’din it-triq.
Jista' l-Ministru jgħid bħalma hemm ikel b'xejn fuq Skeda V għat-tfal li huma allerġiċi għall-Gluten, jeżisti ikel b'xejn fuq l-istess skeda għat-tfal li huma allerġiċi għall-Wheat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-intolleranza għal gluten hi meqjusa bħala auto immune disease u hu għalhekk li persuni li huma intolleranti għal gluten jingħataw ikel gluten-free b'xejn taħt l-iSkeda V. Għal din ir-raġuni persuni li huma allerġiċi għal ikel speċifiku bħal qamħ jew anke lewz m'humiex intitolati għal dan l-ikel.
Fid-dawl tar-rapport tal-UE li l-arja f'Hal Lija u l-Iklin hija għolja f'dak li hu particulate matter minħabba fabbrika tal-ġebel/tal-konkos fil-viċin, jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan ta' azzjoni li beħsiebu jimxi fuqu l-gvern fid-dawl ta' dan ir-rapport?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) ma rċeviet l-ebda rapport mingħand il-Kummissjoni dwar Livelli tat-Tniġġiż dwar eċċessi tal-limiti stipulati fid-Direttiva tal-Kwalita` ta` l-Arja f'Ħal Lija. L-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) qegħda tivverifika mal-Kummissjoni rapporti li dehru fil-media lokali. Ittieħdet ukoll azzjoni ta' infurzar minħabba ħażna ta' materjal tal-kostruzzjoni li qiegħed ikun ta' detriment għall-ambjent tal-madwar. Dan il-materjal issa qiegħed jitneħħa. Fil-kors ta' l-applikazzjoni għall-estensjoni tal-fabbrika eżistenti, l-applikant qiegħed jintalab jissottometti pjan biex jitnaqqas l-inkonvenjent ta' trab u ħsejjes.
Billi issa ħafna ħwienet qegħdin jiftħu f'ħijiniet irregolari, jista' l-Ministru jara jekk it-tabelli fi Triq Mannarino, Birkirkara fuq naħa waħda jistgħux jiġu "no parking except for loading/unloading" mingħajr ħinijiet imniżżla?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li minn riċerka li saret fir-records tat-Taqsima għall-Immaniġjar tat-Traffiku irriżulta li l-un/loading bays u t-timed parking li hemm fi Triq Mannarino u li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari mhumiex approvati mill-Awtorita’ Dwar it-Trasport.
It-taqsima ser tinforma lill-kunsill lokali Birkirkara rigward dan.
Jista' l-Ministru jara jekk tistax issir karozza tal-linja mit-Terminus fejn titlaq il-karozza numru 71 f'Birkirkara għall-iSptar Mater Dei għaliex bħalissa m'hemmx?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat li fil-preżent ir-residenti ta’ Birkirkara li jridu jmorru Mater Dei iridu jirkbu ir-Rotta 71 mill-venda ta’ Birkirkara ta’ ħdejn l-Istazzjoni u jieqfu ħdejn l-għassa tal-Hamrun. Minn hemm jaqbdu l-karozza bin-numru tar-Rotta 75 li tkun ġejja mil-Belt u li tibqa sejra lejn l-Isptar St. Luke’s u l-Isptar Mater Dei. Dan is-servizz jopera bejn is-6.00 ta’ filgħodu u 8.30 ta’ filgħaxija mit-Tnejn sal-Ħadd u għandu frekwenza ta’ kull kwarta jew 20 minuta.
Jista' l-Ministru jgħid huwiex possibbli li bitha li hemm ħdejn garage tat-transformer fi 162, Triq Brared, Birkirkara tistax tinkera lill-inkwilini tad-dar 164 li tmiss ma' dan il-garage?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-possibilta' li tinkera l-bitħa tas-sub-station imsemmija jew parti minnha tista' tiġi kkunsidrata la darba l'inkwilin jagħmel kuntatt formali mal-Enemalta.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn fl-iskola C. Anthony Valletta f'Birkirkara għad m'hemmx counsellor għal 700 tifel u tifla?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Kulleġġ li fih hemm l-iskola msemmija ta' B'Kara ġie assenjat Counsellor fil-bidu tas-sena skolastika biex jagħti servizz kemm fl-iskejjel Primarji u anke fl-iskejjel Sekondarji. Bħalissa l-iSchool Counsellors għandhom direttiva mill-Union li tirraprezentahom biex jagħtu servizz skond il-job description li kellhom qabel l-iffirmar ta' l-aħħar ftehim. Id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi qiegħed f'diskussjonijiet mal-Union dwar il-ftehim tas-17 ta' Lulju 2007.
Billi jinġabar ħafna debris fil-Wied ta' Birkirkara, (wara l-MLP club) jista' l-Ministru jara li dan jitneħħa għax jista' jikkawża periklu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat illi t-tneħija ta' debris li jinġabar fil-post imsemmi jsir regolarment mid-Dipartiment tas-Servizzi ta' l-indafa fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.
Billi ħdejn ir-roundabout fil-bypass ta' Birkirkara kantuniera ma' Triq Tumas Fenech qegħdin isiru ħafna inċidenti, jista' l-Ministru jara li jsiru l-marki sew fit-triq u jsir signage aħjar ħalli l-karozzi jsuqu aktar bil-mod fil-viċinanzi?
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara jekk hux possibli li l-Għaqda Kulturali Maltija - Taljana "Club Italia - Malta" tinstabilha sede akbar milli għandha fi Blk 2A, Gżira Complex, Gżira għaliex dan sar żgħir wisq għall-bżonnijiet ta' l-għaqda msemmija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-viċinanza tal-post attwali li għandha l-Għaqda Kulturali Maltija-Taljana m'hemm l-ebda proprjeta' tal-Gvern li mhix mikrija.
Jista' l-Ministru jara jekk il-proċedura li ntużat fil-promozzjonijiet li ngħataw għas-"Seniors" fil-generation roomta' l-Enemalta fil-Marsa hijiex il-proċedura korretta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li s-Senior Operators Boilers jaqgħu taħt il-Generation Agreement bejn l-Korporazzjoni u l-General Workers Union.
L-Agreement jgħid li biex Operator jsir Senior Operator għandu jkun permezz ta' intervista kwalifikattiva dwar l-impjant. Din l-intervista kwalifikattiva dwar l-impjant għandha tkun miftuħa għal dawk l-Operators li jkollhom 3 snin kontinwi ta' esperjenza fil-Generation mal-Enemalta u li jkollhom l-Steam Licence.
Dawn l-impjegati kienu fuq waiting list ta' Seniority skond l-interview li għamlu. L-interview mexa skond il-proċeduri normali.
Għaldaqstant, s-Senior Operator Boilers saru skond in-numru ta' vakanzi li kien hemm bżonn.
Billi d-drenaġġ fi Triq F. S. Caruana f'Birkirkara huwa antik u difettuż, jista' l-Ministru jara li ssir xi ħaġa biex din il-problema tingħeleb għaliex id-drenaġġ qiegħed ifur fil-kantini tan-nies meta jinstadd u dan jiġri xi kull xahrejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.
B'referenza għat-Timber Carriers Russi jista' l-Prim Ministru jinfurmani jekk kienx hemm xi żvilupp fuq il-flus dovuti msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5564 tas-6.06.04?
Jista' l-Ministru jara tistax issir bit-tarmac in-naħa t'isfel ta' Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta issa li kważi t-traffiku kollu tal-Belt qed jgħaddi minnha? Din tinstab fi stat ħażin ħafna.
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant li din it-triq taqa’ taħt responsabbilta’ tal-Kunsill Lokali tal-Belt għax din it-triq m’hiex arterja fin distributorja.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 25439 u jinforma lill-Kamra jekk kienx hemm xi żvilupp fuq il-flus dovuti msemmija fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 5564 tas-6.05.04?
Jista' l-Prim Ministru jara għalfejn dak li ntalab f'mistoqsija parlamentari 24951 cioe għalfejn twaqqa' ħajt tas-sejjieħ f'proprjeta' privata minn Skanska fl-Isptar l-ġdid u jara li jerġa' jinbena kif kien, għadu ma seħħx?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħajt imsemmi ma kienx inbena minħabba li x-xogħlijiet ta’ landscaping fis-sit ta’ l-isptar Mater Dei kienu għadhom ma tlestewx. Dan il-ħajt ser jerġa’ jinbena f’qasir żmien.