Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — lista ta' xogħlijiet/konsulenzi/rapporti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MIZZI, JOE)

Tlabt biex l-informazzjoni mitluba, tinġabar.

Tlabt biex l-informazzjoni mitluba, tiġabar.

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament.

Jista’ l-Ministrujagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament.

Leg 12 PQ #24604 Sitting 379 2016-04-20 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – sejħa ta’ interess għal site notices

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta hu mistenni li terġa’ toħroġ is-Sejħa ta’ Interess biex jitwaħħlu site notices relatati ma’ applikazzjonijiet u permessi tal-bini rċevuti mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA)? Jista’ jgħid minn min qed jingħata dan is-servizz preżenzjalment?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat mill-Awtorità tal-Ipjananr li l-istess Awtorità mistennija tevalwa s-sitwazzjoni billi l-Avviż Legali tal-proċedura se jinħareġ fl-aħħar ta’ April, fejn l-istess Avviż Legali jiddetta liema applikazzjonijiet jobbligaw it-twaħħil tal-Avviż ta’ Żvilupp. Preżentement l-Awtorità permezz ta’ sejħa interna, għandha grupp ta’ ħaddiema mill-istess Awtorità li jagħtu dan is-servizz.
Leg 12 PQ #24605 Sitting 379 2016-04-20 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MEPA – Site Notices — spejjeż

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża għall-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex jitwaħħlu site notices minn: a. Lulju sa Diċembru 2013; b. Jannar sa Diċembru 2014; u c. Jannar sa Diċembru 2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #24606 Sitting 379 2016-04-20 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Site Notices – spejjeż għall-fuel

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża ta’ fuel użat waqt l-għoti tas-servizzi għat-twaħħil tas-site notices matul: a. Lulju sa Diċembru 2013; b. Jannar u Diċembru 2014; u c. Jannar u Diċembru 2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #24752 Sitting 379 2016-04-20 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — safar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tas-safar kollu li siefer bejn l-10 ta’ Marzu 2013 u l-14 ta’ April 2016 u jgħid f’liema pajjiż mar u d-data rispettiva ta’ tali safar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 12 PQ #24753 Sitting 379 2016-04-20 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — safar

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti lista tas-safar kollu li siefer iċ-Chief of Staff tiegħu bejn l-10 ta’ Marzu 2013 u l-14 ta’ April 2016 u jgħid f’liema pajjiż mar u d-data rispettiva ta’ tali safar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — safar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tas-safar kollu li siefer bejn l-10 ta’ Marzu 2013 u l-14 ta’ April 2016 f’liema pajjiż mar u d-data rispettiva ta’ tali safar?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #23868 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

CHOGM — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali taċ-CHOGM 2015?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tindirizza l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #23869 Sitting 378 2016-04-19 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Azjendi li fornew is-servizzi tagħhom matul iċ-CHOGM — ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuni, service providers, u/jew azjendi privati illi fornew is-servizzi tagħhom matul iċ-CHOGM 2015, tħallsux? Jekk mhux kulħadd tħallas, jista’ l-Ministru jgħid min baqa’ biex jitħallas u kemm hu l-ammont rispettiv?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tindirizza l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Għassa Swieqi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jassigura illi l-għassa tas-Swieqi tibda tinfetaħ 24x7, u dan peress qed ikomplu jidħlu l-ilmenti illi minkejja d-diversi inċidenti illi seħħew frekwentament f’dawn l-aħħar ġimgħat, l-għassa xorta għadha tkun magħluqa f’ħinijiet illi jagħmel tajjeb illi tkun miftuħa?

Response (ABELA, CARMELO)

Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li tista tagħmel mistoqsija dwar l-għassa ġewwa s-Swieqi għax kien dan il-Gvern li fetaħ din l-għassa b’kuntrast mall-amministrazzjoni Nazzjonalista li kellha biss wegħdiet. Kif diġa spjegajt drabi oħra, l-għassa tal-Pulizija tas-Swieqi dejjem tkun miftuha 24/7. Jekk hemm xi ħinijiet fejn l-Għassa kienet magħluqa temporanjament, dan ikun riżultat li s-servizzi tal-Pulizija ġewwa l-għassa, ikunu ntalbu f’post ieħor fl-istess lokalità.

Għassa Swieqi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-għassa tas-Swieqi se jkollha karozza tal-pulizija assenjata magħha, liema karozza ma tkunx shared ma’ lokalitajiet oħra?

Response (ABELA, CARMELO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 19461.

Vetturi kkonfiskati

Question

B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 21369 u 21370 fejn ġejt infurmata illi fil-kumpless ta’ St Andrews u fil-Garage tal-Pulizija hemm ‘il fuq minn 400 vettura illi ġew ikkonfiskati jew maqbuda mill-Pulizija, jew kellhom pjanċi barranin jew ma jkunux hawn Malta skont il-liġi, jista’ l-Ministru jgħid jgħid jekk minn dak in-nhar ‘il hawn inqabdux vettura oħra, u jekk iva, kemm? Jista’ jagħti break down tal-vetturi u jagħti: · Mudell ta’ tali vetturi · Numru tar-reġistrazzjoni ta’ tali vetturi · Data ta’ meta ġew maqbuda · Il-għala ġew maqbuda · Minn liema lokalità ġew maqbuda?

Response (ABELA, CARMELO)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 21370, mhux minnu li ntqal li hemm ‘il fuq minn 400 vettura, iżda li hemm kapaċià ta’ madwar 400 vettura. Ninsab infurmat li mill-1 ta’ Diċembru 2015 sa 19 ta’ Marzu 2016 daħlu dawn is-segwenti vetturi ġewwa il-Kumpless ta’ St. Andrews u dak tal-MT Tal-Pulizija. Perjodu 01/12/2015 - 19/03/2016 MT Floriana 90 St. Andrew’s Compound 35

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi skont l-informazzjoni mogħtija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, ninsab infurmat li l-unika awtorità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi hi L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.
Leg 12 PQ #23862 Sitting 377 2016-04-18 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali ta’ Malta — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-pakkett finanzjarju u l-perkaċċi marbuta ma' kull impjieg, skont it-titlu, fi ħdan il-Bank Ċentrali ta' Malta? Kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu fil-Bank Ċentrali ta' Malta fl-aħħar ta' Jannar 2016? Jista' l-Ministru jagħti break down tat-titli tal-ħaddiema u kemm hemm ħaddiema skont it-titli?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 12 PQ #23863 Sitting 377 2016-04-18 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għall-Finanzi

Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — promotions

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-promotions kollha, inkluż it-titlu tal-impjiegi, li saru fi ħdan l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika bejn April 2013 u l-ġurnata li fiha titwieġeb din il-mistoqsija? Kemm huwa l-pakkett finanzjarju inkluż il-perkaċċi għall-impjiegi msemmija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.