Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-pakkett finanzjarju u l-perkaċċi marbuta ma' kull impjieg, skont it-titlu, fi ħdan l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika? Kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fl-aħħar ta' Jannar 2016? Jista' jagħti break down tat-titli tal-ħaddiema u kemm hemm ħaddiema skont it-titli?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm tħallset il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bejn April 2013 u d-data li fiha titwieġeb din il-mistoqsija? Jista’ jgħid jekk ġietx imħallsa xi flus fis-sena 2016? Jista’jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt bejn il-Gvern u din il-persuna?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari Nru 15595
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali taċ-CHOGM 2015?
Response (VELLA, GEORGE)
L-ispiża li għaliha kien responsabbli l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fl-organizzazzjoni taċ-CHOGM tammonta għal €5445.17 - €2041.57 skond PQ 21391, l-overtime li kien għadu ma nħadimx u xi spejjeż oħra anċillari.
Għall-ispiża totali taċ-CHOGM nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Ministeru kkonċernat.
Azjendi li fornew is-servizzi tagħhom matul iċ-CHOGM — ħlas
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni, service providers, u/jew azjendi privati illi fornew is-servizzi tagħhom matul iċ-CHOGM 2015, tħallsux? Jekk mhux kulħadd tħallas, jista’ jgħid min baqa’ biex jitħallas u kemm hu l-ammont rispettiv?
Response (VELLA, GEORGE)
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ħallas lill-persuni,
service providers
u ażjendi privati kollha illi fornew is-servizzi tagħhom matul iċ-CHOGM 2015 u li għalihom kien responsabbli il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Għaldaqstant ma fadal ħadd biex jitħallas.
Jista’ l-Ministru jikkonferma illi l-uffiċċji l-ġodda ta’ Transport Malta f’Raħal Ġdid li qed jiġu mikrija mingħand il-GWU jew mingħand entità li fiha hemm involuta l-GWU, jinsabux fis-semi basement tal-binja? Jista’ jikkonferma illi l-impjegati li bdew jużaw dawn l-uffiċċji fl-aħħar ġranet wara diversi xhur ta’ dewmien (bi ksur tat-tender conditions) għamlux diversi lmenti illi l-uffiċċji huma neqsin mid-dawl naturali u l-arja? Jista’ jgħid ukoll x’arranġamenti għall-parkeġġ (kemm għall-pubbliku kif ukoll għall-impjegati) ser isiru ladarba d-Dipartiment tal-Liċenzji ta’ Transport Malta (li bħalissa jinsab il-Floriana) jiġi trasferit għall-uffiċċji fl-A3 Towers? Jista’ jgħid ukoll jekk jirriżultalux illi s-soqfa tal-garage tal-istess uffiċċji ġodda tat-TM huma baxxi iktar milli tippermetti l-liġi jew, fi kwalunkwe każ, huma baxxi b’tali mod illi ċerti vetturi tal-awtorità stess, bilkemm jistgħu jgħaddu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini l-ġodda ta’ Transport Malta ġewwa Raħal Ġdid huma koperti u mibnija skont il-permessi neċessarji tal-MEPA.
Sad-data li fiha saret din il-mistoqsija ma kien hemm l-ebda ilmenti ndirizzati lill-management ta’ Transport Malta mill-impjegati li bdew jużaw dawn l-uffiċini. Fil-fatt inżid li dawn l-uffiċini huma iktar moderni, komdi u adekwati mill-uffiċini li kienu jokkupaw qabel dawn l-istess impjegati.
Nikkonferma wkoll li l-vetturi ta’ Transport Malta li jagħmlu użu mill-garage jgħaddu minn kull parti tal-istess garage. Il-ħaddiema kif ukoll il-pubbliku se jkunu jistgħu jagħmlu użu kemm mill-parkeġġ allokat lil Transport Malta fil-basement tal-binja kif ukoll fit-triq u fil-parkeġġ pubbliku ħdejn iċ-ċimiterju tal-Addolorata.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura u Transport Malta — konsulenti u persons of trust
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti jew persons of trust li taw is-servizzi tagħhom lil, jew ġew impjegati mal-Ministeru jew Transport Malta bejn l-1 ta' Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid meta jiskadi t-term ta' konsulenza jew impjieg ta' kull wieħed minnhom? Jista' jgħid x'inhi r-remunerazzjoni (salarju u perkaċċi) tagħhom u kemm tħallsu sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari 16183, 23476 u 22880.
Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji — promotions
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-promotions kollha, inkluż it-titlu tal-impjiegi, li saru fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) bejn April 2013 u l-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija? Kemm huwa l-pakkett finanzjarju inkluż il-perkaċċi għall-impjiegi msemmija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjon mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni rigward il-pakkett finanzjarju inkluż il-perkaċċi għall-impjegati tal-MFSA jinsabu fir-risposta għall-PQ 23860.
Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji — ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-pakkett finanzjarju u l-perkaċċi marbuta ma' kull impjieg, skont it-titlu, fi ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA)? Kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fl-MFSA fl-aħħar ta' Jannar 2016? Jista' jagħti break down tat-titli tal-ħaddiema u kemm hemm ħaddiema skont it-titli?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Ministru jagħti lista tal-promotions kollha, inkluż it-titlu tal-impjiegi, li saru fi ħdan il-Bank Ċentrali ta' Malta bejn April 2013 u l-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija? Kemm huwa l-pakkett finanzjarju inkluż il-perkaċċi għall-impjiegi msemmija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Ministeru għal Għawdex — Qasam ta' relazzjoni mal-media - impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew impjegati persuni fil-qasam ta’ relazzjoni mal-media, jew ta’ konsulenza fl-istess qasam, jew bħala persons of trust fl-istess qasam, inkluż xogħol ta’ kitba jew preparazzjoni ta’ materjal ieħor għall-media (inkluż laqgħat u attivitajiet ta’ konsultazzjoni pubblika), kemm full-time, kemm part-time, kif ukoll permezz ta’ ħlas ta’ għoti ta’ servizzi, fid-dekasteru kollu tiegħu? Kemm tħallsu f’dan il-perjodu? Jista’ jgħid min huma?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin — qasam ta' relazzjoni mal-medja - impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew impjegati persuni fil-qasam ta’ relazzjoni mal-media, jew ta’ konsulenza fl-istess qasam, jew bħala persons of trust fl-istess qasam, inkluż xogħol ta’ kitba jew preparazzjoni ta’ materjal ieħor għall-media (inkluż laqgħat u attivitajiet ta’ konsultazzjoni pubblika), kemm full-time, kemm part-time, kif ukoll permezz ta’ ħlas ta’ għoti ta’ servizzi, fid-dekasteru kollu tiegħu? Kemm tħallsu f’dan il-perjodu? Jista’ jgħid min huma?
Response (VELLA, GEORGE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Intepellant.
Il-pagi u benefiċċji indikati huma konformi mad-dokument "Engagements of Staff for Minister's Secretariats" li nħareġ f'Marzu 2013.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — qasam ta' relazzjoni mal-media - impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew impjegati persuni fil-qasam ta’ relazzjoni mal-media, jew ta’ konsulenza fl-istess qasam, jew bħala persons of trust fl-istess qasam, inkluż xogħol ta’ kitba jew preparazzjoni ta’ materjal ieħor għall-media (inkluż laqgħat u attivitajiet ta’ konsultazzjoni pubblika), kemm full-time, kemm part-time, kif ukoll permezz ta’ ħlas ta’ għoti ta’ servizzi, fid-dekasteru kollu tiegħu? Kemm tħallsu f’dan il-perjodu? Jista’ jgħid min huma?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrasruttura – impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din il-leġiżlatura (mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari) kienx hemm jew jekk hemmx persuni illi kienu/huma impjegati fil-Ministeru jew f’xi awtorità, dipartiment jew entità illi taqa’ fid-dekasteru tiegħu, illi kienu/huma wkoll membru fuq xi bord ta’ xi awtorità jew entità illi taqa’ fid-dekasteru tiegħu? Jekk iva, jista’ jgħid min huma u jgħid jekk tali persuna, apparti l-impjieg tagħha mal-Gvern, tqabbditx tagħmel xi xogħol ieħor ta’ konsulenza jew ta’ servizz (kemm fil-vesti tagħha personali, kemm jekk tramite xi kumpanija illi hi azzjonista fiha) mill-istess awtorità jew entità?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Ex-Membru fuq il-Bord ta’ Transport Malta u issa jokkupa l-kariga ta’ Chief Officer ICT fi Transport Malta
Ex-Membru fuq il-Bord ta’ Transport Malta u issa jokkupa l-kariga ta’ Deputy DG Civil Aviation
Advisor Strategic Priorities Unit (SPU) fil-Ministeru u Deputy Chairman Transport Malta
Ex-Deputy Chairman Transport Malta u issa nħatar bħala advisor ma’ Transport Malta / il-Ministeru
Advisor Strategic Priorities Unit (SPU) fil-Ministeru u membru fil-bord tal-GHRC
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-iskop tal-aħħar żjara ta’ delegazzjoni ta’ Transport Malta f’Singapore? Jista’ jgħid kemm kien hemm parteċipanti fid-delegazzjoni, min kienu u kemm ġiet tiswa din iż-żjara? Jista’ jgħid ma’ min saru l-laqgħat u jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-minuti li ttieħdu? Jista’ jikkonferma wkoll illi hu kellu jkun inkluż f’din id-delegazzjoni u jgħid għaliex ħassar iż-żjara tiegħu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din iż-żjara ġewwa Singapore saret wara stedina mill-Ministru tat-Trasport ta’ Singapore lill-Gvern Malti, waqt laqgħa bejn iż-żewġ partijiet matul l-IMO lejn l-aħħar tas-sena 2015. L-għan ta’ din iż-żjara kien li jiġu esplorati prattiċi u teknoloġiji ġodda għal dak li jirrigwarda trasport fuq l-art, fosthom proġetti infrastrutturali, sistemi ta’ immanniġġjar tat-traffiku u mezzi alternattivi ta’ trasport. Saru wkoll numru ta’ laqgħat sabiex tiġi diskussa il-possiblilta’ ta’ kooperazzjoni iktar fil-qrib bejn iż-żewġ pajjiżi f’dak li jirrigwarda s-settur marittimu kif ukoll dak tal-avjazzjoni.
F’dak li jirrigwarda trasport fuq l-art u proġetti infrastrutturali, din iż-żjara kienet strumentali sabiex jiġu stabbiliti relazzjonijiet bejn Transport Malta u l-Awtorita’ għat-Trasport fuq l-Art ta’ Singapore. Dan il-pajjiż huwa meqjus bħala wieħed mill-iktar avvanzati fejn jidħlu sistemi effiċjenti ta’ trasport, u minħabba d-daqs u d-densita’ ta’ popolazzjoni tal-pajjiż jikkumpara tajjeb ma’ Malta f’dan ir-rigward. Għaldaqstant, pajjiżna jista’ jitgħallem ħafna mill-operat kurrenti u l-esperjenza li jista’ joffri Singapore f’dan il-qasam. B’mod speċifiku saru diversi laqgħat tekniċi li servew biex Transport Malta tikseb tagħrif dwar l-aħjar prattiċi u teknoloġija f’dak li għandu x’ jaqsam ma’ proġetti infrastrutturali, sistemi ta’ GIS għall-użu fuq toroq, sistemi ta’ mmaniġġjar tat-traffiku fosthom Intelligent Traffic System u koordinament ta’ xogħlijiet, kif ukoll standards tekniċi għal moniteraġġ ta’ xogħlijiet fit-toroq.
Fil-qasam marittimu kif ukoll dak tal-avjazzjoni saru diversi laqgħat bilaterali kemm fuq livell governattiv kif ukoll mas-settur privat ġewwa Singapore. Waqt dawn il-laqgħat kienu diskussi diversi temi ta’ interess komuni fosthom t-tniġġis fl-arja mill-vapuri, l-iżvilupp ta’ regolamenti internazzjonali li jirregolaw is-settur tal-LNG, possibilitajiet għal taħriġ tekniku kemm f’dak li jikkonċerna l-immaniġġjar tal-port kif ukoll f’oqsma bħal ma’ huma l-iżvilupp ta’ politika marittima. Saru wkoll taħdidiet sabiex tiġi esplorata l-possibilta’ li jkun hemm air link bejn Malta u l-kontinent Asjatiku.
Din id-delegazzjoni kienet magħmula minn seba’ uffiċċjali minn direttorati varji ta’ Transport Malta.
Nikkonferma li kont mistieden sabiex immexxi din id-delegazzjoni ministerjali madanakollu ma stajtx nattendi minħabba li ġejt imsejjaħ fuq xogħol urġenti tal-Gvern.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kirjiet u l-leasing ta’ vetturi illi għandha llum Transport Malta (jiġifieri fid-data illi fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari) hux kollha ħarġu b’sejħa pubblika? Jekk hemm minnhom illi ma ħarġux fuq sejħa pubblika, jista’ jgħid mingħand min qed jinkrew, b’kemm qed jinkrew kuljum u minn min qed jintużaw?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-maġġor parti ta’ vetturi tal-kiri li għandha Transport Malta ġew mikrija minn żmien l-amministrazzjonijiet preċedenti, u fi żmien meta l-Awtorita’ kienet għadha ma ġietx amalgamata f’entita’ waħda. Għaldaqstant ħafna mill-informazzjoni dwar liema kuntratti ngħataw b’sejħa pubblika jew b’direct order m’għadhiex disponnibli. Inżid ukoll li fil-preżent Transport Malta qegħda fil-proċess li toħroġ sejħa pubblika għall-kiri ta’ vetturi, liema tender mistenni li jinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin.
Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili — qasam ta' relazzjoni mal-media - impjegati
Question
Tista’ l-Ministru tgħid mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew impjegati persuni fil-qasam ta’ relazzjoni mal-media, jew ta’ konsulenza fl-istess qasam, jew bħala persons of trust fl-istess qasam, inkluż xogħol ta’ kitba jew preparazzjoni ta’ materjal ieħor għall-media (inkluż laqgħat u attivitajiet ta’ konsultazzjoni pubblika), kemm full-time, kemm part-time, kif ukoll permezz ta’ ħlas ta’ għoti ta’ servizzi, fid-dekasteru kollu tagħha? Kemm tħallsu f’dan il-perjodu? Tista’ tgħid min huma?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — qasam tar-relazzjoni mal-media - impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew impjegati persuni fil-qasam ta’ relazzjoni mal-media, jew ta’ konsulenza fl-istess qasam, jew bħala persons of trust fl-istess qasam, inkluż xogħol ta’ kitba jew preparazzjoni ta’ materjal ieħor għall-media (inkluż laqgħat u attivitajiet ta’ konsultazzjoni pubblika), kemm full-time, kemm part-time, kif ukoll permezz ta’ ħlas ta’ għoti ta’ servizzi, fid-dekasteru kollu tiegħu? Kemm tħallsu f’dan il-perjodu? Jista’ jgħid min huma?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar — Qasam ta' relazzjoni mal-media - impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew impjegati persuni fil-qasam ta’ relazzjoni mal-media, jew ta’ konsulenza fl-istess qasam, jew bħala persons of trust fl-istess qasam, inkluż xogħol ta’ kitba jew preparazzjoni ta’ materjal ieħor għall-media (inkluż laqgħat u attivitajiet ta’ konsultazzjoni pubblika), kemm full-time, kemm part-time, kif ukoll permezz ta’ ħlas ta’ għoti ta’ servizzi, fid-dekasteru kollu tiegħu? Kemm tħallsu f’dan il-perjodu? Jista’ jgħid min huma?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu — Qasam ta' relazzjoni mal-media - impjegati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari, kemm ġew impjegati persuni fil-qasam ta’ relazzjoni mal-media, jew ta’ konsulenza fl-istess qasam, jew bħala persons of trust fl-istess qasam, inkluż xogħol ta’ kitba jew preparazzjoni ta’ materjal ieħor għall-media (inkluż laqgħat u attivitajiet ta’ konsultazzjoni pubblika), kemm full-time, kemm part-time, kif ukoll permezz ta’ ħlas ta’ għoti ta’ servizzi, fid-dekasteru kollu tiegħu? Kemm tħallsu f’dan il-perjodu? Jista’ jgħid min huma?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.